TAW XHIEDA

FUQ

MONS. GUZEPPI DE PIRO

 

Volum 2

 

 

Prezentazzjoni

Fit-2 ta' Novembru 1986 inghata f'idejna l-ewwel volum tas-sett "Taw Xhieda Fuq Mons. Guzeppi De Piro". Dan il-materjal kien jinkludi fih l-intervisti li ghamlu xi whud minn shabna fis-snin sittin u sebghin. Kienet informazzjoni siewja hafna dwar il-Fundatur taghna u ahna lkoll ilqajna dan il-materjal b'ansjeta. Kien propju dan li mbotta lilna tal-Postulazzjoni biex nohorgu t-tieni volum.

Il-materjal ta' din id-darba gej minn intervisti li saru wara dawk tal-ewwel volum. L-interessanti dwarhom hu l-fatt li xi drabi fihom hemm irrekordjat nies li qatt ma konna smajna xejn minn ghandhom dwar il-Qaddej ta' Alla.

J'Alla dawn il-pagni jkomplu jghinuk biex taghraf aktar lil min bdiena bhala Socjeta'.

Mill-Postulazzjoni

30 ta' Gunju 1991

81 sena mill-bidu

tas-Socjeta'.

 

 

 

 

ITTRA LI BAGHAT BR. JOSEPH CARUANA MSSP ADDIS ABEBA, LIL FATHER LOUIS ALOISIO MSSP, WARA LI DAN TA' L-AHHAR TALBU BIEX JGHADDILU T-TIFKIRIET DWAR IL-FUNDATUR, MONS. G. DE PIRO.

 

 

 

Addis Abeba

21 t'April, 1972.

Ghaziz Fr. Louis,

Ircevejt l-ittra tieghek b'tant mistoqsijiet li ferm difficli li wara 62 sena niftakar kollox biex nirrispondik, pero' nisforza u nirrakkontalek xi haga biex nikkuntentak.

Jiena kelli hajra li nidhol mal-Kapuccini. Gurnata wahda ftehimnt ma' Midju biex immorru ghand il-Provincjal tal-Kapuccini, il-Furjana. Imma gara li hu kien Ruma.

Rahal Gdid certu Dun Gwann Mamo li kien ma' Dun Guzepp De Piro fetah dar tad-duttrina. Ta' kuljum kien jigi minn Bormla ma' 4 ohra, tlieta minnhom biex jidhlu nterni fil-Kongregazzjoni li kellhom iwaqqfu taghna.

Il-kugin tieghi li kien jaf biha taghni parir biex nidhol maghhom. Jien ghogbitni l'ideja tieghu.

Il-kugin thadded ma' Dun Gwann u accettani bhala student. Gaghalni nhalli mix-xoghol biex ikolli zmien nistudja. Hadni l-Belt ghand Dun Guzepp De Piro. Flok ma accettani ried idahhalni fratell mal-Gizwiti. Qalli li ghadhom fl-arja. Dun Gwann qalli hallik minnu! Xtrajna l-kotba u beda jippreparnai biex immur ghand il-Gizwiti.

Gurnata wahda gie Dun Guzepp De Piro Rahal Gdid biex jghidilna li kull xahar naghmlu gurnata rtir l-Imdina sa ma nidhlu nterni.

Qalilna kulhadd student, bid-dar kif naghmlu? Jiena ndunajt li qieghed jghid ghalija. Ghedtlu, noqghod jien. Wara ftit taz-zmien iddispjacieh u qalli wara.

Wara kelli battalja tremenda mal-familja, meta semghu li ser inkun fratell, tant li kelli nhalli sakemm bil-ghajnuna t'Alla ikkuntentawni.

Wara sena u nofs mill-4 li konna ghazel lil Ganni Vella (Alla biss jaf il-pacenzja li ha bih), u jien bhala fratell. Iehor li kien ga jmur ma' Ganni ghand il-Gizwiti ma riedux ghaliex kien kbir fiz-zmien; nahseb li kellu mal-40 sena, b'mustacci daqshiex. Pero' kien verament spiritwali, ga kien mal-eremiti flimkien ma' tnejn ohra. Izda meta f'nofs in-nhar tawna nieklu cicri midhuna, hallew it-tlieta.

L-ghada tat-tberik tad-dar mill-Isqof Pace bdejt naghmilha ta' kok (li lanqas kont naf naqli bajda) u Ganni mar l-iskola.

Il-Padre qalli biex naghmel brodu u nieklu bil-buljut. Allura xtrajt il-laham, ratal imqarrun u 12 il-bajda. Ippreparajt il-laham fil-borma, qeghedhom fuq in-nar u nort fic-cella naqra l-Iskrittura. Meta deherli nzilt u tfajt ir-ratal imqarrun, u zidt in-nar. Ergajt lura fic-cella naqra. Meta ghadda l-hin bdejt inxomm rieha ta' hruq. Inzilt fil-kcina u narha mimlija duhhan. Nikxef il-borma u nsib li kollox sar fahma wahda b'diversi toqob.

Nahseb illi kieku konna noqoghdu qrib zgur kont niskappa biex ma narax wicc il-Padre.

Gie wara ftit il-Padre u meta dahal fil-kcina staqsieni, "X'gara, dan id-duhhan kollu?" Urejtu l-horma u beda jidhaq kemm kellu hila.

"Tini l-fardal," qalli, "Gib il-bajd..." u rranga kollox huwa. L-ghada qaghad mieghi jghallimni; u ta' kulljum sa ma drajt baqa' mieghi.

Fil-bidu konna sejrin tajjeb ferm. Kellna dar magenb taghna u bdejna nghallmu d-duttrina fiha. Nahseb li kien ta' gid ghat-tfal tal-Imdina u bicca mir-Rabat.

Ilbist l-ewwel jien, imbilli Ganni ried jilbes meta jispicca l-ginnasju.

Inkwantu ghall-poverta' dejjem kellna n-necessarju u qatt ma naqasna xejn. Sakemm zdidna ma kellix tant xoghol. Il-kcina, it-tindif tad-dar, il-gnien li taghtulna omm il-Padre, u t-tigieg.

Wara ftit dahal maghna Fra Manwel u student Zerafa, li wara telaq bla ma qal lil hadd.

Warajh dahlu tlett studenti ohra, Dun Mikiel, Dun Guzepp, u Dun Beninju. Allura s-Sur Ganni biex jevita l-kumpanija ta' zewg studenti li kienu jinzlu maghhom bil-vapur, talab lill-Padre biex inwassalhom jiena sal-Kullegg. Il-Padre baghat lili ma' Fra Manwel inwassluhom sal-Kullegg. Wara mmorru San Guzepp u wara nofs in-nhar immorru ghalihom.

Fra Manwel mar mal-hajjat, u jien wara li tghallimnt ta' legatur, mort nitghallem akarpan.

Wara l-Padre xtara l-ghodda u l-istrumenti kollha mehtiega, sal-bank tal-legatura u tal-mastrudaxxa. Nergghu pass lura. Tista' tahseb x'konfuzjoni kellna ahna z-zewg fratelli. Irridu qabel immorru nisimghu l-quddies il-Katidral nippreparaw il-kafe u l-ikel ta' l-istudenti u taghna biex nehduh maghna.

Meta nigu lura trid tmur ir-Rabat tixtri u ssajjar. Dan kollu ghall-kapricci tas-Sur Ganni... oltre l-ispejjez tal-vapur taghna t-tnejn.

Inkwantu s-sentenzi. Meta beda jqaddes id-dar fil-Vangelu kien jghid zewg kelmiet. Kif taf int ma kellux zmien jithadded maghna, hlief waqt l-ikel ta' fil-ghaxija.

Darba wahda jew Fra Guzepp tal-Qrendi jew xi studenti talbuh kappell tal-pil. Allura qalli biex nehodhom jixtru kappell. Jien nghid il-verita' kienu aktar joghgbuni l-lixxi. Allura ghedtlu, "Padre nixtri ghalihom biss." Qalli, "La tixtri ghalihom ixtri ghalik ukoll."

Tieghi hallejtu fl-armarju kif kien imqartas.

Wara ftit zmien sejjahli u qalli, "Dak il-kappell tuzahx inti?" Ghedtlu, "Le." "Fra Guzepp aghmilli pjacir islifuli ghax il-lejla mistieden mill-Gvernatur." KEllu verament kappell qadim. Jien ridt intihulu imma hu ma riedx jiehdu. Kull darba kont nislifulu, sakemm fl-ahhar qabel ma mort San Guzepp hallejtulu.

Il-fatt li trid taf tal-Gudja. Nahseb li tal-Qrendi.

Is-sajjieda tal-Qrendi talbuh jibnilhom kappella. Ftiehem maghhom li jaghmlilhom kaxxa fix-xatt biex jitfghu fiha l-flus u hekk bdew igemmghu ghall-kappella.

Gurnata wahda hadni mieghu biex jara fejn u kif ghandu jaghmilha.

Mela jum il-Hadd wara nofs in-nhar lili baghatni passiggata, u hu baqa d-dar. Meta mort lura baghat ghalija. Qalli, "Bravu Fra Guzepp. Anke inti trid thallini!" Jaqaw, Padre, x'inqala?" Wiccu hmar u milli jidher kien inkwetat. Qalli, "Gie Dun Gwann, ma wiehed jew tnejn, (insejt sewwa kemm kienu), u qalli li kull hadd irid jitlaq. Fra Guzepp ser jitlaq maghna."

Allura wegibtu, "Jien kif taf inti ghedtlek kemm il-darba li l-mewt tohrogni mill-kunvent u mhux jien nohrog." Allura qalli, "Ipprepara biex ghada mmorru lura u naraw x'gara. "Ma niftakarx x'kien gara, billi tant kien ihawwad Dun Gwann.

Il-pacenzja li ha bih haga tal-ghageb. Kieku sema' minni u baghtu min jaf kemm kien jibqghu!

Minhabba l-pacenzja tieghu ma stajniex immorru 'l quddiem kif kien imissna.

Inkwantu l-kamra tieghu ga kitibtu fuqha. Sodda qadima bit-twavel, u strampulin, mejda komuni ferm, fuqha kellha xkaffi zghar ghall-kotba, siggu qadim minn dawk tas-soghda u kamodina.

Insomma oltre li kellu pacenzja ta' Gobb kien ferm okkupat... tant li gieli kien jigi f'nofs il-lejl. Tant kien hekk li waqt li hu kien ikun jiekol jien kont inkun bl-arlogg quddiemi. Malli kont nghidlu, "Padre, nofs il-lejl," kien jghidli, "Immorru fit-terrazzin. Aktar nistrieh nithadded ftit milli mmur norqod."

Darba wahda bhas-soltu f'jum is-Sibt gie San Guzepp iqarar lit-tfal. Qalli li kienu tilghin fuq wara c-Cena u waqt li dawwar wiccu lura isibhom joqomsu u b'idejhom fl-ajru jizzufjettaw bih. Kien tant iddispjacut li qalli, "Issa fhimt x'kont issofri..."

Kien propju ddistakkat minn kulhadd.

Gurnata wahda giet il-Mamma' tieghu l-Kunvent u staqsietni kif kien, "Ghidlu jigi jarani." Ilmentat mieghi li kienet ilha ma tarah tlett xhur (jekk niftakar sewwa).

Inkwantu l-ispirtu missjunarju kien jidher mix-xoghol li kellu. Qatt ma kont tisimghu jilmenta jew jikkritika lil hadd.

Min jaf kemm kien ikollu kuntrarjitarjiet! Ma kontx tinduna ghax dejjem bit-tbissima, u ma jghid qatt lil hadd xi jkun isofri. Din l-aktar li mpressjonatni.

Nahseb li ma ssoddisfajtekx b'dawn iz-zewg versi, pero' nizgurak li propju ma niftakar xejn izjed.

Iffirmata.

 

 

DIKKJARAZZJONI DWAR MONS. G. DE PIRO MIKSUBA MINN DUN GUZEPP SPITERI SSP

 

 

Kienet il-gurnata 17 ta' Settembru, 1933, u ahba parti mill-membri tal-Kumpanija konna ninsabu fid-dar ta' San Kalcidonju naghmlu l-irtir annwali li generalment dejjem isir matul ix-xahar ta' Settembru. Ghedt parti mill-Kumpanija ghax minnhabba x-xoghol ta' kull membru mhix haga possibli li l-membri kollha tal-Kumpanija jaghmlu l-irtir ilkoll flimkien imma jkun hemm bzonn li ninqasmu f'zewg gruppi differenti u kull grupp jaghmel il-granet tieghu tal-irtir fiz-zmien differenti mill-iehor. Din is-sena jiena kont mort mat-tieni grupp li kien beda il-Hadd 10 ta' Settembru u kellu jispicca it-18 fil-ghodu. Kien ippridkalna Patri Emmanuele Grima, Gizwita. Ghall-habta ta' xi l-5.30 pm fil waqt li konna qeghdin nippassiggaw fuq il-bejt ta' fuq il-bieb principali u li jigi fuq ir-reffitorju faccata tal-Argotti, kull wiehed minna kien ghalih wahdu, min jaqra xi ktieb, min jghid ir-Ruzarju, ilkoll konna qed niehdu ftit ta' l-arja ta' ma' nzul ix-xemx. Dal-hin laqatli widnejja id-daqq tal-qniepen tal-Parrocca tal-Hamrun li dak in-nhar kienu jdoqqu bil-kbir. Kienu jinstemghu sewwa ghaliex barra milli mill-Hamrun ghall-Furjana ma kienx hemm hlief tefa' ta' gebla, mill-banda l-ohra wkoll ghaliex dak in-nhar ir-rih kien igib lejna. Ma kienz ghadda hin wisq minn meta bdejna nisimghu d-daqq tal-qniepen meta wiehed minn shabna b'satra u b'vuci baxxa bil-kemm seta jkun. Kien ghalija bizzejjed biex iggibli quddiem ghajnejja storja shiha.

Il-Kappillan tal-Hamrun, li dak iz-zmien kien jismu Dun Gejt Mifsud, kien ilu hafna jixtieq li jara ssir fil-parocca tieghu il-festa tad-Duluri bil-purcissjoni tal-Madonna. Kien irsista hafna. Fl-ahhar ta' dik is-sena l-Madonna kienet taghtu l-grazzja li tant kien jixtieq jigifieri li tohrog il-purcissjoni. Pero' hu ma kellux ix-xorti li jaraha ghax miet fix-xahar ta' qabel, f'Awissu. Ftit qabel ma miet l-imsemmi Kappillan kien kiteb jew ahjar iffirma ittra li huwa kien bghat lill-Padre taghna (Mons. De Piro), u din l-ittra jien kont rajtha ghax kien urihieli l-Padre, fejn urieh li billi dik is-sena kellha ssir ghall-ewwel darba l-purcissjoni tad-Duluri, kien jixraq li jikkonduciha hu u dan naturalment kien xtaqu l-Kappillan ghaliex kien jaf li l-Padre (Mons. De Prio) kien imbotta palata biex tinqala' din il-grazzja u nahseb ukoll ghaliex bejn il-Padre u l-Kappillan kien hemm certa konoxxenza specjalment minn meta kienu t-tnejn fis-segreterija ta' Mons. Arcisqof Mauro Caruana, il-wiehed jahdem segretarju u l-iehor pro segretarju u kappillan ta' l-Isqof. Waslet kif ghedna l-gurnata tal-festa tad-Duluri. Kienet saret il-purcissjoni u kien id-dirigiha l-Padre. Ghalhekk bilfors li l-Padre kien ferhan ghaliex barra minn dak li ghedna, il-Padre kien devot hafna tal-Madonna u l-Madonna kienet taghtu hafna grazzji u grazzji kbar.

Malli sar il-hin inghata s-sinjal u lkoll kemm ahna inzilna minn fuq it-terrazzin, kulhadd ghal kamartu. Konna qeghdin fil-kappella ta' San Kalcidonju ilkoll migburin gharkubbtejna nghidu r-Ruzarju, meta fil-waqt li konna ser nibdew il-litanija, jigi ghal gharrieda wiehed mis-servi tas-Seminarju u staqsa ghal Dun Guzepp Spiteri. Wiehed minn shabi resaq lejja u qalli bil-mod, "Hawn min iridek." Jien qomt, ersaqt lejn il-bieb tal-Kappella u s-sagristan qalli li kienu jriduna, fuq it-telephone, cemplulek mill-Hamrun. Nghid is-sewwa elf hsieb f'daqqa wahda ghaddieli minn mohhi u fuq hafna persuni, fuq ommi li kont naf li kienet mara kbira, fl-Istitut ta' San Guzepp, fuq shabi l'ohra li dak iz-zmien kienu qeghdin jaghmlu x-xoghol taghna. Barra biss fuq il-Padre; fejn qatt kont nobsor li wara li kien ikkonduca l-purcissjoni kellu jhossu hazin. Ghedt lil wiehed minn shabi biex ikompli r-Ruzarju u jaghti l-Benedizzjoni Sagramentali ghax jiena kont ser immur sal-Hamrun biex nara x'gara ghax cempluli s-Sorijiet ta' Fra Diegu u jriduni b'urgenza kbira. Mort il-kamra u lbist il-kappell u l-"overall" u bil-ghagla tlaqt il-barra. F'erba' passi malajr wasalt sa fejn l-"istage" ta' hdejn il-gabbana inti u tiela l-Kapuccini ftit il-fuq mill-Bombi. Qghadt nistenna ftit ghaliex il-karozzi tal-linja ma kienux bhal-llum, ta' spiss. Forsi kif wiehed jista' jahseb, billi kelli seba' mitt sena biex nara x'inqala, xbajt nistennal l-karozza tal-linja u ghalhekk l-ewwel "light car" li tfaccat minn hdejn l-Iljun, waqqaftha. Kienet karozza "two seater" u tlabt lis-Sinjur li kien qed isuq biex jaghmilli karita' u jwassalni sal-Knisja tal-Hamrun ghaliex kelli kaz ta' mewt. Verament jien ma kontx ghadni naf x'gara; ghedtlu hekk biex iwassalni zgur u malajr. Hekk kien ghaliex dak is-sewwieq bil-gentilezza u b'karita' l-aktar kbira wassalni malajr. Kif wasalna quddiem il-Knisja ta' San Gejtanu sibt il-bibien kollha maghluqa, allavolja kien ghadu l-hin u ma kienx is-soltu li l-Knisja taghlaq hekk malajr. Fuq iz-zuntier u fl-inhawi tal-Knisja gruppi ta' nisa jitkellmu bejniethom u meta rajt dan qlabi hebritni li kien gara xi haga. Irringrazzjajt lil dak is-sinjur li gabni bil-karozza u nzilt. Malli nzilt in-nies bdew iharsu lejja donnhom iridu jghiduli xi haga. Jien tajt is-salt biex immur lejn strada Oratorio. Malli bdejt tiela gie fuqi is-Sur Nazzarenu Formosa, li dak iz-zmien kien jghallem l-iskola fl-Istitut ta' San Guzepp u tani l-ahbar illi l-Padre kien hassu hazin. Dhalna t-tnejn fis-sagristija u mbaghad fil-Knisja lejn il-kor u hemm insibu lill-Padre (Mons. De Piro) fuq pultruna mdawwar minn diversi persuni u assistit mit-tabib, jekk ma nisbaljax Dr. Fava. Malli rajtu hekk propju nhsaddt, imma ghamilt kuragg u mort fuq it-tabib, u bil-mod ghedtlu biex kien ibati. Huwa fehemni kollox u baqa' jassistih. Wara li ghedt dak li kelli nghid lit-tabib, hrigt mill-Knisja bl-ghagla u mort ghand is-Sinjura Grech, il-Mama' ta' Dun Wistin Grech taghna, u li kienet toqghod quddiem il-Knisja, u tlabtha biex incempel telefonata lit-tabib Profs. Ellul. Jien din l-istorja kien ili nistenniha, pero' qatt ma gieni f'rasi (s'intendi ghax jien ma nifhimx) li kellha tigi kif giet. Ghalhekk imbilli kont naf li Prof. Ellul kien midhla taghna u ta' sikwit kien jigi jarah, ghalhekk dejjem zammejt f'rasi illi meta jinqala xi haga malajr nibghat ghalih u ghal Profs. Vittorio Stilon li kien jigi jarah, ghalhekk dejjem zammejt f'rasi illi meta jinqala xi haga malajr nibghat ghalih u ghal Profs. Vittorio Stilon li kien jigi n-neputi tal-Padre u li kien ukoll ikkurah. Cempilt malajr lit-tabib Ellul u dan minn fuq it-"telephone" qalli biex incempel lill-Profs. Xuereb li kien joqghod Birzebbugia. Ghamilt hekk. Qed niftakar haga: il-pulizija li rcieva it-telefonata allavolja sema' kollox x'kien il-kaz, insista u baqa' jinsisti, u ried ikun jaf dak il-messagg min kien ser ihallsu. Tant kienet haga barra minn lokha li l-istess "telephone operator" irrisponda u qallu, "Issa hallik minn min ser ihallas. Ara fejn qieghed biss u ghaggel ghax kaz ta' mewt. Wara cempilt lill-Profs Vittorio Stilon, li kien San Pawl il-Bahar. Gharraftu x'kien gara. Ergajt mort lura il-Knisja. Malli dhalt il-Knisja allura sibt lil Dun Mikiel Callus, l-attwali Superjur tal-Kumpanija, u xi membri ohra li llum ma niftakarx min kienu; wiehed minnhom kien certu Fra Ruzar Buhagiar. Tkellimmba xi haga fuq fuq, meta f'daqqa wahda tfacca l-Profs. Ellul u beda' jaghtih l-assistenza kollha li kellu bzonn. Cempel malajr ghall-ambulanza u hadnieh l-Isptar Centrali. Fl-ambulanza mar mieghu (mal-Padre) Dun Mikiel Callus u Profs. Ellul. Jiena u Fra Ruzar Buhagiar morna bil-karozza tal-linja sal-Furjana. Imbaghad bqajna sejrin sa l-Isptar Centrali.

Malli wasalna l-Isptar Centrali sibna lil shabna li kienu l-Isptar Centrali li billi kienu qrib l-Isptar gew biex jaraw x'kien gara. Dawn saru jafu ghax kien Patri Grima li kien mar jaghtihom l-ahbar. Fost il-kliem l-iehor li qalilhom, "Dak mar igawdi l-Bambin." Kien jafu sewwa ghax kien ikun ghandu. Dhabna fis-Sala tal-Kurcifiss, fejn kien hemm hafna tfal morda. Fuq sodda ta' wiehed tifel kien jinsab mixhut ghal mewt il-Padre, imdawwar u assistit minn Profs. Vittorio Stilon u diversi sorijiet u infermieri. Kulhadd jaghmel mill-ahjar biex itih l-ghajnuna. Imma ta' min isemmi ukoll lill-kappillan ta' l-Isptar li dak iz-zmien kien il-W.R. Dun Anton Cachia li liebes l-ispellizza u l-istola u bir-ritwal f'idejh kien qed jghid li haga li tixtieqha titlifha malajr u haga li ma tkunx tridha ma tintemmx. U hekk gara lilna. Ahna konna xtaqna li nergghu narawh f'sahtu u jerga jghaddilu. Imma kbir kien id-dispjacir taghna meta l-infermier tellaghlu l-komma tas-suttana u tal-qmies u l-professur fetahlu l-arterja u rajna illi d-demm minn flok ma hareg itir u bis-sahha hareg imcarcar allura ndunajna li l-qalb kienet cediet u ma kelliex sahha. Ghalhekk il-mewt kienet certa; l-isforzi kollha li saru kienu kollha ghal xejn ghax wara ftit bl-akbar qsim il-qalb smajna lill-Prof. Stilon, li kien qed izomm ras il-Padre jghid lill-Profs. Ellul, fis-satra li dan kien qed jipprova jaghtih l-ahhar ghajnuna, "Guzeppi, Guzeppi....... mar........ Il-Padre miet. Mons. De Piro li ghex jahdem b'mod specjali fost it-tfal fqar kellu jmut gewwa l-Isptar f'Sala tat-tfal u fuq sodda ta' wiehed minnhom.

Hija storja li narawha kulljum u li tigri kemm il-darba, illi meta persuna tmut kull min ikun jafha, jibda jirrakkonta xi episodju ta' hajtu, jekk dik il-grajja jkollha x'taqsam ma' dak li jirrakkontaha. Jekk il-persuna tkun maghrufa u populari iktar wiehed isib xi jghid.

Issa kemm nies kienu jafu lil Mons. De Piro? Kemm nies kellhom x'jaqsmu mieghu fil-karriera ki kien jokkupa? L-ewwel nett nibdew biex nghidu li huwa kien gej minn familja nobbli di nascita'. De Piro bhala tfajjel gie mibghut qalb l-istudenti tal-Liceo. Meta sar guvni qabad il-kors tal-ligi. Tela' fil-Kullegg Capranica, u wara li temm l-istudji tieghu gie ordnat sacerdot fl-1902. Xi hames snin wara gie maghzul mill-Isqof Pace direttur ta' l-Istitut ta' Fra Diegu. Fl-1910 wara li kien gie Malta il-Kardinal La Fontaine ta' bidu ghall-Kumpanija tieghu li sejhilha l-Kumpanija ta' San Pawl. Sena wara li kien beda l-Kumpanija nsibuh fost il-Monsinjuri tal-Katidral bhala Kugitur tad-Dekan Mons. Vincenzo Vassallo, kariga li hu kellu jokkupa b'ubbidjenza ta' Mons. Arcisqof. Wara l-mewt ta' Mons. Arcisqof P. Pace, meta lahaq Mons. Arcisqof Mauru Caruana insibuh (lil Mons. De Piro) bhala Segretarju tal-Arcisqof, kariga li dam izomm sal-1921. Wara din insibuh Rettur tas-Seminarju Arciveskovili San Paolo, l-Imdina. Fl-1922 insibuh Direttur tad-dar ta' San Guzepp, Istitut Bonnici tal-Hamrun, fejn dam sa l-ahhar gurnata ta' hajtu. Kien ukoll id-direttur tal-Istitut Gesu' Nazzarenu taz-Zejtun u ta' San Frangisk di Paula ta' B'Kara, it-tnejn Istituti tat-tfal bniet iltiema. Ma kienux bizzejjed ghalih dawn l-Istituti u Orfanatrofji ta' Malta, imma insibuh ukoll direttur u fundatur tal-Istitut ta' San Guzepp ta' Ghajnsielem Ghawdex. X'jinghad imbaghad ghall-kumitati? Ibda minn dak ta' San Vincenz de Pauli, insemmu biss il-Kumitat tal-midruba tas-7 Giugno 1919, fejn kien kaxxier u l-ahhar kumitat tal-festi tat-8 ta' Settembru 1933, fejn kien president. Ghalhekk wara dan kollu min jista jghid kemm kien maghruf u populari Mons. De Piro. U ghalhekk kemm u kemm episodji8 intqalu fil-gurnata tal-mewt tieghu. Izda dak inhar l-aktar li ssemmiet kienet l-ahhar grajja fejn huwa temm hajtu. Kull min kien prezenti ghall-purcissjoni tal-festa tad-Duluri, tant fil-knisja kemm ukoll barra, kulhadd beda jghid dak li ra u dak li sema'. Min qal haga u min qal ohra, izda fis-sustanza kullhadd qal l-istess haga, jigifieri li Mons. De Piro wara li kien ghamel l-Ghasar tal-Madonna tad-Duluri, ikkonuca l-purcissjoni u kif kien is-soltu tieghu, fil-waqt li kien bl-ostensorju f'idejh it-triq kollha kien jghid ir-Ruzarju flimkien maz-zewg assistenti li kienu miehgu. Wara li kienu daru d-dawra tal-purcissjoni u dahlu l-Knisja ndaqqet l-antifona tal-Madonna u wara l-antifona l-Monsinjur tela' fuq l-artal, kif kien bil-kappa u ghamel fervorin fuq il-Madonna. Kien fervorin imheggeg kemm jista' jkun, kif kien jaf jaghmel kull darba li jitkellem fuq il-Madonna. Meta gie biex jispicca l-fervorin, qal kelmtejn fuq il-mejjet kappillan Dun Gejt Mifsud. Qal kelmtejn kemm kien irsista biex ikollhom dik il-purcissjoni. Fl-ahhar insista lil kulhadd biex jitlob ghall-mejjet kappillan li kien miet xi gimghat qabel.

Malli spicca l-fervorin nizel minn fuq l-artal, qaghad gharkubbtejh u beda t-Tantum Ergo. Izda ma kienz ghadu spicca dan l-innu meta Mons. De Piro qabad idejn wiehed mill-assistenti li kellu ma genbu u qallu li kien qed ihossu hazin. Wara ftit intilef minn sensih. In-nies ittendew u fil-knisja kollha qamet agha wahda. Izda qam Dun Guzepp Vella li allura kien qed jaghmilha ta' Vigarju Kurat, hareg malajr u ta l-Benedizzjoni Sagramentali. Malli spiccat il-Benedizzjoni il-Padre gie mdahhal fil-kor, imnezza mill-abiti sagri u poggut fuq pultruna.

Din kienet is-sustanza tal-istorja kollha, l-ahhar episodju tal-hajja ta' Mons. De Piro li miet quddiem il-prezenza ta' Gesu' fl-Ewkaristija u wara li rcieva l-ahhar Barka Sagramentali.

Hekk ukoll ahna intemmu din l-ahhar pagna tal-hajja ta' Mons. De Piro l-ghaziz Missierna f'Gesu' Kristu minn fost hutu l-bnedmin, wara 56 sena, fis-17 ta' Settembru 1933.

Sinjur, aghtih il-mistrieh ta' dejjem.

 

 

INFORMAZZJONI MOGHTIJA MINN GHAND DUN GWANN VELLA, KNISJA TAL-HNIENA, ZEJTUN, DWAR MONS. G. DE PIRO.

 

 

(Zieda ma' dak li kien qalilna fl-1965)

Mons. De Piro kien konvint li istitut missjunarju gewwa Malta kellu bilfors jibda gewwa l-Istitut ta' San Guzepp. Kienet ilha gejja. Hu qalilna li kien certu wiehe, Monsinjur Debono, li ried jaghmel dan: "Bonae Fratell...." xi haga! Hafna li kienu ikkonkorrew spiccaw biex saru sacerdoti djocesani.

___________________

Fl-1919 gew moghtija s-sensja eluf ta' haddiema mit-Tarzna. F'dawk is-snin m'hemmx union u mhux union tafx. Eluf ta' haddiema ntbaghtu 'il barra. Meta qalulu x'sa jaghmlu, hekk wegibhom: "It-Tarzna mhix xi istitut tal-karita'." Min ikun hemm bzonn, jitwarrab. Battiet Malta, batiet!

Kien jigi kwazi jibki. Kien jghidli, "Jahasra, jidhru; it-tfal kollha kwazi sofor; kollah sofor!" Xelin u nofs il-paga! Sebgha soldi ratal il-hobz!!" Dawk l-1919! Kulhadd bil-guh. Sakemm kienet il-gwerra konna mhux hazin. Izda, wara........ inqalbet il-folja.

Effett t'hekk gara li 7000 Malti ddeciedew li jemigraw lejn Detroit. Xejn taf; m'hemmx ezaminazzjonijiet jew regolamenti... Ghabbi u imxi; bit-trabi b'kollox. Tista' tahseb!

Kienu zminijeit, b'dawk ic-cirkustanzi attwali fejn f'Malta kien hawn exodus ta' hafna sejrin barra jfittxu ghixien decenti. Ma setghux jonqos li l-fundatur ma jhossx ghalihom wholl. Kien daqstant prejokkupat li dawn sejrin f'artijiet fejn twemminhom la kien rispettat u anqas garantit. "Hemm bzonn li ahna naraw x'naghmlu!"

Bhala missjoni kien isemmihielna. U zgur! Ahna konna socjeta' missjunarja. Izda meta ra dawk l-eluf ta' emigranti Maltin sejrin, tant hass ghalihom, ghall-fatt li facilment setghu jitilfu l-fidi, li ddecieda jaghti preferenza lilhom fil-bidu tal-hidma tas-Socjeta'. Hu bkiehom! Difatti dan kien li qanqalni biex inressaq it-talba tieghi kif esprimejtha fuq il-biljett li baghat lill-Isqof.

Jien ridt immur maghhom. Dak kien il-hsieb tieghi. Kont mort id-dar, ktibt biljett u fuqu nizzilt: "Jien dhalt missjunarju u l-missjoni rrid immur." Tlabtu jibghatni. U minghajr ma tlabtu, iddecieda li jaccettani fid-djocesi. Baghat ghalija l-Vigarju, l-Isqof Portelli, u qalli: "Ghandna bzonnok hawnhekk, u baghtuni vici parroku iz-Zejtun fejn bqajt sal-lum b'ubbidjenza. "Inti taf fejn jien?!" "U dik caflisa!" irrispondieni l-Isqof Portelli. (Ghalija m'hi caflisa xejn. Ghax jien kont marbut hafna mas-Socjeta. U ghadni sa llum, tafx. U ninteressa hafan ruhi fikom.)

L-Isqof Pietru Pace ma kienx imqanqal li jaqtghalu xewqtu. Il-Fundatur talbu kemm il darba biex jaghti l-permess ghall-libsa tas-Socjeta'. "Hallihom ha jkunu ta' ezempju," kienet tkun it-twegiba. Hu kien jixtieq ilibbisna. U dam is-snien jittama u jistinka fuq daqshekk. L-awtoritajiet ekklesjastici zammewlu wkoll. Ma tantx urew tama fl-iskop u l-iskop u l-idejal li Mons. De Piro ried jatwa. L-Isqof Portelli ma kien xejn anqas xettiku mill-Isqof ta' qablu fuq din il-haga.

Haga ta' l-ghageb, izda, il-Fundatur kien jaccetta kollox bl-akbar rassenjazzjoni u b'umilta' kbira. Ma' l-ubbidjenza ma kienx jilghab! Jitlob iva izda jirreagixxi qatt, anqas itenni mill-gdid dak li jkun fittex jaqla'.

Qatt ma naf li rajtu nkwetat. U konna naghmlulu ghalxiex jinkwieta. Min jaf kemm hrigna minghajr ma nghidulu; u jarawna n-nies! Hu kien ighidilna, izda taf kif: jintefa' mieghi, ras mb'ras, u jistqarr li kienu gew ighidulu li rawna hemm jew hemm, u hu la kien jghid iva u lanqas le! Speci kien jurihom li kien jaf. Meta mbaghad kien jigi kien dejjem ighidilna. Izda bix-xoghol enormi li kellu ma tantx seta' jiehu hsiebna u jtina dik il-formazzjoni mehtiega. Qatt m'hu maghna. Kien jigi fil-ghaxija qiesu fis-sakra bil-ghija li kien ikollu. Ghabbewh wisq. L-Isqof kien ifittxu wisq. Lill-Isqof kien iqisu bhala "la voce di Dio."

Tafx konna ahna! Bla ghaqal. Konna niltaqghu gaj ta' guvintur, u min haga u min ohra. Min jghid haga u min jghid ohra. Kulhadd kif jifhem u jidhirlu hu. Min jghid haga u min jghid ohra. Kulhadd kif jifhem u jidhirlu hu. Ma tantx kien hemm serjeta! Dejjem wehidna; x'tistenna!

Niftakar li tnejn minna marru quddiemu u bdew ighidulu kif inqala' l-ghawg bejniethom. F'waqt minnhom wiehed dar fuq l-iehor u "tirrepetihiex tafx." "Iva, nirrepetiha." U mbuttah. L-ewwel wiehed spicca mixhut fuq il-Monsinjur. Dan lissen: "Calma, calma figliolo!"

Kelna certu fratell Borg, li ma kienx f'siktu bizzejjed. Ahna konna nafuh. Dejjem jitkellem wahdu. Dan kien baghat hwejjgu ghall-hasil u meta gewlu lura sab li l-"mufler" kienet nieqsa. Induna li kienet ma' hwejjeg ta' wiehed minn shabu. Ghalhekk dahal fil-kamra tieghu u dahal bil-mohbi biex jiehodha. Kif ra lil dak fil-kamra tieghu sab il-mufler ghamel ghalih. Dak il-hin jien qbadtu bejn idejja u zammejtu sew. Dan ghamiltu ghax kien sa jarma jixhed u jwaddab. Imn'Alla ma kienx hemm il-Monsinjur!

Meta fil-ghaxija gie il-Fundatur, lil Borg ma sibniehx fid-dar. Imkien ma kien! "Fejn hu Borg?" qalilna. Tard bil-lejl gietu telefonata mill-ghassa ta' B'Kara. Qalulu: "Hawn wiehed hawnhekk li qed ighid li qatel wiehed fl-Istitut tieghek." Borg kien haseb li kien qatlu. "Hawn kulhadd qawwi u shih." Borg spicca fl-isptar tal-mohh.

Fra Guzepp kien imur jixtri; imma jixtri ma kienx jaf! Darba gie fuqi, kien imdahhal f'qoxortu, u: "Ghandi naghti lil wiehed œ35. Jien nisthi mmur nghid lil Monsinjur." "Heq! Immur jien mela." Mort; u, hekk u hekk ghidtlu. Hu tbissem. "Kemm?" qalli; "Ghaxra?" "Le". "Ghoxrin?" "Izjed" wegibtu; "hamsa u tletin!" "Allora," bi tbissima qalli, "allura fallejna?", vatene. Mur ghidlu jigi." U mort ghalih u tghahomlu.

Darba qalilna dan: l-affari kienet dwar il-Lhud, li kienu mxerrdin mad-dinja minghajr art propja taghhom. Kien qalilna: "Dawk ghad jikkonvertu. U ahna jkolna sehem fil-konversjoni taghho." (tghid din hi profezija?!.......... Fr. Saviour Sammut, mssp)

Ghall-missjoni kien altru jitrenjana. Jien f'hames snin qatt ma mort Bormla, pajjizi. Lanqas ghall-festa. Kont mort darba biss wara hames snin ghax miet in-nannu! Ukoll ghall-mixi: Mixja minn hemm (i.e. Sant'Agata) ghal Birzebbuga kienet qiesu xejn. BIex imorru nghumu mbaghad konna nitilqula ghall-Gnejna. Nimxu bhallikieku xejn!

Meta kien jigi d-dar (tas-Socjeta) hu kien ikun ghad irid ighid l-Ufficju. Biex ma jorqodx kien ighidu jippassigga. Kien hemm mejda zghira hdejn bieb il-kamra tieghu. Darba qieghdu fuqha ras ta' San Pawl (statwetta). F'hin minnhom pogga jserrah mal-mejda, hu u jaqra, ghajnu marret bih. Meta qam, hekk kif fetah ghajnejh, jara ma' wiccu dak il-wicc kollu dmija. Inhasad wahda nobis! Ghajjat ghajta u qabez tnejn, ma' l-ghajta hareg kulhadd minn gol-kmamar ha jaraw x'gara. U raw lill-Monsinjur jidhaq bih innifsu ghal dak li kien gralu. Qalilhom b'dak li kien ghadu kif ghadda minnu.

Darba ohra kien l-istess ighid l-Ufficju tard fil-ghaxija. Minghalija, jew ghajjatli jew kont mort inkelmu jien. Habbatlu. "Avanti". Jien dhalt. "Ha nispicca din," qalli. U hallejtu jghid. F'salt wiehed indunajt li kien rieqed! Rasu deheret tixxengel u titbandal ma' kull nifs li jiehu. Jien hallejtu hekk u bqajt nistennieh. Meta qam u sab li kien rieqed bil-qieghda, qalli: "Figlio mio, perche' non hai bussato?" "Io ho bussato", ghidtli "Avanti!" U qabad jidhaq.

Dun Gwann Vella kien il-Barbier tal-Fundatur (u tal-Kumpanija wkoll.) Billi kellu xagharu nnuklat, kien ftit difficli biex jaqtaghhulu: "Ghax facilment kienet titfaccalu bicca b'xejn!" U ridt tara kif! B'lampa tac-cinku f'id wahda, l-imqass fl-ohra, u sejrin. Biex taqghad mhux l-ewwel darba li l-Fundatur kien jonghos." Ghal Dun Gwann dan kien martirju. Ma ried xejn biex hekk kif jistenbah jerfa' rasu u jintlaqat mill-mus jew l-imqass! La barba la faceva da se passegiando col rasoio nella destra con la sinistra toccando la faccia niente specchio niente sapone.

Tah permess li jpejjep fil-kamra pero', mhux f'kull lok tal-kunvent, jew barra. Dan minhabba l-ezempju lill-ohrajn u halli t-tipjip fis-Socjeta' ma jinxteridx. Il-projbizzjoni tat-tipjip saret biex jigi osservat ahjar u b'mod ezemplari l-vot tal-faqar. "Hu kien ighidli, `pejjep xi haga tajba'; ara x'riedni mpejjep! Mhux sigarretti? Ma stajtx nixtri affarijiet ohra."

************

"Il-permess biex impejjep tahuli wara li hadt il-quddiesa. U dan ghax insistejt jien. Ma stajtx nghaddi minghajr it-tipjip. Inkun qisni mignun meta ma mpejjipx! U wkoll ghax hemm aggarijiet ohra involuti: Kelli fil-familja min miet sobtu ghax qata' t-tipjip. U jien bqajt dejjem bezghan li jigrili l-istess. Ghadni sa llum nahsibha hekk."

KAWZA TA' HRUG DUN GWANN VELLA MINN MAS-SOCJETA'

Jiena kont il-kullegg San Alwigi. It-Taljan tghallimtu sew. U kont nitkellmu u nittraducih b'heffa kbira. Ghalhekk kont jien li fin-nofs siegha lettura naqra r-Rodriquez lill-fratelli u nispjegajhom bil-Malti. Minn dan gejt f'kuntatt mal-vot tal-poverta'. Anqas naf ghaliex! Naf biss li din il-haga bdiet it-tambar hafna f'mohhi. U meta l-Fundatur qalilna li xtaq jaghmel mis-Socjeta, Kumpanija Religjuza, u minhabba f'hekk idahhal il-voti, irvellajt. Kont mort sibt lill-Isqof Mauro Caruana u ghidtlu dwar dan. Ghaliex ma jhallihiex Socjeta' ta' sacerdoti minghajr voti?

"Kif?" wiegeb Mauro.

"Kif? Hemm tant socjetajiet hekk, bhal ta' Parma, bhal ta'....

Mhix l-unika!"

"U din il-poverta kif wehlet f'mohhok?"

"Ghax kont qrajt dawk iz-zewg kelmiet u wehhlu sewwa f'mohhi: `Quidquid monacus acquirit, conventus acquirit.'" Qed tifhem; u jien kif ridtni naghmel? Kif jista' jkun? U ghax jiena, imbaghad, kont ghamiltha hafna ma' patriniet u nfxilt. Mhux ghax ma kienux josservaw il-vot tal-faqar, izda, kont naf b'affarijiet ohra dwar dan: naf li kien ikollhom flus, u ..... Infxilt. Lill-Isqof ghalhekk kont tlabtu, almenu jezenta lili biss. Issa kont ili erbgha snin fi hdan is-Socjeta'. Ir-raguni li gibtlu kienet illi jiena ma kontx dhalt bil-hsieb li nintrabat bl-ebda vot ta' poverta."

"Ma kontx ghal patri, int?" qalli.

"Billi kont ghal patri; ma kontx naghmel is-sena tan-Novizzjat u jekk ma kienx joghgobni kont nohrog!"

"Ghandek ilsienek twil, int."

"Hekk twelidt jien!" B'dan il-mod kont iggelidt mieghu, u hrigt.

Wara dan niftakar li Mons. De Piro tani harsa li hasditni dak inhar. Miskin gie wiccu l-isfel, ghajjatli bil-mod u: "Qalli l-Isqof ..... qalli li jaccettak fid-djocesi."

"X'inhi?!" ghidtlu. Kienet sajjetta f'Awissu ghalija. Hu telaqni. Mar quddiem Gesu' Sagramentat, nizel gharkuptejh u qaghad hemm, rasu l-isfel bejn idejh.

***********

Lili kien jghidli kollox. Kont qiesni t-tifel tieghu! Il-Monsijur kien tiziku u bil-kura fieq. Darba kellu l-gotta wkoll. Biex jisghol kien ibati. Kien izomm b'idejh it-tnejn ghal ta' l-apposta. Minhabba f'dan hu ma kienx isum. Mat-te kien, ghalhekk, jiehu bajda u li kien ihawwadha fih.

Kien bniedem t'Alla. Haruf ma' kulhadd. Jaqbez ghal kulhadd. Meta jigi mitlub jiffirma kien jghidli: "Rohsot il-firma tieghi!" Bniedem, Kristu iehor. Kemm il-darba rajtu bil-kuruna f'idu.

Mons. De Piro kien dejjesm allegru. Dun Gorg Bugeja (ta' l-Istitut) niftakru jghid dan fuqu: "Tafux x'differenza hemm bejnietna, jiena u hu: it-tnejn ghandna x-xewk, tafx! Izda jien dejjem ingerger u wicci l-isfel u hu `a smiling Prince!' Dejjem hekk, hu, jidher wiccu allegru. (Issa kien ikollu nkwiet u fuqhiex jizbel!) Papa Gwanni Pawlu I. fakkarni fih. DIk id-dahqa ghadni nipprova nifhem x'ried ifisser biha sa llum. (i.e. tal-Papa). Gwanni Pawlu I fuqhekk qal li n-nisrani hekk ghandu jkun.

.......................................................................................................................................................

FIRMAT: Can. Primic. Giovanni Vella

Dun Gwann ghamel fil-Kumpanija = 1909 sa 1923.

Il-materjal t'hawn gie mghoddi lilna fil-11 ta' Novembru, 1978.

Dun Gwann kien mill-gdid intervistat nhar is-Sibt, 11 ta' Novembru, 1978; minn Rev. Fr. Satnley Tomlin, MSSP, Sup. Gen., Fr. Saviour Sammut u Fr. Lawrence Dalli.

 

 

 

INFORMAZZJONI MOGHTIJA MINN DUN GWANN VELLA DWAR MONSINJUR GUZEPPI DE PIRO.

 

 

Carissimo Padre,

Ho sempre avuto come certa una informazione di un buon gesto del vostro fondatore. Durante le sue ricerche per la compra del terreno intorno la chiesa di S. Agata, peccato che non posso ricordarmi se l-avessi avuta direttamente da lui.

L'informazione e' stata questa, che nelle ricerche per la suddetta compra trovo' che i possessori del terreno non erano i veri proprietari e per non privare i possessori che erano gente povera, egli fece loro un volontario vitalizio.

Si potrebbe confermare questo, cercando nel registro pubblico il-contratto del trasferimento del terreno, varrebbe la pena trovarlo, ne trapela la carita' del suo buon cuore. Prego scusarmi se mai ripetero' alcuni di questi aneddoti. Tredici anni sono un considerevole tratto di vita, ne ho tanti da ricordarmi, residente al Zejtun per 55 anni, il 20 settembre di quest'anno sara' il 60 mo anniversario della mia ordinazione sacerdotale, 1919-1979. Naturalmente la prima Messa il Padre seviva gli invitati....

Vi saluto augurando le buone feste.

Devmo Servo Dun Gwann Vella.

Il-Fondatore della Scieta' Missionaria di S. Paolo incomincio' ad attuare il suo Santo e misterioso ideale con due giovani, Giovanni Vella allora studente, ammesso "gratis" nel collegio di "St. Aloisius College" B'Cara, e Giuseppe Caruana come fratello coadiutore. Prese in affitto una piccola casa in una strada stretta al lato destro della Chiesa Cattedrale e le diede il nome di "Piccola Casa di S. Paolo". Senza nessuna cerimonia c'incontrammo, il-giorno preciso non me lo ricordo, era vicino la festa di S. Pietro e Paolo. Da quel giorno egli lascio' la casa o meglio il palazzo di sua mama' e venne ad abitare con noi. Mi ricordo bene le sue parole entrando la prima volta in cucina "Bi tmintax irbieghi irmajna kcina." E non scherzava. Per voi e' un po difficile questo linguaggio. Erano altri tempi.

Vi restammo in questa casa per alcuni anni.

Cresciuto il numero dei membri se doveva cambiare casa e andammo ad abitare in un altra casa piu' grande, vicino l'Ospedale "Connouth".

 

 

 

 

 

INFORMAZZJONI MOGHTIJA LIL FATHER CLAUDE BORG, MSSP, MINN DUN GREZZ PORTELLI, MINN GHAWDEX, DWAR MONSINJUR GUZEPPI DE PIRO.

 

 

Is-Sibt, 5 ta' Novembru, 1977.

Illum mort inzur lil Dun Grezz Portelli biex nikseb xi taghrif dwar il-Fundatur u Dun Mikiel Callus, li taghhom huwa kien midhla sewwa.

Hadt gost hafna li Dun Grezz laqani bil-ferha, u hadt gost iktar ghaliex ghalkemm huwa ghandu 89 sena ghadu jqaddes u jimxi minn kamra ghall-ohra u jsajjar xi haga zghira meta jkun wahdu.

re Mons. De Piro.

L-ewwel ma staqsejtu kif kienet il-bicca u ghaliex l-Isqof talbu biex jiftah orfanatrofju ghas-subien.

Dun Grezz qalli li l-Isqof talab lill-Mons. De Piro biex jiftah istitut ghall-iltiema fuq talba tal-Kappillani.

Dun Guzepp Hili (Fontana) u Dun Frangisk Portelli (Kercem) kienu r-rapprezentanti tal-Kappillani kollha t'Ghawdex li maghhom kienu jaghmlu l-laqghat dwar dan is-suggett.

F'wahda minn dawn il-laqghat kienu weghdu li kull Kappillan ta' kull sena jaghtu œ1 lill-Istitut.

Mons. De Piro ma accettax mill-ewwel minhabba x-xoghol li kellu; izda kompla jghidli Dun Grezz, internament accetta u b'sagrificcju kbir beda l-Istitut ta' San Guzepp f'Ghajnsielem.

Meta staqsejtu dwar il-waqgha ta' Mons. De Piro, qalli li jiftakar li kien waqa' s-saqaf tal-kamra tieghu, imma m'gharafx jaghtina dettalji.

Staqsejtu kellux kuntatti mieghu u jekk Dun Grezz kienx hawn, Ghajnsielem fil-bidu ta' l-Istitut.

"Iva," wegibni, "il-mard giebni hawn u fl-Istitut kont insib il-farag tieghi meta noqghod flok Dun Karm Azzopardi (tal-Mellieha) li ghal raguni jew ohra kien jillarga."

"Mons. De Piro kien jigi spiss jara t-tfal, issokta jghidli, u mhux l-ewwel darba li ma' l-Ave Marija kien jaghmel passigata xuxa." Qalli Dun Grezz, "dak iz-zmien is-sacerdoti kollha kienu johorgu bil-kappel."

"Ahseb u ara n-nobbli," ghidtlu jien.

Dun Grezz kien pront ighidli:

"Mons. De Piro kien nobbli wkoll fir-ruh." U ssokta jghidli "Mhux l-ewwel darba kien ikun ghaddej minn fejn kont noqghod jien u jsejjahli: "Dun Grezz ejja naghmlu zewg passi." U konna mmorru sax-xatt jew sa l-Istitut."

Meta staqsejt lil Dun Grezz kif il-kleru Ghawdxi kien ihares lejn Mons. De Piro, huwa sempliciment wegibni: "Il-kleru kien jivvenerah."

Dun Grezz taf tghidli jekk Mons. De Piro kellux x'jaqsam dwar l-art fejn inbena s-Santwarju ta' Pinu?

"Naf u nghid", wegibni Dun Grezz. "Dun Guzepp Portelli, wiehed minn huti, (ahna konna hamest ahwa sacerdoti: Dun Sal, Dun Piju, Dun Karm, Dun Guzepp u jien), li f'dak iz-zmien kien jiehu hsieb il-barrakka (daqsxejn ta' kappella) xtaq jibni izda ma setghax ghax l-art kienet tal-Baruni Guzeppinu De Piro, iz-ziju tal-Monsinjur. Sacerdoti ohra li kienu jiehdu hsieb il-kappella qabel hija kienu ppruvaw jiksbu l-art sa dahlu l-qorti, li din qatghetha l-art tal-baruni u l-kappella tal-Kurja.

"Hija mar fejn l-Isqof u talbu l-permess biex ikun jista' jithabat halli jikseb l-art "Ta' Pinu". Malli kiseb il-permess mehtieg avvicina lill-Mons. De Piro u lil huh Dun Santin u dawn thabtu sa ma rnexxilhom jipperswadu lill-werrieta, ghax zihuhom kien miet.

 

 

 

 

FIS-26 TA' SETTEMBRU, 1965, MADRE M. PAOLA CILIA TAL-FRANGISKANI TAL-QALB TA' GESU', LI TOQGHOD 10 MNAJJAR STREET, B'KARA, MALTA, KIENET TAT XI INFORMAZZJONI LIL BR. LOUIS ALOISIO SSP, (ARA "TAW XHIEDA DWAR MONS. G. DE PIRO. VOL. I pp. 36-41); FIT-28 TA' L-ISTESS XAHAR HI KOMPLIET TIBGHAT DIN L-INFORMAZZJONI LI GEJJA.

 

 

D.M.E.O. 10 Mnajjat Street,

B'Kara,

Malta.

28 - 9 - 1965.

Molto Revdo Padre,

Ftakart dan li qeda nibghad.

1. Meta Sr. Blandina kienet qeda sservi lill-Mons. Fundatur, qaltlu li darba ghandna mmutu. Il-Mons. kien pront u b'enfasi qal dan il-kliem, "O, meta mmutu nibdew nghixu l-vera hajja."

2. L'ghada li miet kelna naghmlu fl-Istitut l-festa ta' Missierna San Frangisk, u sar dan:-

Sorijiet u tfal jibku telfa hekk kbira, u telephones icemplu l-hin kollu u bla ma kienu jafu li miet jaslu l-Ministri li kellhom jghinuh; tista tahseb x'hasda hadu. Dawn kienu Mons. George Preca, Dun Anton Cilia (illum Mons. Cilia) Dun Guzepp Camilleri (cerimonjier) u Patri Ugo Callus O.P. u kienet giet minn Ghawdex il-Madre Genle kienet Madre Nazzarena flimkien mal- konsulieri taghha; kienet xena kommoventi.

3. Ftakart li r-Rabat Malta hemm wahda jisimha Maria, din kellha huha jismu Wenzu kien sagristan tal-Katdiral; ippruvaw staqsu ghaliha, din nispera li taghtikom hafna nformazzjonijiet fuq il-Mama' tieghu, tal-Mons. Fundatur.

4. Ghawdex ukoll hemm Sacerdot. Direttur ta' l-Istitut tas-subien, kien ikun mal-fundatur.

5 Il-Madre Genle tas-Sorijiet tan-Nazzarenu nahseb li tista' tghinkom ukoll.

Bghatt ukoll dan il-ktieb li sibt forsi ukoll jista' jghinek.

Benedizzjoni.

Iffirmata: Figlia in C.J.

Sr. M. Paola

del

S.Smo Redentore

N.B.

Ftakart,

Li fl-Anno Santo tal-1933 kienet harget cirkulari mil-Kurja li ghandhom jitqedu Slaleb fuq il-bjut.

Mons. kellu stima kbira ghall-ordnijiet li johorgu mill-Kurja, allura kien ghamel Salib sabih fuq il-bejt ta' l-Istituti bl-eletriku.

 

PARTI MINN INFORMAZZJONI MOGHTIJA LIL PATRI ALESSANDRU BONNICI, OFM CON., MILL-BARUNI JEROME DE PIRO TA' 74 TRIQ IR-REPUBBLIKA, VALLETTA, DWAR ZIJUH MONSINJUR GUZEPPI DE PIRO.

 

 

Mons. De Piro.

Jiena ma mortx bil-hsieb li nigbor taghrif fuq Mons. De Piro ghaliex kont nissopponi li l-Baruni ma jag kwazi xejn fuqu. Imma, b'sorpriza ghalija, hu qalli ftit rakkonti ckejkin li swewni hafna. Meta miet Mons. De Piro, il-baruni kien zaghzugh ta' 19 -il sena. Il-Monsinjur mar kemm il-darba ghandhom, u ghalhekk, hu fadallu hafna tifkiriet tieghu. Hu sama' dwaru anki minghand missieru Igino (li miet fl-14 ta' Awissu, 1942), u ghalhekk, kellu hafna xi jghidli.

Il-Monsinjur, il-vokazzjoni u missieru.

F'zghozitu, Guzeppi De Piro kien ihobb jaghmilha ma' xbejbiet u guvintur ohrajn. Missieru Alessandro ma kienx jahseb li hu ghad jista' jsir sacerdot. Darba wahda, hu kellem lil missieru u wrieh il-vokazzjoni tieghu. Missieru qallu: "Le" u stiednu biex imur ghal ftit zmien Firenze ghand familja li kienet habiba hafna tal-familja De Piro. Guzeppi mar; imma meta gie lura hu wiegeb lil missieru li kien ghadu bl-istess hsieb ta' qabel. Xtaq isir qassis. Imbaghad, it-triq ippjanat ghaliex missieru ma damx ma miet. Missieru ma fixklux fil-vokazzjoni; imma ried ikun cert jekk hu kienz tassew imsejjah ghal dik it-triq. Imma, fil-fond ta' qalbu, missieru kellu d-dubji tieghu.

(Zieda tieghi, Fr. Alex Bonnici: dan jikkonferma hafna dak li nsibu fir-ragunijiet ta' Guzeppi nnifsu, meta bhala raguni pro ghall-vokazzjoni tieghu jqieghed: La morte del Padre).

Meta jiena tkellimt mal-baruni fuq il-kitbiet ta' De Piro nnifsu dwar il-vokazzjoni tieghu, hu ha gost ghax il-kitbiet tal-futur Monsinjur ma kienux hlief il-konferma ta' dak li qalli.

Il-mewt ta' Alessandro

Alessandro De Piro kien ta' natural fragli hafna. L-istonku tieghu xejn ma kien tajjeb. L-ikel ma kienx jiddigerixxi ruhu. Imma martu Ursola kienet b'sahhitha hafna. Waqt vjagg li ghamlu fl-Italja, huma marru fid-dar taghhom ta' Firenze, u minn hemm Alessandro beda jhoss li dak il-vjagg kien qed jaghmillu hazin hafna. Minn Firenze, huma marru Ruma, u qaghdu fil-lukanda Minerva. F'dik il-lukanda, lil Alessandro tah hass hazin u miet malajr. Mar it-tabib biex jiccertifika l-mewt tieghu. It-tabib sab li Alessandro kien miet bl-ispanjola. Imma t-tabib qal lil Ursula: "Allahares ikollna nghidu li miet b'din il-marda li tittiehed ghaliex kulhadd jahrab minn hawn." Ghalhekk fic-certifikat tal-mewt, it-tabib kiteb li hu miet bil-kliewi.

De Piro u Apap Bologna

Iz-zijiet tal-baruni huma l-Monsinjuri De Piro u Apap Bologna: wiehed minn naha ta' missieru u l-iehor minn naha ta' ommu. Hu qalli x'inhuma l-impressjoni ta' tfulitu fuq dawn iz-zewg zijiet-monsinjuri. Ta' tfal li kienu, il-baruni ta' llum u hutu aktar ingibdu lejn Mons. Apap Bologna milli lejn Mons. De Piro. Apap Bologna kien ikompli hafna u jaf jinzel ghal-livell tat-tfal. Hu kien jilghab maghhom l-karti u affarijiet ohrajn. Mons. De Piro kien riservat hafna. Kien izomm hafna d-dinjita' tieghu anki fil-familja. Hu kien fih persuna ghaliex ghat-tul u l-qawwa tiehgu, kienu jarawh qisu ggant.

Ursola fil-mewt ta' Mons. De Piro

Meta kienu mietu sitta minn ulied Ursola De Piro, hi kienet marida u ma kienetx timxi. Ursola, wara li kien miet anki binha Dun Santin, kienet tghid li Alla sejjer izomm haj lil binha Guzeppi biex dan ikun jista jassistiha fil-mewt taghha, u jghatiha l-ahhar assoluzzjoni.

Il-baruni Igino De Piro (missier il-baruni attwali), fis-17 ta' Settembru, 1933, sama' li huh kien hassu hazin, qabel il-barka ta' wara l-purcissjoni tad-Duluri f'San Gejtanu, il-Hamrun. Il-baruni mar ghal ibnu Jerome, u t-tnejn flimkien haffew biex marru b'karrozza fl-isptar centrali tal-Furjana. Dak iz-zmien, Jerome (il-baruni ta' llum) kien ta' 19 il-sena. Kif waslu l-isptar, huma rawhom jghattu bil-lizar lil Mons. De Piro. Kien ghadu kif miet.

Kien dmir difficli tal-baruni Igino li jmur ghand ommu Ursola fl-Imdina, biex jaghtiha dik l-ahbar hazina tal-mewt ta' binha Guzeppi. Guzeppi, sa minn tfulitu, kien il-fessud ta' ommu u missieru. Meta waslu l-Imdina, Jerome ma dahalz ma' missieru. Hu ried li jkun missieru Igino wahdu li jaghtiha kif jaf hu dik l-ahbar. Hu qaghad jistennieh barra l-kamra. Kif hareg minn hdejha, Jerome staqsa lil missieru: "Kif haditha?" Il-baruni Igino wiegbu: "Nizlu zewg demghat ma' haddejha, u qalet, "Tkun maghmula r-rieda t'Alla." Jerome ssokta jghid: "Kienet omm qaddisa, li ma tilmentax minn dak li Alla jibghatilha. Taccetta b'rassenjazzjoni anki sagrificcju."

L-ahhar kelma: L-Arma De Piro

L-origini tal-familja De Piro ma hux cert. Dan jista' jidher mid-dokumenti tal-familja li l-baruni tani f'idejja, u jiena sejjer naghmel uzu minnhom.

Imma hu maghruf hafna dak li ghaddiet minnu l-familja specjalment miz-zmien ta' Lorenzo Ubaldesco. Dan kien missier l-ewwel baruni De Piro: Giovanni Pio. Dan ma kellux hlief iben wiehed; imma Lorenzo Ubaldesco, wara l-mewt ta' martu, iddecieda li jsir qassis. Kien habib kbir tal-Gran Mastru Perellos. Dan Lorenzo Ubaldesco malajr sar Kanonku tal-Katidral ta' Malta u gie mgholli ghall-aqwa dinjita' li dik ta' Arcidjaknu. Ghalhekk meta aktar tard, Giovanni Pio De Piro sar Baruni, hu seta' jghid li missieru kien l-Arcidjaknu. Ghalhekk meta aktar tard, Giovanni Pio De Piro sar Baruni, hu seta' jghid li missieru kien l-Arcidjaknu tal-katidral ta' Malta; imma mwieled regolarment qabel ma' dak missieru ddecieda li jsir qassis.

Kif kien isir fl-imghoddi, jekk xi persuna importanti jkollha ma' xi hadd rabtiet kbar ta' mhabba, din taghtih bicca mill-arma taghha. Ghalhekk, Perellos, ghar-rabtiet ta' mhabba mal-familja De Piro lil Giovanni Pio tah il-fakolta' li juza tliet langasiet mill-arma tal-Gran mastru nnifsu. Ghalhekk, fl-arma De Piro, f'nofs is-sigra, nilmhu dawk it-tliet langasiet.

Iffirmata .........................

(Fr. Alexander Bonnici OFM Conv.)

Kunvent San Frangisk

Triq San Frangisk

Rabat.

Il-Hadd, 10 ta' Jannar, 1982

(L-ghada li saret il-laqgha mal-baruni Jerome De Piro)

 

 

 

DIKJARAZZJONI DWAR IS-SERV T'ALLA, MONS. GUZEPPI DE PIRO MAGHMULA MINN MR. CARMEL FARRUGIA, EX FRA CONSIGLIO S.S.P.

 

Kien tifel fl-Istitut ta' San Guzepp mill-1918 sa l-1925.

Dahal fis-Socjeta' fl-1925.

Ghamel fi hdanha bejn wiehed u iehor sena.

 

Q.. Importanti tghidilna kif sirt taf lill-Funadatur?

A.. Mela, jiena kont tifel San Guzepp. Meta miet Dun Gorg Bugeja gie bhala superjur taghna l-Padre, Mons. De Piro. JIen, bhala tifel, kont nitghaxxaq inhares lejh ghal dik il-hlewwa tieghu u dawk il-manjieri li bihom kien ikellimna lilna t-tfal. Kien dejjem jiprietkalna u jghidilna fuq l-imhabba; li nhobbu lil xulxin u naghmlu 'l-gid 'il-xulxin. Jiena tant ingbid lejh li, meta kelli l-eta' tieghi, thajjart immur inkellmu biex nidhol fis-Socjeta' Sancti Pauli tieghu. Huwa accettani bil-ferha. Jiena dhalt fis-Socjeta'. Ghamilt il-probandat tieghi ta' sitt xhur, u konna dak iz-zmien l-Imdina, hdejn il-Cannought. Is-Surmast tan-novizzi taghna kien Padre Emanuele Bugeja. Dan kien fl-1925. Il-Padre kien jigi jiekol maghna, mhux kuljum, forsi darba fil-gimgha. Kien joqghod bil-qeghda fir-refitorju maghna. Konna forsi nkunu sitta jew sebgha. Kienet issir ukoll l-lettura. Huwa u jiekol konna nosservawh li jkun qed ihares lejna wiehed wiehed, b'dik id-dahqa fuq fommu: kien ikun qed juri illi qieghed jiehu pjacir bina.

Q.. Issa, tkellimt illi hu gibdek bl-imgieba tieghu bhala tifel f'San Guzepp: taf tghid fuq l-attiduni tieghu mat-tfal? Id-dixxiplina kif kienet? Jekk kienx jikkoregiehom lit-tfal...?

A.. Kien iva, kien jikkoregina lit-tfal. U kellu dixxiplina, mhux harxa, imma kienet dixxiplina hafifa. Kien fil-fatt jghaddiha ghas-superjuri taghna bhal per ezempju Fra Guzepp Caruana, u wkoll Fra Ruzar, u kienu jghidulna huma x'ghandna naghmlu. Ahna, ta' tfal li konna, konna narawh tant ihobbna, jidher li jhobbna, li konna nobduh instantanjament u hu kien tant jiehu pjacir bina.

Q.. Bhala bniedem mizmum bhala wiehed ta' "certa qdusija": lilek x'impressjoni hallielek?

A.. Kien ragel ta' qdusija immens. Hallieli mpressjoni li ghadha sa llum tahdem fija. Mhix mieghi biss imma ma' kull min kien jiltaqa'. Ukoll taqbadlu jdejh biex tbusu kien jghid certu diskors f'qalbu bhala talb. Kien tant gentili mal-proxxmu u mal-benefatturi, illi kulhadd kien speci... irrid nghid li ... igieghelna nitkellmu.

Q.. Meta kien jitkellem mieghek, u ma' kull min kien jitkellem, tafu bhala bniedem jitkellem biss fuq affarijiet spiritwali jew nghidu ahna biss fuq xi xoghol jew...?

A.. Kien jitkellem fuq kollox. Fuq il-hajja tal-bniedem biex ma jdejjaqniex. Kien jitkellem spiritwali ukoll... materjali. Kien jitkellem dwar kollox maghna. U kellu dik id-dahqa f'fommu illi jgieghelek tiehu pjacir thares lejn wiccu u tirrispondih ghad-domandi li jghamillek.

Q.. Ghidtli ukoll, l-ewwel, illi kien jigi jiekol darba fil-gimgha mal-komunita. Bejn wiehed u iehor taf ghaliex? Din kienet is-Socjeta' tieghu, allura...!

A.. Iva, imma dak kien jigi peress li dik kienet l-unika dar li kelna dak iz-zmien. Kien jigi joqghod hemm maghna, u jorqod hemm ukoll. Kien jaghmel dik il-gurnata jew tnejn. Imbaghad, peress illi huwa kien Superjur ta' l-Istitut ta' San Guzepp kien ried ilahhaq ma' hemm ukoll.

Q.. Jigifieri, bejn wiehed u iehor kien minhabba impenji ohra li kellu.

A.. Daqshekk.

Q.. Lilek personali, il-Fundatur x'ideja ta' bniedem tak: per ezempju, ha nghid l-oppost, ma nafx, ghidli int, bniedem ghazzien? bniedem ma jitlobx?.....

A.. Kien bniedem illi lsieni mhux bizzejjed biex ighid dak li kien. Kien ragel ta' talb, ruh qaddisa, illi tiehu parir minn ghandu tibqa tiftakru. Il-pariri tieghu kienu ta' qdusija: kemm lili, kemm lit-tfal u ukoll lil sacerdoti bhalu.

Q.. Tiftakar xi okkazzjoni li rajtu jitlob fejn hallielek xi impressjoni ta' kemm kien ragel spiritwali?

A.. It-tifkira li jien ghandi tieghu ghadha tahdem go fija. Din hi ta' meta marritli l-volonta u ddeciedejt li nispicca mis-Socjeta'. Qabel tlaqt mort inxhett gharkuptejja quddiemu. Bhal ma ga ghidtlek, mort inxhett hdejh, fetah idejh u qalli, "Nizzihajr 'l Alla, fl-ahhar gie wiehed!" U jiena fhimtha, ghal dak iz-zmien, illi kont l-ewwel wiehed li mort nitolbu l-barka tieghu qabel nitlaq. Imbaghad berikni u qalli: "Inti ma tbatix fil-hajja tieghek illi ma batejtx s'issa, sal-gurnata ta' llum; u jekk terga tigik il-vokazzjoni jiena nilqghek b'idejja t-tnejn." Jiena u nkellmu, dak inhar ghadni niftakar sad-dmugh kien qabizli minn ghajnejja ghall-imhabba tal-kumpanija u ghall-imgieba tajba tieghu. U l-barka tieghu ghadha tahdem fuqi sa llum. Ilghaliex kont dhalt fin-Navy; ghamilt iz-zmien tieghi ta' 22 sena; salvajt kemm il-darba fil-gwerra; u ghall-grazja t'Alla ghadni b'sahti u l-Bambin zejjinni b'familja kbira. Darba wahda gie San Filippu, il-Birgu. Hu kien qed iqarar. U jien smajt li qieghed il-Birgu u mort biex narah ghax dejjem bqajt inhobbu. Hu jien fil-konfessinarju, u rani ghajjatli b'subghajh, u mort inkellmu. Qalli: "X'inhi din l-uniformi li ghandek?" U qaghadt infissirlu fejn qieghed nahdem u dan. U qalli, dak il-hin: "Jekk terga tigik il-volonta' jdejja miftuhin it-tnejn ghalik." Jiena bistlu jdejh, ir-ringrazzjajtu, u berikni.

Q.. Fil-kuntatti li kellek mieghu ta' kuljum gieli rajtu jitlob jew....?

A.. Rajtu iva. Rajtu kemm il-darba jitlob. Meta kien jitlob kien joqghod gharkupptejh quddiem is-Sagrament. L-Imdina kelna kappella zghira hdejn l-isptar ta' Cannought. Kien joqghod gharkuptejh fis-solitudni jitlob. Meta kien iqaddes, dik il-qdusija u dak.... wiccu kien jixhed li ruh tajba u ta' qdusija u l-pariri tieghu lilna, bhal ma ga ghidt, kienu biex inhobbu 'l xulxin u ninhabbu mal-proxxmu taghna.

Q. Gieli kien jaghmlilkom xi konferenzi?

A.. Iva gieli. Gieli kien jaghmililna priedka zghira biex jara kif ahba sejrin. Jekk ghandniex xi diffikultajiet. Jekk ghandna nghidu xi haga mmorru nghidu lilu jew lis-surmast li kelna tan-novizzi.

Q.. Tiftakar fuq xhiex kien jaghfas l-aktar meta kien ikellimkom?

A.. Kien jaghfas, kultant, l-iktar biex inzommu ruhna kemm jista' jkun ..... mhux fuq xoghol li nahdmu biss, izda, kif jghiduha, inkunu mehdijin b'xi haga. Li dejjem nehdew il-menti taghna b'xi haga. U nistudjaw. Kien jaghtina nistudjaw ir-regolamenti. Kien jghidilna, morru xi mkien f'xi kamra zghira wehidkom fil-kwiet u tistudjaw. Meta tistudjaw hekk iddahhal kollox f'mohhok; u kien veru.

Q.. Tista' tghidilna xi haga dwar ommu r-relazzjoni bejniethom?

A.. Fuq il-mama' tieghu: meta kien imur biex jaraha hi kienet tiftah idejha t-tnejn u l-kelma taghha, fil-laqgha taghha mieghu, kienet tghid: "Gej il-fqir tieghi!"

Q.. Avolja hu setgha jghix hajja sinjura...

A.. Setgha liberalment.

Q.. Ghax il-familja tieghu....

A.. Setgha liberlament.

Q.. Kien pero' jghix hajja semplici.

A.. Kien jghix hajja semplici. Huwa kien sinjur kbir imma iddedika ruhu ghal din il-kumpanija illi dak iz-zmien li kont fiha jien kienet zghira u llum tant kibret mad-dinja. Din kienet il-ghaxqa tieghu u x-xewqa tieghu, li jkabbar il-kumpanija mad-dinja, ilghaliex l-ewwel Fra li baghat l-Abbisinja, kien Fra Guzepp Caruana; dak l-ewwel wiehed u miet hemm.

Q.. Tiftakar xi haga dwar x'kien jghidilkom meta kontu tipprezentaw ruhkom biex tidhlu fil-kumpanija?

A.. Iva, kien isaqsiena hafna domandi. Kien isaqsiena, nghidu ahna, x'vokazzjoni ghandek? Imbaghad ahna konna nirrisponduh skond id-domanda li jaghmlilna u x'gie li gie f'mohhok biex tidhol fil-kumpanija, qieghed tifhem? Hekk hux ahjar barra ghalik, jew gewwa; biex jara il-vokazzjoni tieghek hiex soda bizzejjed. Imbaghad forsi jghaddi z-zmien u bhal ma grali jien marritli l-volonta'; dak gara lil bosta. Forsi ma tkunx il-volonta' t'Alla lanqas.

Q.. Kien ikellimkom dwar l-ideja tieghu ta' missjoni, xoghol fil-missjoni...?

A.. Kien ihobb jitkellem fuq il-missjoni l-iktar ilghaliex il-kumpanija li ghamel hu sejhilha missjunarja: Societatis Sancti Pauli ahna missjunarji. Sa kien jaghtina s-salib meta kont tipprogessa, u l-kuruna meta tipprofessa solenni. Kemm lil sacerdot u kemm lil Fra, hux veru? Li nahseb ghadha sa llum....................................................................................................................

Q.. Imma, meta kien jiltaqgha maghkom, hu qatt gieli kellimkom fuq il-missjoni jew ix-xewqat tieghu?

A.. Ix-xewqa tieghu kienet li tikber il-kumpanija u li jara izjed sacerdoti biex jaghmlu l-gid lill-poplu. Ghax hu x-xewqa kbira tiehgu dik li kienet illi jaghmel sacerdoti kemm jista' jkun mhux ghal Malta biss imma biex idawwarhom mad-dinja.... bhal ma huma llum. Hemm hafna li hemm l-Awstralja l-Kanada, il-Peru jigifieri l-kumpanija kull ma tmur qeghda tikber avolja miet u ma kellux ix-xorti li jaraha kif inhi prezenti, pero' nispera f'Alla jien illi hu qed jarana mis-Sema u qed iberikna minn hemm.

Q.. Xi whud jghidulna li kien bniedem karitattiv. Ghandek xi haga dwar dan?

A.. Iva. Jiena nahseb, ghalkemm qatt ma rajnieh, imma jiena nahseb, u hafna jahsbu, illi l-karita tieghu kienet mohbija. Dak li taghmel l-id il-leminija ma kienx juriha lix-xellugija. Jigifieri, kull ma kien jaghmel kien jaghmlu propjament ghal Alla. Nista' nghid illi meta miet Dun Gorg Bugeja, dak kien fl-1922-23, hux veru? meta gie il-Padre Mons. De Piro u tawh ir-responsabilta' taghna t-tfal, jien ghadni niftakar li l-affarijiet "impruvjaw" kemm ta' l-ikel u kemm ta' hwejjeg ohra. Allura tana x'nahsbu illi l-Monsinjur kien jghinna minghajr ma jurina, mhux lilna biss imma kien jghin ukoll istituti ohra. Hekk konna nahsbu ahna; bhal ma huma per exempju kien hemm Ta' Cini, dak iz-zmien, u kien hemm dak l-istitut ta' Ghawdex, (ta' Chambrai). Jien kont wiehed minnhom meta nfetah dak. Konna gibna l-Isqof u lit-tfal. Kien l-Isqof Gonzi minghalija. U jiena kont indoqq fil-banda, u morna ndoqqu l-banda hemm ukoll, Ghawdex. U f'kelma wahda kien veru ragel mhux biss qaddis imma l-veru karitattiv!

Q.. Mhux ta' b'xejn, biex nghid hekk, in-nies kienet tingibed lejh.

A.. Uh! M'ghandekx ideja! Mija fil-mija! Kull fejn kien imur, ukoll jiprietka, kien ihobb jaghmel il-festa ..... kien devot kbir tad-duluri ........................................................................................................................

Jiena ma kontx Malta dak iz-zmien (meta miet) ghax kont imsiefer. Kienu baghtu jghiduli tal-familja; u hassejt dispjacir qawwi fija. Nghidlek il-verita' li bdejt inhoss, bdejt nghis "zgur il-kumpanija sa tispicca!" Miet il-Padre imma l-providenza ta' Alla, u hu talab ghalikom biex mhux talli ma spiccatx talli tkattret u qed tikber u dejjem tikber. U jiena nghodd ruhi bhala wiehed minnkom xorta wahda avolja hallejt il-kumpanija imma bqajt inhobbkom u nibqa' inhobbkom sa kemm immut!

Iffirmat Carmelo Farrugia

25-10-78.

 

 

 

DIKKJARAZZJONI MOGHTIJA MINN MR. CARMELO BORDA DWAR IS-SERV T'ALLA, MONSINJUR GUZEPPI DE PIRO.

 

 

CARMELO BORDA .... Sta. Venera.

Intervistat f'Dicembru 1979 minn Father Saviour Sammut MSSP.

Jiena kelli tifel li, fuq parir ta' xi hadd, thajjar imur ikellem lil Mons. De Piro. Wera x-xewqa ta' vokazzjoni. Billi dak iz-zmien, meta l-Istitut ta' San Guzepp kien ghadu mhux f'idejn De Piro, dawn iz-zghazagh kienu jigu mlaqqin l-Imdina; allura, kull nhar ta' Hadd kien jitla' u jigi lura filghaxija. Spicca biex dahal mas-Socjeta'. U hemm beda jintbaghad il-kullegg ta' San Alwigi.

Gurnata minnhom gieni l-kont biex inhallas ghat-taghlim li t-tifel tieghi kien qed jiehu minn hemm. Dik il-habta kont b'paga ta' œ7 fix-xahar. Tista' tahseb kemm kien possibli ghalija niflah ghal dawk il-hlasijiet. Insomma, mort u ghidtlu:- "Sinjur, ara xi grali...!" U hu qalli, "Mur, mur tikkonfondi xejn. Ghax, ibnek qieghed fuq ismek mhux fuq ismi, izda l-flus inhallashom jien." "Grazzi," wegibtu.

Minn dak inhar bdejt infittxu spiss u sirt midhla tiehgu sew.

Billi kien jaf li kont wiehed miz-zelanti tal-Qalb ta' Gesu', sikwit kien jghidli: "X'naghmlu ghall-missjoni?" "Li tghidli naghmlu," kont inwiegbu. Iddeciedejna li naghmlu kaxxi zghar u kelli mmur inpoggiehom jien fil-hwienet. Kelli c-cavetta f'idejja. Li nigbor kont niehdu u naghtihulu. U bdejna. Ma tantx irnexxiet! Allura iddeciedejna li mmur nittallab ghall-missjoni. Accettajt. L-ewwel darba mort lejn Bormla. Hekk kif wasalt hemm, jien u ghaddej minn quddiem dar ta' nutar li kont nafu personalment, jitfacca hu. "Ara s-Sur Saydon!" ghidtlu f'tislima. "X'giebek 'l hawn" qalli. "Nghidlek is-sewwa, Sur Manifk, jiena gejt nittallab xi haga tal-karita' ghall-missjoni ta' Mons. De Piro." Hares harsa inkwizittiva lejja u "Inti kif gejt hawn?" "Heq, tlaqt mill-Hamrun bil-hsieb li nigi nittallab hawn. U rajt lilek l-ewwel u ghidtlek."

Dak baqa' jhares lejja. "Dan kif taf?" Ghax, kif tgharrafli hu stess, b'kumbinazzjoni kien ghafu kif ittratta kaz fejn wiehed halla somma flus ghall-missjoni. (ma qalx x'missjoni hi). "Ghidtlu, "Lili tghidli xejn. Ikteb lil Mons. De Piro u rranga mieghu int. M'ghandiex x'naqsam jien. Jiena gejt bhala messaggier biex nghidlek."

Lill-Monsinjur kont ghidtlu. Dan gab is-somma.

Niftakru dejjem bil-kuruna f'idejh.

Kont gieli niltaqa' mieghu hiereg mill-Istitut ta' San Guzepp u jghidli: "Karm, bil-mixi minn hawn sal-palazz." Dik il-habta kien senatur tal-kleru. Il-paga ta' senatur kien juzaha ghall-gid tal-missjoni. Ghaldaqstant kien jippreferi jimxi biex ma jmissx xejn minn dawk il-flus. Kien ifittex li jiffranka ghax mohhu missjoni biss kien.

Niftakar lis-Sinjorina Curmi tigi tkellmu. U meta xtratlu pupa u fuqha, il-Mons., kien xeddilha libsa ta' kif kellha tigi l-libsa tas-sorijiet. Kien uriehili. "Qieghed taraha din? Sa nohodha mieghi Ruma halli l-Papa japprovali l-Ordni tas-sorijiet." Mar u giet approvata.

Niftakar dak inhar ta' l-ewwel gebla ta' Sant'Agata. Jien kont mistieden. Kien gie ukoll Sir Mercieca tal-qorti; u wkoll niftakar lil Dun Gejt. Dan kien sacerdot li halla "d-djocesi" ta' Ghawdex u gie jghix mal-Monsinjur. Izda wara kien telqu wkoll.

Niftakar darba kelli ghalxiex immur inkellmu, dwar gbir ghall-missjoni. Mort infittxu l-Istitut ta' San Guzepp. Malli dhalt staqsejt lill-purtienar jekk il-Monsinjur kienx fuq. Din kienet is-soltu procedura tieghi. "Iva, hemm qieghed fuq." U kont nitla'. Dak inhar dhaltlu ghal gharrieda. U osservajt illi s-sodda tieghu kienet ghadha mifruxa pulita u ordnata. Tahtha kien hemm mitrah iehor. Kelli nkun naf illi hu kien jorqod fl-art!

Iffirmata: Carmelo Borda

c/o Fr. Saviour Sammut mssp.

 

 

 

INFORMAZZJONI MOGHTIJA MINN PAWLU AZZOPARDI TA' 21, ST. PAUL STREET, RABAT, MALTA, DWAR MONS. G. DE PIRO.

 

 

Dejjem ma riglejh kont.

Jien kont inhobb indur bil-Monsinjur. Meta kien jigi jilbes u jlesti ghall-quddiesa, arani mmur naghtih daqqa t'id. Darba qalli: "Kemm inhossni ghajjien, Pawl," "Jaqaw?" "Skorrejna n-nofs qantar, Pawl." "Nirringrazzjaw lill-Bambin, Monsinjur." Qalli: "Lilu rridu nirringrazzjaw sieheb, Iva, ghalaqna l-50!"

Nhar ta' Gimgha kien imissu l-quddiesa konventwali tieghu fil-Katidral. Ommu kienet tibghatlu dejjem biex jitrejjaq. U kienu jtuni ghalih stanjata kafe, tazza halib, bicctejn hobz mixwija u gieli xi bicca laham fuq il-fwar. Kollox kien ikun go qoffina. Hu kien jiehu kollox. Billi kien zmien l-ewwel gwerra, li matulha wkoll inhass il-guh, konna mixtieq ahna wkoll. Jiena u siehbi, Wenzu, konna noqghodu nistennewh ilesti. Hekk kif kien ilesti, nohorgu minn wara l-bieb, u mmorru nlaqtu xi haga milli kien jifdal. Huwa kine induna b'dan, u ghalhekk kien kull darba jhallilna zewg kisriet hobz. Malli johrog u jarana nistennew: "Morru huduhom," kien jghidilna bi tbissima.

Wara kont nigbor kollox, inpoggiehom fil-qoffina u nohodhom lura. Kelna bieb fis-sagristija li jghati ghat-twieqi tal-garigor tad-dar taghhom. Kont nghaddi minnu u mmur nghajjat lis-serva: "Cett, Cetta." Innewlilha; tirringrazzjani; u tmur tkompli ssajjar fil-kcina.

Fid-9.00 a.m. kienet tinghad it-Terza ta' l-Ufficju Divin fil-Katidral. Fid-9.15 kienet tohrog il-qiddiesa konventwali mhejjuna u kompluta b'kollox skond ma' titlob il-liturgija. Meta kien ikun imissu hu, kien ikun fuq l-artal tas-sagristija jistenna l-waqt li johrog. Sa dan it-tant kien izomm ruhu migbur u jlesti ruhu ghas-sagrificcju qaddis. Meta xi wiehed mill-abbatini kien jaqbad jitkellem jew jiccacra, hu kien biss jerfa' rasu u jtih harsa. Kien jifhmu mill-ewwel u jiskot. Fil-hin kien javvicinah ic- cerimonjier u "Procedamus, Monsinjur." "Procedamus in pacem." U johrog waqt li tinstema' l-qanpiena ddoq b'sinjal ta' hrug il-quddiesa. Wara li jispicca, kien jinza' l-abiti sagri u hekk kif johrog mill-Katidral jmur jaghti titwila lill-mama'. Minn hemm, imbaghad, kien jew imu lejn dar il-Kumpanija fi strada San Paolo, jew, jitilqilha 'l isfel, lejn il-Hamrun (i.e. l-Istitut ta' San Guzepp).

Darba gie jaghmel pontifikal l-Isqof Mauro. Dan kien zmien il-Milied.

Il-palazz ta' l-isqof kien hajt ma' hajt mal-Katidral. Fuq kien hemm bieb li jaghti mill-palazz ghall-Katidral. Meta l-isqof kien ikun hemm, is-sagristan kien jitla' b'muftieh u jiftah is-sellatura ta' dan il-bieb. Meta kien isir il-hin, l-isqof kien jiftah bieb iehor fuq in-naha tal-palazz, ighaddi mill-bieb il-miftuh u jigi wara l-kor. Jinzel sitta jew seba' targiet u jigi fil-kor. Kien jidhol hekk kif jispicca t-Te Deum.

Bhala Dekan, Mons. De Piro kien jassisti lill-isqof waqt il-pontifikal. Dak inhar kien mimli l-katidral. Ma kienx hemm aktar siggijiet ghan-nies. Ghalhekk xi nisa poggew fuq it-tarag tat-tron (tal-Granmastri). Fosthom kien hemm tifel ta' xi erbatax il-sena. Dan fettillu johrog labra tal-ganc u biha hemez id-dublett ta' wahda mat-tapit tat-tron! Din ma ndunat b'xejn. Izda malli giet biex tqum sabitha difficli. U aktar ma ghamlet il-forza d-dublett spicca jizzerzaq minn fuqha!

Fid-daqqa u l-hin sejjahtlu hekk kif kont fis-sagristija. Qbadtu minn spallejh u ghidtlu: "Ghax ghamilt hekk? Ohrog il-barra." Ghaddejtu mis-sagristija u spicca barra. X'hin dahal mill-pontifikal, sejjahli l-Monsinjur: "Hawn?" "Isma' 'l hawn Pawl," qalli, "Ghidli". "Xejn ma ha gost bik l-isqof, tafx." "Ghaliex? Heq, nirrispettah tant lill-isqof, u hu jhobbni tant!" "Naf li jhobbok. Izda hu ma hax pjacir bik. Dan, ghax keccejt lil dak it-tifel? Monsinjur, int dak taf x'ghamel? Kif jista' jkun ma tkeccihx!" U ghedtlu b'kollox. "Imma l-isqof ma hax pjacir bik! Kien missek tikkoregih mhux tkeccih. Ahna nkeccu lit-tfal mill-knisja?"

Allura thalli lit-tfal jaghmlu dizordni?"

"Heq, allura; niehdu pacenzja bihom."

Ma kellimntu xejn u ghaddiet.

Darba ohra, kien qed isir il-pontifikal ta' l-Imnarja. F'hin minnhom ilmaht kelb fil-knisja. Mort ghalih. Ghamilt ftit tad-dizordni hekk kif bdejt nipprova nkeccih u, sintendi, nigri warajh. Min-nies, ma ghandniex xi nghidu, kien hemm min ha gost bil-farsa. U naturalment, bdew jiddiehku bija. Meta dahal qalli: "Ghalfejn qbadt tigri f'nofs ta' knisja?" "Ghax dahal kelb." "Mhux krejatura?" "Ahna s-soltu nhallu l-klieb fil-knisja?" "U dal-kelb ..... mhux krejatura!" Hallejtu. Ma kellimtu xejn. Kollox kien jghodd ghalih.

Darba gejt imsejjah biex nidher quddiem id-dekan Vassalli, il-principal tal-Monsinjur. Niftakar lis-serva giet tfittixni fil-Katidral: "Il-Monsinjur irid ikellmek." Hallejt lil siehbi responsabli u mort.

Sibt ukoll lil Mons. De Piro hemm. Hekk kif dhalt kellimni Vassalli: "Ara oqghod hawn. Isma' dak li sa jghidlek." U Mons. De Piro qalli: "Pawl, issa fl-ewwel jum tax-xahar, fis-1.00 a.m. gerri l-arlogg siegha 'l quddiem, ghax issa hekk sa jibda jkun il-hin, b'siegha l-quddiem.

Hu kien wassal lil Vassalli l-ahbar, dirett minghand il-Gvernatur, dwar l-hora legale". Dawn kienu zminijiet il-gwerra. Jiena niftakar kont wegibtu: "Issa nghid lill-Kampnar."

Fl-1919, kien hawn l-influwenza, hekk imsejha l-Ispanjola. Lili missitni wholl. U spiccajt kwarantina d-dar. Tant li kien jigi ragel kuljum biex ma jhallix niess jiffrekkwentawni. Sa kont spiccajt biex gabuli l-vjatku (Trid tara l-baldakkin, lis-sacerdoti kollha bix-xema' f'idhom, u l-abbatini bil-fanali.) Kienu dawk zminijiet il-gwerra. Bajda kienet tmintax ir-rbieghi (2s.6d. = 12c5m) U jien kelli bzonn il-bajd! Meta sema' l-Monsinjur kien baghatli zewg skuti (2s.4d. = 11c5m.) Din kienet offerta ta' fqir li kien!

Semmejt dan il-fatt biex nuri l-faqar tieghu. Nghid ghalija, il-hajja tieghu kienet ta' fqir semplici u qaddisa.

Darba harab ferh nahal. Dan ifforma ruhu bhal bezzun taht gwarnicun tal-koppla tal-Katidral. Hekk kif rajt lil Monsinjur ghidtlu: "Hemm ferh nahal, ghal li jista' jkun mhux tal-mama' hux?" Qalli: "Ma nafx; ma qaletx xejn. Fejn qieghed?" "Taht il-gwarnicun tal-koppla. Pero, il-gwarnicun ta' taht it-twieqi mhux dak ta' fuq l-anterna." "Mur ghid lil mama' ara iggiblix xi haga." "Halli mmur." Mort. Cempilt. U giet tiftahli s-seftura, Cetta minn Hal Lija. "Ha nara insiblekx xi haga," qaltli. U gabitli bhal qolla ckejkna tal-fuhhar.

Irritornajt ghal ghand il-Monsinjur. "Iva tajba dik," kienet il-kelma tieghu. Tlajna bil-pacenzja fuq il-bejt. Kif tlajna: "Hemm arah." "Iva, kemm hu kbir!" U beda jidhaq. Morna taht in-nahal. Lemah xi ftit gummar (imholli hemm mill-haddiema wara x-xoghol tas-siwi tal-bejt.) Kien niexef qoxqox. Gibtulu. Tajtulu. U... gholla l-qolla taht il-gozz tan-nahal u beda jfarfar ghal go fiha.

"Monsinjur, iva aghmel xi bicca ma' wiccek!" "U le" qalli. "Tnigzek jekk tigi xi wahda." "U le." U kompla jimbotta bil-pacenzja kollha wahda wahda sa gabru kollu! Sa lanqas wahda! JIen staghgbit, nghid il-verita'. Ghattieh b'bicca karta, u niezel ferhan ghand il-mama'.

Kull meta, wara, kien jigi l-Katidral, kont sikwit intennilu: "In-nahal, Monsinjur?" "Hemm qieghed fil-bitha tal-mama'." U bic-cajt kont inzidlu: "Issa iddewwaqni ftit ghasel minn tieghu!" "Iva, hemm Cetta, ghidilha." Sintendi, jiena qatt ma mort; mhux sa napprofitta ruhi minn ftit ghasel, m'ghandiex xi nghidu.

Hutu kollha kienu jghixu ta' sinjuri, u jzommuha xi ftit jew wisq. Hu kien ihobb joqghod kemm jista' jkun baxx. Kellu manjieri li juru li ried jghix bhal ma kienu jghixu l-foqra. Ma kienx jghid li hu seta' jghix bhal ma kienu jghixu l-foqra. Ma kienx jghid li hu seta' jghix ta' fqir. Le. Izda li hu ried ighix ta' fqir. Hekk kien in-natural tieghu.

Fi zmien il-bidu ta' l-Istitut (missjunarju) kien hemm xi whud li hargu. Sa l-ewwel zewg sacerdoti li kellu, Dun Gwann Vella u Dun Benny, spiccaw biex hallewh. Shabu kienu jghidulu, fost l-ohrajn: "Issa ma tarax li qeghdin jidhqu bik! Wassalthom sa l-ahhar u issa telquk. Wiehed mar 'l hemm u l-iehor 'l hawn." (Wiehed lejn Bormla u l-iehor lejn il-Mellieha). Kienu jinkwetaw b'din il-haga. Hu kien jirrispondihom dejjem hekk: "Ma sarux sacerdoti? Ma servewx lilu, iservu lill-poplu u jservu lil Alla."

P.S. Hu kien jibza' li dawn it-tnejn kienu jhassrulu lil shabu, minn dawk li kien baqa'.

Is-seftura Grezz kienet mill-Qrendi.

Fra Guzepp Caruana kien jiswielu hafna ghad-duttrina. L-Imdina kien hemm gabra tfal gmiela. Sa mir-Rabat kienu jigu! Kienu jingabru fejn illum hemm l-Istitut tad-Dorotej, fejn fi zmienu kien in-Novizzjat tas-Socjeta'.

Kien veru vokat u mill-ahjar dan Fra Guzepp. Dnub li ma sarx sacerdot. Kien verament jimita lis-superjur tieghu. Bhalu kien. Kellu certa serjeta; kellu wicc ta' qdusija; u kellu pacenzja tal-biza' ghat-tfal? Meta xi wiehed ma kienx jobdih, kien isejjahlu u: "Ejja ejja"; izieghel bih, itaptaplu fuq rasu u jikkwitah. Izda qatt ma jghajjat ma' tifel.

Meta ommu kienet hazin bghatu ghall-vjatku. De Piro fittex li jaghti xemgha lil kull min kien hemm fid-dar (ukoll lil hutu). Xegheluha. U stennew lis-sagrament fit-tarag. U hu u diehel akkumpanjawh processjonalment sa hdejn ommhom.

Wara li giet f'taghha aktar il-quddiem, jien u iehor konna nerfghuha fuq pultruna b'zewg lasti maghha, innizzluha t-tarag (xi 25-26 targa) u nhalluha isfel. Hemm kienet tghaddi n-nogs ta' nhar ta' fil-ghodu. Wara l-pranzu kienu jtellghuha fuq mill-gdid. Hi kienet imgisma. U kien fiha piz. Izda jien u Wenzu konna naghmluh b'rispett tal-Monsinjur. Is-sinjura kienet taghtina 2s.6d. kull darba. Ahna ma konniex naccettaw dan il-hlas kif gieb u lahaq. Hi kienet tinsisti maghna u kien ikolna niehduha.

Wara l-mewt tieghu dahal Mons. Pantalleresco floku fl-Istitut ta' San Guzepp ( u wara ha f'idejh is-Socjeta'). Nigtakar nghidlu: "Issa int hadt xoghol il-Monsinjur fl-Istitut." "Iva." "Hadem Mons. De Piro, miskin." "Iva hadem." "Int kif int sejjer mat-tfal?" "Imqamlin!" "Possibli? Mons. De Piro kien ihobbhom tant lit-tfal, kien sa jhallihom hekk?!"

((((Insomma, kulhadd tieghu jghogbu! Jien ukoll kelli xi nghid ma Pantallaresco aktar il-quddiem. Hallilna minn dawn l-affarijiet....)))) Hu (Pantalleresco) ma tantx kien igibhom lill-membri tal-Kumpanija. Dan nafu b'certezza ghax, ukoll meta fl-ahhar gwerra kien internat, jien bqajt f'kuntatt mieghu. Kont l-uniku sekular li stajt nidhol hdejhom minhabba xi servizz li kont obligat inwettaq mal-Monsinjur.. ecc..

Kultant anqas kien jaf fejn jaghti rasu bix-xoghol. Dejjem idu fuq mohhu. Hosbien. Kien jindika li kien tant mghobbi li ma jifilhux. Qatt ma nafu jilmenta! Ta' Fommu sieket u m'hemmx diskussjonijiet bla bzonn ma hadd. Kien ihobb izomm ruhu ghalih wahdu. Propju hajja ta' qaddis.

Gudizzju personali:-

Ghex hajja qaddisa. Ezempju shih ta' qaddis kont nara minnu. Kien verament ruh tajba. Bniedem edukat. Imzejjen b'kollox. Qatt ma ghajjat ma' hadd. Prudenti. Kelma kelma! Ma tarahx jinkorla ma' hadd; anqas ma' l-impjegati. Jien, da parti tieghi, impingieh bhala qaddis f'hajtu.

Is-Sur Pawl Azzopardi

Sagristan tal-Katidral fi zmien

Mons. De Piro. Intervistat minn

Fr. Saviour Sammut MSSP.

12 ta' Dicembru, 1978.

Iffirmata. Azzopardi Paolo

 

 

 

 

INFORMAZZJONI MOGHTIJA MINN MRS KARMENA MALLIA TA' 67, OLD MILL STR., MOSTA, DWAR MONS. G. DE PIRO. HI TAT DIN L-INFORMAZZJONI BIL-MIKTUB LIL FR. SAVIOUR SAMMUT, MSSP, NHAR IL-31 TA' JANNAR, 1979.

 

 

Monsinjur Guzeppi De Piro ta' qalb verament nobbli u hanina dejjem ha hsiebna bhala Missier, kemm fir-ruh kif ukoll fil-gisem. Niftakar li fl-1909, kif kien ghadu gej minn fejn il-Papa San Piju X, bdielna l-Adorazzjoni lil Gesu' Sagramentat; kull wahda minna t-tfal konna naghmlu nofs siegha adoraxxjoni mit-8.30 a.m. sal 5.30 p.m.

Kull nhar ta' Gimgha kien ikollna l-Adorazzjoni. Minn wara l-Kungress ta' l-1913 l'Ora Santa kienet issir il-Hamis. Fil-Kungress ahna dejjem konna nkunu nigru wara xi purcissjoni waqt li l-Monsinjur kien ikun ma l-Isqfijiet u mal-Kardinal. Ahna konna nkunu bil-bandieri nkantaw.

FIl-Milied kien ikolna quddiesa bil-lejl. F'dawk il-granet kien jahsbilna ghal "parcel" kull wahda. Lilna l-kbar kien jixtrilna l-pezez u jaghtina xi ftit xarten u xi drapp iehor ghal xi libsa, biex meta naslu biex nohorgu mill-Istitut kien ikollna xi haga. Ukoll, kull xahar kien iwarrab xi haga tal-flus biex tiswielna ghajnuna ghal meta nohorgu mill-Istitut.

Fil-festi tal-Milied, ta' San Guzepp u ta' l-Ghid hu kien jara kif iferrahna. Kien jahsbilna ghal ikla tajba ta' fniek. Kien anke jkolna l-inbid. Fil-festa ta' l-isem tieghu kien jaghmlilna party. Kien jistieden l-Isqof Pietru Pace, lil hutut u l-familja taghhom. Is-Sorijiet kienu jghallmuna xi recti u innijiet. Jien kemm il-darba kont naqra quddiemu l-indirizz.

Fis-sajf kien jikrilna ghal hmistax il-gurnata xi kmamar tal-bahar f'Santu Rokku l-Furjana. Kien ihalsilna t-tram u l-banjijiet.

Fil-festa tal-Mamma' tieghu kien jehodna gurnata shiha San Pawl il-Bahar ghand huh Dun Santin. Mill-palazz stess konna ninzlu nghumu u fil-ghaxija l-Mama' tieghu u hu kienu jsejhulna u jaghtuna lil kull wahda minna pasta u qassata. Fil-ghaxija konna nirritornaw l-Istitut bl-omnibus. Kien ihallas kollox hu.

Fi zmien il-gwerra ta' bejn l-1914 u l-1918 il-Madre kienet qalet li kellna dejn kibir ta' œ95.00.0 ghall-hobz. Hu hallas kollox. Dak iz-zmien ahna t-tfal konna hafna, iz-zghar kienu hafna, ftit mezzani u xi 15 kbar sa l-20 sena.

Fil-ghodu kullhadd kien imur l-iskola, darba nitghallmu t-Taljan u darba l-Ingliz. Fil-ghaxija l-kbar konna nahdmu l-bizzilla tac-combini. B'hekk konna naqilghu ghat-te ta' fil-ghodu. Is-Sorijiet kienu jkomplu jahsbulna ghall-kumplament billi jittalbu l-karita'. Forsi kien hemm xi ftit benefatturi.

Trid tarah wara nofs inhar idur maghna u jarana nahdmu, inhitu, nirrakkmaw u nahdmu c-combini.

Il-Mama' tieghu sikwiet kienet tigi l-Istitut u kienet toqghod titkellem maghna. Kienet tghidilna kemm kien hawn faqar. Kienet tghid li hi kienet timlielu l-bwiet bil-flus u hu waqt li kien ikun iqarar il-Hamrun jew il-Belt kien jaghti kullma kien ikollu, fil-ghaxija ma kienet issiblu xejn. Mhux lilna biss kien jghin, kien jghin wkoll lin-nies li kien ikun jaf li kienu jkunu fil-bzonn.

Il-festa ta' l-8 "Maggio" kienet ghalina festa mill-kbar. Kien igaghalna niktbu l-grazzja li konna nkunu nixtiequ fuq bicca karta u mbaghad kien igaghalna nsumu sal-Quddiesa ta' nofs in-nhar biex nitqarbnu fiha. Kien ikun hu stess li jigbor il-karti bil-grazzji u jqeghdhom fuq l-artal quddiem il-Madonna tar-Ruzarju ta' Pompej. Hu kien jghid u ahna nirrepetu warajh dawk it-tlet talbiet sbieh: O Vergni Mqaddsa tar0-Ruzarju, O Regina, etc. Hu stess kien jghid kelma kelma u ahna nghidu warajh.

X'hin konna nispiccaw it-talbiet kien jaghtina l-Barka Sagramentali. Darba l-Mama' tieghu qaltilna li fl-8 "Maggio" il-Madonna qaltlu biex isir sacerdot.

Il-pacenzja li kien jiehu bina u l-imhabba li kien ihobbna Alla biss jaf. Kien ihobbna izjed minn missier ghaliex wara li kont hrigt mill-Istitut kien ghinni. Niftakar li darba kelli inkwiet kbir. Ma kontx nista' nsib irpoz qatt; ma kontx norqod, kont niekol kemm ma mmutx. Dak iz-zmien kelli ibni Frans ta' 4 snin (illum ghandu 51 sena) u tifla ta' sentejn (illum soru Frangiskana u ghandha 49 sena). Niftakar mort l-Istitut ta' Fra Diegu biex inkellem lill-Monsinjur De Piro. Imma ma kienx hemm; il-Madre qaltli li beda jiehu hsieb tlett istituti ohra. Allura ma kienx qed ikun kuljum Fra Diegu. Qaltli biex immur l-Istitut ta' San Guzepp, il-Hamrun u hemm insibu fil-ghaxija. Mort hemm u sibtu. Malli rani u ra t-tfal berikom. It-tfal qaghadu jilaghbu u jien mort fil-konfessjunarju u kellimtu. Sthajt nghidlu xi zewg kelmiet pero' hu nduna. Qalli, "Xi trid tisthi? Jiena dejjem nitlob l'Alla ghalikom ilkoll li kontu f'dawn l-Istituti." X'hin induna li ma kontx fil-bzonn ghaliex zewgi kien jahdem mal-gvern qalli li kien ser joffri l-quddiesa tal-Hadd skond l-intenzjoni tieghi. Nghid il-verita' li ghall-hniena t'Alla ergajt sibt il-paci u l-inkwiet sparixxa ghal kollox. Dan issuccieda xi sentejn jew tlieta qabel il-mewt tieghu.

Kemm ihallas lill-mahbubin tieghu Alla! Dak inhar tal-mewt tieghu, 17 ta' Settembru, 1933, fil-ghodu hu qaddes Fra Diegu ghax it-titular tal-kappella tal-Istitut kien ifakkar meta San Frangisk ircieva l-pjagi. Allura dak inhar kienet festa ghat-tfal ta' l-Istitut. Fl-istess hin fil-ghaxija fil-Hamrun kienet il-festa tad-Duluri. Billi kien hu li ghamel il-festa, dar bil-purcissjoni. Il-Hamrun kien ikun dejjem mistieden jiffesteggja l-festi. Hekk kif qaghad biex jibda t-"Tantun Ergo" hassu haxin u mbaghad s'intendi haduh l'Isptar. F'xi d-9.00 p.m. miet ta' qaddis. Mal-foqra ghex u mal-foqra miet!

Qed niftakar xebba li xtaqet issir religjuza. Allura kien mehtieg tipprova jekk hix zgura. Allura l-Monsinjur sabilha post ma hutu jew ma ohtu. Ghamlet xi sitt xhur prova ta' xoghol hafif. Hi ma kellha hadd min-nisa min jghinha; il-Monsinjur kien ipprovdilha xi flus. Xebba ohra li kien jisimha Rozina Franco mill-Hamrun ma kellha lil hadd hlief lil nannitha li kienet trid min jaghti lilha u mhux tghin lil haddiehor. Din Rozina, xi xahar jew xahar u nofs li kienet ilha li harget mill-Istitut izzewget. Kollox il-Monsinjur hallsilha, iddotaha. Hekk ukoll xebba ohra. Gulja Zarb, minn tas-Sliema. Ma kellha lil hadd, hu addotaha.

Iffirmata: Carmena Mallia.

 

Zjieda ma' l-intervista maghmula lil Mrs. Carmena Mallia (Mosta)

 

++ Dahlet fl-Istitut ta' Fra Diegu fl-1906.

Kien Mons. De Piro li accettaha u dahhalha fl-Istitut.

Ghamlet 9 snin gewwa.

++ Kien ihobb ighidilhom: "Kunu devoti u kwieti ghax niftakru li rridu mmutu. U mhux min jibda, izda min jispicca."

++ Ommu kienet tigi kull nhar ta' Hamis ghas-siegha adorazzjoni, hemm fl-Istitut ta' Fra Diegu. Kienet tigi ukoll fil-festi li konna niccelebraw u f'xi okkazzjonijiet ohra.

++ Meta l-Papa Piju X hareg it-tqarbin ghat-tfal, ahna konna gejna ippreparati ghall-ewwel Tqarbina. "Irsistu", kien jghidilna Mons. De Piro. U meta waslet kien tana lil kull wahda salib u fih kont tara wicc Piju X minn go hgiega. Qalilna li dan kien rigal minn ghand il-Papa stess. U qalilna ukoll li jridna nibdew l-adorazzjoni ta' kuljum: mit-8.30 a.m. sal-5.30 p.m. U bdejniha.

++ Kien kultant johodna jum il-Qrendi. Hemm konna mmorru nghaddu il-hin taghna fil-gardin li kellhom mal-bini taghhom. Konna ninvistaw ukoll lil Madonna tal-Hniena.

++ Dak li setgha ghamlilna, ghamilulna.

++ Meta kien jidhol xi haga minn ghand il-benefatturi kien ighidilna: "Noffru dan is-sagrificcju. Nitolbu ghalihom biex Alla l-Imbierek jaghtihom dak li jixtiequ huma."

++ Kienu jiehu pjacir jitkellem maghna t-tfal.

++ Meta fil-festa ta' Sant Ursula konna nigu mehuda f'San Pawl il-Bahar, ghand Dun Santin, fl-ahhar konna nispiccaw billi l-Mama' tieghu tqassmilna lil kull wahda, pasta u qassata. Konna niehduhom u nghidulha grazzi. Trid tara lilu jitpaxxa bina jara lil Mama' tieghu tifrah!!

++ Meta darba imrad gravi, intbaghadt l-isptar. Hu kien jigi jarani. U ta' sikwit.

++ Naf li qlajt grazzi. Gieli tlabtu. Ma niftakarx x'kienu. Izda naf li qlajthom.

 

Iffirmata:

Carmela Mallia

31 ta' Jannar, 1979.

Mosta.

(Fil-presenza ta' Fr. Saviour Sammut, MSSP)