TAW XHIEDA

FUQ

MONS. GUZEPPI DE PIRO

 

Volum 1

 

 

Presentazzjoni

Ma' l-'Alma Mater' ta' Mejju 1986, konna ppublikajna suppliment il fih ipprezentajna l'process li jigi segwit, f'Kawza ta' Bejatifikassjoni. F'pagna 3 semmejna li hemm zewg kwalitajiet ta' kwazi: storici u recenti. Ghidna li ta' l-ahhar huma dawk li fihom ikunu nvoluti persuni li jkunu ghexu fi zmien il-Qaddej t'Alla, ikunu ltaqghu mieghu forsi thaddtu mieghu, etc. Dawn it-talin jitressqu quddiem Tribunal Ekklezjastiku mwaggaf apposta u jaghtu x-xhieda taghhom. Zidna nghidu li l-Kawza tal-Fundatur taghna hi meqjusa bhala wahda recenti, precizament ghax ghalina ghadu possibli li nsibu nies li ghadhom konozzenza diretta ta' Mons. De Piro.

Id-decizjoni li ssir it-talba lill-Arcisqof ta' Malta biex dan jibda l-Kawza tal-Fundatur ittiehdet fil-Kapitlu Generali li s-Socjeta' kellha fl-1982. Dan izda, ma jfissirx li x-xhieda bdew jigu mfittxija f'dawn l-ahhar hames snin biss. Ghall-kuntrarju kien minn zmien ilu li l-membri shabna hasbu biex jaghmlu dan. Fil-fatt Fr. S. Tomlin jghid li sa mis-snin hamsin huwa kien ha hsieb biex Dun Guzepp Spiteri jitla' perjodikament Sant'Agata minn San Guzepp u joqghod jithaddet mal-komunita' fuq dak li kien jaf dwar il-Fundatur. Ix-xhieda ta' Dun Guzepp kienet miktuba kollha kemm hi.

It-tiftix ghal aktar kisba ta' xhieda hajja u diretta ma waqatix hawn. Tul is-snin sittin u sebghin deversi membri shabna kienu bdew iduru d-diversi nhawi ta' Malta u Ghawdex ifittxu l-qraba anzjani tal-Fundatur, xi Monsinjuri u membri anzjani tal-kleru, 'old boys' ta' l-Istitut ta' San Guzepp, 'old girls' ta' l-Istituti ta' Fra Diegu, Gesu' Nazzarenu, u San Frangisk di Paola, irgiel mir-Rabat li keinu jattendu ghad-duttrina fl-ewwel djar tas-Socjeta', anzjani mill-Qrendi u l-Gudja .... u naturalment lil dawk fost shabna li l'Mulej tahom ix-xorti li jghixu mal-'Padre'. Saru b'kollox xi disghin intervista xi whud ta' valur u ohra ta' inqas. Saret bicca xoghol siewja. Il-hasra hi li din ix-xhieda mhix kollha ffirmata. Terga', ahna certi li kieku wiehed kellu jghin ftit aktar lil dawk il-persuni b'si mistoqsijiet juma kienu jaghtu hafna aktar informazzjoni dwar hajjet Mons. De Piro, dwar l-ghixien tal-virtujiet b'mod erojku u dwar il-fama ta' qdusija li kien hawn fostna l-Maltin u barra minn pajjizna.

Huma dawn l-intervisti li ahna qed nipprezentawlek f'dan il-volum. Imbaghad wara l-intervisti nnifishom ghandek issib Indici - skond is-suggett. Dan jghinek issib malajr kulfejn tista' tiltaqa' ma' tema partikulari. In-numri li;hemm f'dan l-Indici jirreferu ghal dawk li hemm fil-margni ta' kull pagna.

Nawgurawlek aktar taghrif siewi dwar il-Fundatur taghna, Mons. De Piro.

 

2 ta' Novembru 1986 Mill-Postulazzjoni

109 snin mit-twelid

ta' Mons. G. De Piro.

 

 

3 Mis-Sur Pawlu:- (10-2-65)

a) Qalilna dik ta' meta waqa' s-saqaf bih Ghawdex (insibuha fuq il-Pamphlet tal-Hajja Tieghu: Pgs 20-21).

b) Kull darba li kien jitla iqaddes il-Katidral, meta jkun imissu jew bhal l-ewwel Gimgha tax-Xahar, ommu (kienet diga irtirata) wara l-Quddiesa, kienet tibghat wahda mis-sefturi b'xi haga ta' l-idel, bhal bajda, halib, xi nofs hobza, biex johodhom. Dan kinet taghmlu, ghax kif kienet tghid hi lil Pawlu:- "Ibni, meta jkun hawn naf li jiekol xi haga tajba, ghax dak il-fqir tad-dar".

Din l-espressjoni kienet spiss fuq fomm ommu, kull meta kienet tarah gej id-dar, kienet tghid "Gej il-fqir tieghi". Wara li gie minn Davos (1904), huwa ghazel li joqghod il Qrendi, biex jakkwista sahtu sew. In-nies tal-Qrendi, u specjalment in-nisa, kienu ghandhom lura hafna fl-imgieba taghhom fil-Knisja. Kien hemm id-drawwa li ommijiet jreddaw it-trabi taghhom fil-knisja.

4a) Huwa, bil-mod il-mod, biex ma jiskandalizzawx irwiehhom, uriehom li ma kienetx haga xierqa li jreddaw il-trabi waqt il-Quddiesa, il-priedki u fis-servizzi liturgici tal' Knisja. Bil-kelma t-tajba rnexxielu jaqta[ din id-drawwa innocenti taghhom, izda li ma kienetx tixraq fid-dar t'Alla.

b) Meta beda jibni l'Istitut ta' Sant'Agatha, lil Pawlu kien qallu: "jien lin-neputijiet ma naqqastilhom xejn mill-art taghhom, dak li ghandhom minn tal-familja jahduh, izda sehemi jmur kollu fuq l-Istitut". U veru ghax St Agatha bnieha minn flusu ma si ftit benefatturi li kellu u mill-fieri li kien jaghmel.

c) Darba lil Pawlu kien qallu: "Pawl, jien meta kont zghir kont imqareb ukoll bhat-tfal. Min jaf kemm il- darba jiena u Santinu konna naqbzu minn fuq il-bejt tad-dar ghal fuq il-bejt tal-Katidral, minn hemm nixxabtu mal-katusi biex nitlighu fuq il-kopla. Povra ommi, kienet tinkwieta, u ahna hemm fuq ghall-bejtiet."

d) Santinu kien kappillan ta' l-Isqof Mauro.

e) Ommu kienet twajba hafna, titqarben ta' spiss, u tisma l-quddies kuljum, u tista' tghid, li l-Knisja kienet id-dwejra taghha ghax kienet tqatta sal-hamsa hemm.

U mbaghad taraha fl-Istrina iddur l-impjegati tal-Katedral wiehed wiehed u taghtihom 10/s karta (li ghal dak iz-zmien kienet tiswa sewwa).

f) Kull sajf il-familja De Piro kienu jmorru ghadduh Birzebbuga, u taraha ghal habta ta' l-ahhar ta' Lulju, kienet tibda tahseb biex iggorr l-affarijiet maghha, sahansitra l-annimali, li ma kelliex ftit. L-impjegati tal-Katedral, li jinzertaw fuq iz-zuntier fil-hin li tkun sejra, kienu jghidu bit-tbissima "Sejra l-Arka ta' Noe'". Pawlu, wiehed minnhom, kien jidhol gewwa hdejn Grez, li kienet tghinhom fix-xoghol tat-tindif u jghidilha "Grez telqet l-Arka."

L-ikel, fi zmien il-gwerra, kien skars hafna u specjalment il-hobz, izda l-familja tieghu qatt ma kienet tkun nieqsa ghax dejjem kienu jiddubbaw. Ommu, bhas-soltu, meta kien jitla' jqaddes il-Katidral, kienet tibghatlu xi affarijiet ta' l-ikel u hobza maghhom. Jien (Pawlu) u siehbi konna noqghodu nistennewh ilesti wara l-bieb biex hemm kif johrog immorru ntlaqtu xi haga milli jifdal. Huwa kien induna b'dan u ghalhekk kien kull darba ihallilna zewg kisriet hobz, u meta kien johrog u jarana nistennewh kien bit-tbissima jghidilna "Morru huduhom" ukonna nsibu zewg bicciet hobz, li malajr jinzlu fl-istonku, izda jinzlu ghasel.

b) It-tieni dar tal-Kumpanija, ma kienet komda xejn u qatt ma kont tobsor li f'kamra ckejcna, b'travu wiehed, kien joqghod u jorqod iben is-sinjuri u Monsinjur - tara hwejjeg imdendlin, kotba fuq is-siggijiet u sodda - zewg seratizzi, zewg twavel u mitrah, dak kollox.

Il-hajja tieghu tista' tigbora b'dan, kienet hajja semplici u fqira.

6a L-Isqof Mauro kien ghazel lil Monsinjur biex jaghmel il-Pussess, jissejjah "Asenili".

b Dik il-gurnata, ommu, mhux hu, kienet ghamlet festa kbira kienet gabet iz-zewg baned tar-Rabat (Konti Ruggieru u l-Isle Adam), fejn daqqew fil-bitha tad-dar taghhom, repojiet u stedin, izda il-bieb kien miftuh ghal kulhadd, minghajr distinzjoni u eccezjoni.

Iffirmata.

 

c) Mons. Buhagiar:- (13-2-65)

Meta kien Rettur is-Seminarju, il-kamrier kien kuljum jehodlu hsieb jimlielu l-buqar bl-ilma u jqeghdlu, jekk ikun hemm bzonn, xugaman, biex ikunu lesti ghal meta jqum biex jahsel wiccu r-Rettur. Izda bhal bnedmin kollha, nesa jaghmillu xugaman, flok dak li hadlu ghal hasil, u mata wam filghodu ftakar, u mar jigri l-kamra tar-rettur biez itih wiehed u sadattant juskuza ruhu. Habbat il-bieb bil-mod, fetah mar-risposta u qallu: Skuzani hafna talli.... "Ma gara xejn Guzeppi, tikkonfondix, ixxuttajt wicci kif stajt fil-lizar. Illum dak qdieni bhala xugaman".

f) Kieku qatt canfar li xi hadd b'ton tas-superjur, izda dejjem kien jiehu lil kulhadd bil-hlewwa.

g) Qabel ma jien (Mons Buhagiar) u s-sacerdoti novelli l-ohra hallejna s-seminarju biex imorru f'pajjizna ha nibdew l-appostolat taghna, kif konna niezlin it-tarag ma qassis iehor li gie iwassalna sal-bieb, iltqajna mar-Rettur, Mons G. De Piro tiela t-tarag, u kif kulhadd beda jitolbu l-barka tieghu, dar lejh il-qassis u qallu: "Mons dawn ta' l-ahhar li qed jarawk, jixraq li qabel ma jitilqu, tghidilhom kelmtejn". Sthajjiltna f'dak il-waqt bhal Gesu meta kien ikun imdawwar mill-Appostli, jghallimhom. Tana l-istedd testment li hallilna Gesu fl-ahhar cena qabel il-mewt tieghu, kellimna fuq il-karita u ghamel emfasi fuq il-vizzjuu ta' l-ghira, "Oqoghdu attenti hafna mill-vizzju ta' l-ghira, ghax tidhol d-difett komuni fil-kleru Malti - ghax billi nghixu fi Gzira zghira, nafu wisq lil xulxin, u hekk facli nghiru ghas-success tax-xoghol ta' l-iehor. Tkun mberkin. Morru". Il-Fundatur kien jibghat l-Aspiranti jitghallmu l-iskola l-Kullegg sal-Matrikola u wara jlibbishom is-suttana. L-iskola kienu jmorru b'xejn, grazzi ghall-generosita' tal-Gizwiti, u ghalhekk hafna kienu jaghmlu sal-matrikola, kienu johorgu, certi li f'idejhom ghandhom certifikat ghal impieg tajjeb. Darba Dun Anton b'kunfidenza qallu qallu "U mur, mhux qed tara li kulhadd qed jidhaq bih, qeghdin jisirquk, qeghdin jakkwistaw minn fuqwk skola u mpieg". Il-Mons bil-kelma, li ssoltu kien jitkellem, wiegbu: "U le, Dun Anton, ma jimpurtax jekk jaghmlu dan, taghlim, jiena basta naghmel il-gid. Ghada pitghada jiftakru fih. U Gesu lill-Appostli ma obbligahomx, se nobblighom jien? + Alla jaf jaghmel il-gid minn kollox. Dak li jkun tghallmu hemm jibqa', johorgu u jaghmlu l-gind barra, ghallinqas ikun hemm profitt.

8a Ta' Strickland: L-Isqof ta' Malta u l-Isqof t'Ghawdex hargu pastorali fejn gie ikkundannat Stickland. Huwa dik il kien xtaq ghax haseb li dik il-kundanna se tkun trionf ghalih u iktar se jigbed in-nies lejh.

Il-Hadd wara di il-Pastorali, Strickland ghamel Mass Meeting ir-Rabat. L-Isqof Mauro sejjah lill-Kappillan, Dun Anton u qallu biex imur ghall-meeting ta' Strickland.

"Imma, Eccellenza, nitolbok tibghatli lil xi hadd mieghi, bhal Patri Paris" - "U xi tridu lil Patri Paris?" qallu bil-lehen tieghu qawwi u sod. "Taf int, huwa iktar jinqala u kuraggjuz minni, u jista' jghini jew itini xi parir x'ghandi naghmel." "Tajjeb".

U l-Hadd il-Kappillan, bil-Kleru tieghu ma Patri Paris marru fuq is-Saqqajja, fejn ifformaw zewg ringieli ftit il-boghod mil-palk ta' lis-Speakers. Strickland induna li kien hemm il-kappillan, u kellem lill-ispettur biex jghid il-qassisin jersqu 'l quddiem, hdejn il-palk u marru. "Hawn il-kappillan, nirrispettawh" ghajjat Stickland, izda dak inhar tkellem bixx fuq il-kwistjoni tal-lingwa u ma semma xejn fuq l-iskomunika, kif hafna hasbu.

Wara hafna kliem, Strickland saqsa lin-nies "Min irid il-Malti jgholli subghajh". Hafna ghollewh, izda l-kappillan kien b'idejh marbuta u b'idejh marbuta baqa ghax fehem in-nasba. Qalb in-nies qamet ghaa u bdew jghidu "Ara l-qassisin kontra Malta" - "Jappoggaw lill-Inglizi"... U rega' staqsa "Min irid it-Taljan". Il-kappillan baqa' bhal qabel. L-ispettur, li ra n-nasba ta' Stirckland biex iwaqqa lil kappillan u sadanittant in-newtralita' tal-Kleru u ghajjat "Gholla jdejh il-kappillan". Hawnhekk qam hafna bijjar u tisfir minn naha ta' dawk ta' l-oppozizzjoni, u Strickland kellu jinzel minn fuq il-palk. In-nies redu jghollu lill-kappillan & co, u jdawruhom biex imorru l-Knisja ha jitolbu ghal Strickland. U hekk ghamlu.

Il-Hadd ta' wara Strickland kellu jaghmel Mass Meeting iehor, Rahal il-gid, u l-Isqof rega' haghat ghall-meetint lill-Kappillan ta'Rahal il-Gdid ma' Patri Bernard, li kien Kappillan tal-Marsa. L-Erbgha, qabel il-Mass Meeting, mar ghand Strickland, Mons G. De Piro (minn rajh) u qallu: "Ger, kemm se ddum ma tirranga mal-Knisja? X'inti tiehu b'daqshekk? Taf li kien hemm gall-meeting li ghamilt il-Kappillan tar-Rabat?"

"Naf", wiegbu.

"Qal xi haga kontrik?"

"Le"

"Taf x'ghamel il-kappillan mal-kleru u l-poplu tieghu wara l-meeting?"

"Le ma nafx".

"Marru jitolbu ghal biex Alla jtik id-dawl - dak li ghamlu - Isa Jerry, fittex irranga."

Strickland, wara ftit silenzju, wiegbu "Sewwa qed tghid, ahjar inbaxxi rasi. Nirranga."

Meta l-Isqof sar jaf, qal lil Gonzi biex imur Ruma ha jkellem lil Papa, u jurih il-formola li Strickland ghogbitu hafna u accetta.

a) Dun Anton, li dak iz-zmien kein vivi-parroku tal-Mosta kien stieden il Mons G. De Piro biex jghamillu l-funzjoni tal-festa ta' Corpus. Billi kien mar daqsxejn kmieni, Dun Anton hadu jara ftit l-artal maggur, li ghal dik il-festa kein ikun imzejjen sa snienu - xemgha kontra xemgha, li lanqas ikollok il-pacenzja tghoddhom, fjuri tal-karti, imdendlin minn kull naha u pogguh fejn hemm l-icken post, insomma kif kienu izejjnu artal l-antiki. U Dun Anton qallu "Xjidhirlek?", u il-Mons qallu "Veru bazaar, Tigi hawn ghajnejk tmur fuq kemm hawn xemgha, kemm hawn fjuri u dak il-hafna xejxi tal-karti li lanqas jekk issibhom barra ma tigborhom, fil-waqt Gesu Ewkaristija, li huwa suppost ic-centru ta' kollox, jinsab midfun hemm bil-kemm jidher u minsi minn kulhadd". Dun Anton baqa' jhares lejh cass, ghax haseb li kif fahhru kulhadd, ifahhru huwa wkoll, izda wara ra li l-Mons. kellu ragun, u tant kien konvint li mar xerred il-linka fuqhom (bl-iskuza li waqalu) biex zgur inehhiehom u ma jintuzawx izjed.

b) Wara li l-Mons. thabat hafna biex akkwista l-art ta' St. Agatha, ghax ma riedux ituh l-ghelieqi ghal sold u nofs cens, beda jara li se jsehh il-holma tieghu li jibni post ghall-formazzjoni tal-Missjonarji. Wara spicca l-Pontifikal ta' Corpus (lejn nofs inhar), il-Kappillan, marru processjonalment lejn St Agatha. Hemmhekk kien hemm lesti tnax il-qoffa, u kif kien ghamel San Silvestru f'Ruma, il-Fundatur qabad masqa u beda jhaffer ghall-pedamenti. L-istess ghamel il-kappillan u l-qassisin l-ohra u b'kollx imlew 12-il-qoffa- u hekk taw bidu ghall-pedamenti u ghal ftuh tad-Dar ta' Sant' Agatha.

Xi xahar qabel il-mewt tieghu, jiena kont fuq iz-zuntier u tajtu tiela lejn St Agatha, jonfoh u nifsu maqtugh. - "Imma ghaliex tiela bil-mixi?" qallu Dun Anton. "Ghax inhossni ftit tajjeb, issa mhux hazin. Taf hux, li jiena xahar iehor sejjer lejn l-Abissinja, ghax mhux se nhallu lil Br. Caruana wahdu".

Minnu, kien ftit marradi, u kont tarah dejjem imkebbeb.

Il-Mons kein il-konfessur ta' Mons. Buhagiar. Fil-qrar kliem ftit, izda dak li jghidlek kien bizzejjed. Kien jaghmel emfasi hafna fuq it-talb u kien spiss jghidlu: "Eh, hemm bzonn li nitolbu, nitolbu, ghax minghajr it-talb ma nistghu naghmlu xejn. U ara, jekk ahna, li naghmlu l-meditazzjoni kuljum, quddies etc, inkunu attenti, ahseb u ara jekk nittraskurawhom, u iktar, jekk inhalluhom barra".

L-Isqof kien jghabbih b'hafna karigi ghax kien jaf li huwa kein bniedem intelligenti u li jaf imexxi u hu ma kienx kapaci jghid le. Kien ikun kuntent b'kollox.

Fiz-zmien ta' meta l-Fundatur xtara l-ewwel dar, l-Imdina kienet battala, ma kien joqghod kwazi hadd, hlief xi zewg sinjuri. Id-djar kienu kwazi mikrijin b'xejn - Kola Xaghra kienet mikrija œ6 fis-sena.

7 Giugno 1918: L-Isqof kien ghadu ftit snin Malta u ghalhekk kien ghadu inespert fuq il-kwistjonijiet u tahwid ta' Malta. Il-Gvern Ingliz zied il-haddiema b'sold u nofs mal-paga li kellhom, izda n-nies ma kienux kuntenti b'dan l-att generuz minn naha tal-Gvern Ingliz. L-Isqof, f'xi diskors tieghu, kienet harbitlu xi kelma fuq din il-haga. (kien qal li lill-haddiema ma tawhomz zieda). U n-nies irvellaw u kienu sejrin jimmarcjaw biex imorru jaharqu l-palazz ta' l-Isqof. Izda meta waslu quddiem San Gwann, hargu fil-gallerija tal-knisja l-Isqof Portelli u Mons De. Piro, li kelmu lin-nies u reggawhom lura mil-artt li kienu se jaghmlu. Obdewhom, ghax kienu jafu bil-gid li jaghmlu kemm l-Isqof u kemm il-Monsinjur ghall-foqra u ghall-poplu Malti.

a) Ommu kienet tghin hafna Istituti u l-ghajnuna taghha kienet tizdied meta jonqos xi haga. Il-Mons., specjalment fil-gwerra, meta kien jitla d-dar kien jghidilha "Ma, ma m'ghandhomx zokkor, x'se naghmlu".

Certu Pawlu Gauci (illum Mons. P. Gauci, in-neputi tal-Mons.

Buhagiar) wara li telqu ommu u missieru New Orleans, U.S.A., ried johrog mill-kumpanija. Il-Fundatur baghtu ma' qassis (Dun Gwann Vella) ghand Dun Anton biex jezaminah ftit. "Imma ibni" qallu, x'inhi r-raguni li trid tohrog?" "Iddejjaqt b'dik il-hafna sikkatura.... "Le veru" qabes Dun Gwann, "la tista' tpejjep, u issa mbilli npejpu x'fiha, u ohra, issa jridna naghmlu l-voti, ara dawk ta' Mamo (li kien iffonda Istituti tal-Missjoni, b'pika mal-Fund), jaghmlu biss guramenti." "Hu ma riedkomx tpejpu ghas-sagrificju, biex ma tbedux erwieh mill-knisja u mill-qassis.... u lanqas huwa ragunijiet dawn." Izda m'ghanlu xejn, u l-ghada Dun Anton qallu b'kollox. "Eh, xi trid taghmel ghada stess nibghatu." "Imma" kompla jghidlu, "hemmhekk ghandek l-ghadu li qieghed gewwa, hemm min qed ixewwex biex telaq il-kumpanija, u hekk ikun jista' johrog" "U le, qed tahseb hazin wisq, Dun Anton" "Insomma jista' jkun ukoll" - Izda wara ftit zmien, Dun Gwann hareg ukoll.

U meta Dun Anton intaqa' mal-Fundatur qallu "Mons min kellu ragun?" "veru, kif ghidtli, qatt ma bsartha".

a) Il-Fundatur kien Direttur tal-qassisin Adoraturi.

b) Fil-Kungress Ewkaristiku Parrokjali li kein dam gimgha shiha l-Kappillan tar-Rabat ma dahhalx fil-programm il-Qassisin Adoraturi. Xi 10 tijiem qabel il-Kungress, Dun Anton iltaqa' mal-Monsinjur Putirjal il-bieb u kif mar fuqu jitolbu l-barka, qallu "Ircevejt il-Programm imma ma dahhaltniex lilna, x'nistghu naghmlu?" u ghamel minn kollox u dahhalhom fil-gurnata tal-Hamis. Trid tara l-knisja kollha mimlija qassisin bl-isplieles u ma nghidux kemm kien ha gost dak inhar il-Monsinjur.

c) Huwa kellu Devozzjoni kbira lejn Gesu Sagramentat, tant li fil-qrar bhala penitenza kien itik Vista lil Gesu Sagramentat biex iqajjem fik devozzjoni lejn Gesu.

Iffirmata.

 

 

 

14 Patri Telesforu, Farrugia O. Conv. (13-2-65)

a) Kont narah dejjem, meta jkun sejjer lejn Fra Diegu, jew gej lura San Guzepp, bil-kuruna f'idejh jghid ir-Ruzarju.

b) Kien ta' persuna sabiha, twil u ohxon, izda fil-miexi tieghu kien modest, b'idejh migbura u rasu riverenti, ma kienx ihares l'hawn u l'hemm.

Kien bniedem kalm u umli hafna u karitativ - jghidu li gieli lanqas kellu biex ihallas it-tren jew il-karozza.

g) Is-suttana tieghu kienet kwazi dejjem l-istess u hadra, u kien jaghmel ohra gdida tant kemm kienu jghidulu.

h) Kien ghamillu parrinu fil-prima Messa ta' P. Tel. Farrugia.

Patri Piju O.C. (13-2-65)

i) Ommu kienet Terzjarja Karmelitana.

j) Patri Piju kien il-konfessur taghha, u meta kien jigi huwa d-dar, keinet tghidlu "Gie l-fqir tieghi".

k) Hdejn is-sodda tieghu, kien ikollu moghla ittri x'jaqra, imma mhabba li ma kellux zmien, kien jirrispondi dawk biss li kienu mportanti u dan kien jaghmlu tard bil-lejl.

l) Fil-festa tal_Gublew tal-fidda, niesu gahmlulu festa kbira.

Dun Guzepp S.S.P.

m) Il-familja De Piro kienet fi hbiberija intima ma certa familja Sammut, li wiehed mill-membri subien taghha kien sar Gizwita u li spicca biex miet bl-Ispanjola li kien jaghti b'zelu kbir lill dawk li kienu jomordu biha fiz-zmien l-epidemja harxa taghha. Dan il-Patri ghen hafna spiritwalment lill-Mons. De Piro. Meta il-Fundatur kien Ruma u wrieh il-hsieb li jwaqqaf kumpanija, kien wiegbu li waqt l-istudju ghandu jhalli kull idea u jikkoncentra biss fuq l-istudju.

Mal-mewt ta' Fra Diegu, il-General ta' Giezu ma riedx li l-Istitut jibqa' f'idejn il-Patrijiet u ghalhekk ghadda f'idejn l-Isqof Pietru Pace. L-Isqof meta kien qed jitkellem ma' Dun G. Bugeja, fejn urieh id-diffikolta lil min se jaqbad iqieghed bhala direttur ta' Fra Diegu, ghax ma sabx wiehed ghal qalbu, Dun Giorg mal-ewwel issuggerielu lil De Piro, bhala bniedem ghal dak il-post. Dun Giorg kien jaf dan bizzejjed ghax meta kien siefer ghal xahar u halla floku lil De Piro, dan qeda dmiru sewwa u ha hsieb hafna ta' l-Istitut. L-Isqof ghogbitu l-proposta u ghazel lil De Piro bhala Direttur ta' Fra Diegu.

F'dak iz-zmien li kien wera x-xewqa tieghu li jwaqqaf Socjeta' Missjunarja, kien gie Malta il-Kardinal La Fontaine in capacita' di legato del Papa u bhala vizitatur Apostoliku. Meta l-kardinal ghamel zjara lil Fra Diegu, waqa' d-diskors fuq ix-xewqa li ghandu li jiftah Socjeta'. Il-Kardinal wiegbu "Mur u iftah", izda il-Fundatur spjegali x'qallu u xi diffikulta ghandu l-Isqof Pace, izda l-Kardinal qallu "Io sono il Papa a Malta - Mur u ibda". Il-Fundatur talab lil Kardinal biex juri x-xewqa tieghu lil Papa Piju X. Ir-regola kien ifittex li josservaha mill-ahjar li jista'.

16 L-ewwel dar giet miftuha fit-30 ta' Gunju 1910, parti mid-dar fejn illum hemm id-Dorotej. Din id-dar kien krieha minn ghand Mons Mifsud. L-Isqof Pace stess (li ma kienx kontra t-twaqqif imma biss kien ta' l-idea li ghadu z-zmien) tah id-digriet mehtieg u beriklu d-dar.

Il-festa ta' San Pawl bhala Patrun tal-Kumpanija kien jaghmilha fil-martirju ta' San Pawl - 30 ta' Gunju - u lejlietha kien ilibbes il-membri godda. Din id-data kella titbiddel ghax kienet tahbat ma l-ezamijiet u ghazel il-Konverzjoni ta' San Pawl.

Fl-1911 fetah Duttrina b'xi erbat itfal (Bugeja ahna, Muscat u Dun G. Spiteri).

X'hasbu u qalu xi nies li kienu jafu bit-twelid tal-Kumpanija.

Nies li ma tantx kienu jifhmu xi tfisser rawha bhala haga zejda billi kien hawn diga' hafna patrijiet ohra. Infatti kienu spiss jghidu "X'riedha etc". Ohrajn, fosthom anke sacerdoti, kienu hasbu li l-ewwel membri huma rifugjati ta' Tripoli (billi dak iz-zmien kien hemm gwerra). Tant kienet griet din ix-xniegha, li sacerdot staqsihom biex jivverifika ftit.

Wiehed Patri fuq it-tren kien ma sacerdot iehor ftit il-boghod mill-Fundatur u semaghhom jghidu (sintendi l-iehor qalha biex jisimghu) - "Issa ghandna l-Missjunarji tal-Kcina".

Hafna hasbu li billi l-Kumpanija kienet ghada fil-bidu se tilqaghhom u jehilsu bi ftit studju. Imma l-Fundatur zamm iebes fuq din il-haga u ma kien icedi xejn mill-istudju mehtieg.

Ante vigilia S.S. Petri et Pauli il-Fundatur sar Monsinjur.

L-ewwel membru li libes kien Fra Guzepp Caruana (1914), lejliet San Pawl ta' Jannar.

Wara li miet Mons. Mifsud, id-dar taghna (l-ewwel dar) waqghet f'idejn id-Dorotej u ghalhekk marru x-Xara Palace (1920?). Minn hawn gew mahrugin ghax is-Sur Pace ried ibighha u l-Fundatur ma setax jixtriha biex ma jonfoqx ghax kien diga' haseb ghal St. Agatha u kera dar f'Chelsea Street, illum Mesquita Street.

Qatt ma kont tarah minghajr is-suttana, izda dejjem biha.

Il-Fundatur generalment kien ihalli lettura fir-refetorju ssir sal-bidu tat-tieni platt. Fic-cena, ir-regola ma kienetx tinqara wara lettura qatt, imma kienu jaghmlu hekk: wara li jispiccaw mill-ikel il-fratelli jizbarazzaw u l-ohrajn jaghmlu r-rikreazzjoni fuq il-mejda. X'hin ilestu mill-hasil kulhadd joqghod f'postu u l-Fundatur jaqra bicca mir-regola u jinterpretaha. Wara mbaghad imorru l-kappella ghall-ezami u jbusulu jdejh qabel ma jmorru l-kamra.

Kif gietu l-Vokazzjoni tieghu (Il-Hajja tieghu)

Migburin minn:- Fr. Nicholas Curmi S.S.P.

 

 

Dun Guzepp Tonna 7-3-65

Kien imcekken bih innifsu, u kien jimita it-tajjeb ta' l-ohrajn.

Tarah wara gurnata miexi u xoghol kien jigi u joqghod prezenti ghall-kor u ghad-dmirijiet l-ohra tieghu.

Kien jaqbez u jindahal ghal dawk kollha li kienu fil-bzonn kemm materjali u spiritwali.

Kien ta' qalb tajba bhal ommu.

Kien jisma l-pariri ta' kulhadd u qatt ma kien jghidlek meta tmur tkellmu "tindahalx", izda kien jiehdok bil-hlewwa ..... "issa naraw, ...... tajjeb".

Meta kien ikun fil-bzonn ta' xi flus ghall-Istituti tieghu, kont tarah jghaddi minn triq, minghajr ma kien jitlob lil hadd, u anke kien kultant jghaddi darbtejn mill-istess triq, b'rasu baxxuta. In-nies drawh, u bdew ituh il-flus ghall-Istituti tieghu u mal-ewwel kienu jindunaw li ghandu bzonn il-flus ghat-tfal, meta kienu jarawh ghaddej hekk.

Kien jghin lil dak li jitolbu l-ghajnuna dak il-hin, u anke jekk kien imur xi hadd bil-lejl ghandu, jew ghall-qrar jew ghal xi haga ohra, kien jinzel.

 

 

 

Fra Pawl 14-3-65

Meta kien imur il-Qrendi, in-nies kont tismaghhom jghidu "Gie l-qaddis".

Meta kont tarah l-ewwel darba, il-persuna tieghu kienet tigbdek, imma sa dan it-tant kont thoss sudizzjoni lejh. Wiccu kien imfaqqa', hakqani u ahmar.

Fl-ahhar zmien kien qed ibati b'irkupptejh, izda minkejja dan, baqa' xorta wahda fil-Quddiesa, kien jaghmel reverenza sa l-art. Jiena kont narah li qed ibati u kont nghidlu biex ma jaghmiliex, almenu sa l-art, izda huwa kien irrispondieni: "Dan mhux fil-Quddiesa biss."

Ma kienx ihobb li minhabba fih, toqghod tiskomda ruhek biex isservieh, izda kien jigi hu.

Kien izomm ruhu hafna inqas milli kien.

Lill-familja taghna kien ghena hafna. Darba ommi marret tkellmu fl-ufficju tieghu fid-dar ta' San Guzepp, il-Hamrun, u waqa' d-diskors fuq it-tfal ta' l-Istitut, il-bzonnijiet taghhom etc, u fost l-ohrajn qallha "Qed naghmel talba bhal issa ghall-bzonnijiet tat-tfal, ghax ma tantx ghandhom affarijiet". Meta ommu kienet qed titkellem mieghi u qed tghidli x'qallha u li ma tantx kellhom affarijiet, ghidtilha "Ma, propju dak inhar gielna hafna affarijiet".

Qatt ma kien jiehu bl-herra u meta titkellem mieghu thoss certu ferh fik. Meta kien jitla' hu fid-dar ta' l-Imdina, kien jinholoq certu ordni, ahna kellna iktar nobdu u nkunu osservanti. (Patri Bugeja, li kien jiehu hsiebhom, ma tantx kien izommilhom, u kienu jaghmlu li jridu).

Jien l-ewwel kont maghkom, izda wara gieli l-hsieb li nidhol fin-Navy. Ommi ma riedetx li nidhol fin-Navy, izda jiena l-hsieb tieghi kien hemm - In-Navy. Il-Mons. kien jghidli jiena irridek religjuz, izda qatt ma tajt widen. Wara hafna ddecidejt li nidhol Agostinjan, u meta ghidtlu li diehel patri, ferah hafna u qalli "Basta sirt Religjuz".

Huwa kien ghamel il-Purcissjoni tad-Duluri. Mela x'hin il-purcissjoni kienet waslet ftit 'l boghod mill-knisja (hdejn dik id-dar bl-arkati), dar lejn il-vara, ghafas ir-Relikwa mieghu, u wara kompla miexi. (Hafna interpretawha li dak il-hin forsi hass l-ugiegh u talab lill-Madonna biex twasslu sal-knisja - wasal l-isptar iktar mejjet milli haj).

 

 

Is-Sur Wenzu Grixti 7-3-65

Meta l-monsinjur kien jitla d-dar, l-Imdina, generalment kien jigi bit-tren li kienet tieqaf fl-istazzjon ta' taht is-swar ta' l-Imdina (fejn hemm il-pont). Darba Wenzu rah gej b'roghda kbira fuqu u staqsieh xi gralu:

"Wenzu hadt qatgha kbira llum."

"Imma x'gara'"

"Kif kont tiela mit-triq li taghti mill-istazzjon ghall-Imdina qabzu zewg irgiel fuqi u tawni qatgha li ma nghidlekx."

"X'ghamlulek?"

"Xejn, nahseb li hadu zball, ghax kif indunaw li kont jien, hallewni."

"Mela nibda nigi kull filghaxija x'hin tkun gej (ghal habta tas-sebgha) biex imbaghad nitla' mieghek - u baqghu hekk. Darba waqt li Wenzu kien qed jistennieh bil-fanal f'idu ra li kellu tifel mieghu b'hwejgu mahmugin u kollu mqatta'. "Hawn - Kien ix-xatt wahdu u gibtu mieghi."

Telghu it-triq ghall-Imdina, dahhlu gewwa fil-kamra tieghu u bla ma qaghad jikkonfondi xejn, nehha l-lozor minn fuq is-sodda, qabad is-saqqu ta' fuq (fl-antik is-sinjuri s-sodda taghhom kienet tkun hekk - l-ewwel kienu jaghmlu zewg saqqijiet tal-haxixa, u fuqhom saqqu tas-suf), qeghdu f'rokna tal-kamra, u firixlu biex it-tifel ikun jista' jistrieh - Wenzu wara ftit granet mar ghand ommu (minghajr ma qallu), biex ittieh saqqu ghal Guzeppi. "Tieghu li kellu fejn qeghdu?" u qallha b'dak li kien gara. Meta Guzeppi gie d-dar, ommu bil-hlewwa kollha qaltlu "Guz, ma tarax tmur taghmel hekk. Inti tkun ghajjien wara hafna xoghol, umbaghad lanqas tkun tista' tistrieh sew fuq dawk iz-zewg saqqijiet". Huwa ma tkellem xejn, meta hargu (hu u Wenzu) dar lejn Wenzu u qallu "Wenz, dak li tara u jsir fil-kamra tieghi, tmurx tghidlu lil Ommi."

"U meta lil min irrid nghid, jekk mhux lill-ommok, biex ittini saqqu ghalik." wiegbu.

"Imma f'dawn il-kazi ahjar is-skiet".

Jiena (Wenzu) gieli sibtlu mas-sodda tieghu id-dixxiplina, imma ma nafx jekk kienx isawwat lil gismu biha, ghax qatt ma qalli.

Fil-mard tieghu kien ikun dejjem rassenjat u ferhan u kollox kien jiehu b'pacenzja.

Wara li gie lura Malta minn Ruma, huwa ghazel il-Qrendi biex jistrieh u jerga' jiehu l-arja. U anke wara li fieq meta kien ikollu bzonn jistrieh, kien imur sal-Qrendi ma Wenzu, jinzel il-gnien, joqghod ftit hemm jippassigga u sa danittant jghid ir-ruzarju u wara jergghu lura. Il-Qrendi kienu jhobbuh hafna u kiennu idibuh "ta' l-imbid". Jekk jindunaw li gie, tara wara ftit il-Qrendin kollha sejrin ghandu ghall-qrar. U l-mistrieh tieghu kien ikun fil-konfessjunarju fejn kien gieli iqatta' xi disa' jew ghaxar sighat iqarar, l-ewwel lin-nisa, umbaghad kien jidhol is-sagristija ghall-irgiel.

Gieli hareg mid-dar, u jdum ma jirritorna xi hmistax. Ommu, ta' omm li kienet tinkwieta u kienet tghidlu lil Wenzu "Wenz, fejn mar ibni, tridx tara fejn qieghed?" U Wenzu kien jaqbad it-triq biex jara x-sar minnu, u meta kien isibu u jaghrfu bir-raguni ghaliex gie, kien jghidlu "Imma jien nista' noqghod mal-Mama". (Huwa kien imur idur l-Istituti tieghu).

Meta l-Gimgha kien jitla' biex iqaddes il-Katidral u wara kien imur sad-dar, ommu kienet tlestilu x'jiekol, bajd, te', hobz etc. Huwa kien jigi, ipoggi bil-qeghda, johrog l-arlogg, jiekol xi haga, u meta kien isirlu l-hin, kien jghidilha "Ma se nhallik ghax sarli l-hin." Kien ibusha u jitlaq. Ommu kienet tgerger xi ftit bl-imgieba tieghu - "Ara daqsxejn kemm ingawdi lil ibni, jigi bl-arlogg f'idu u jitlaq 'l barra kemm jista' jkun."

Meta miet il-Baruni Giuseppi (1916), hu missieru, l-affarijiet ta' bjankerija, mobbli, gradenzi, sideboards, etc. kien hallihom liz-zewg qassisin, Dun Santinu u Guzeppi. Wenzu kien hadilhom hsieb igorrilhom l-affarijiet li messhom u f'qalbu kien jghid "Nahseb li jmissni xi haga minn dawn". U veru, ghax Dun Santinu tah xi sitt qomos godda u xi haga ohra, izda Dun Guzepp halla kollox lill-Kumpanija, izda ma nsiehx lil Wenzu, li meta ra x'tah tbissem li kienu zewg pari kalzetti homor, li ma juzawx huma, tbissem.

Fl-ewwel tal-Kumpanija kienu johorgu hafna u ommu kienet tghidlu "Guz, dawk ghad jeqirduk, mhux qed tara x'inhuma jaghmlulek, u kemm qed jisirquk". - "Ma jimpurtax, ma, mhux karita', mhux karita', jitghallmu minn fuq dari."

Ghall-qrar kien imfittex hafna, u kien jghaddi sieghat fil-konfessjunarju.

In-neputijiet tieghu kienu kollha kontrieh ghax kienu jahsbu li minghand iz-ziju Guz mhux se jiehdu, jirtu xejn, billi kull ftit flus li kien ikollu, kien jonfoqa fuq il-Kumpanija. Imma huwa tant qassam kollox tajjeb fit-testment, li huma stess baqghu skantati, ghax sabu li dak li kien gej minn tal-familha, hallihulhom kollu, u l-uzu frott u xi proprjeta' tieghu hallieh kollu lill-Kumpanija.

Hajtu kollha kien qattahha mat-tfal, u kellu jmut mat-tfal. Wara li dahlet il-purcissjoni tad-Duluri u ghamel xi kelmtejn fuq id-Duluri u fuq il-mewt tal-kapillan, hassu has hazin quddiem Gesu Sagramentat waqt il-kant tat-Tantum ergo. Dahluh gewwa, u meta raw li iktar mar ghall-ghar, haduh l-Isptar Centrali, u qeghduh f'Ward tat-tfal biex ma jitilfux hin, u miet wara ftit, qalb dawk li tant hadem ghalihom - it-tfal.

Wenzu kien ha hsieb il-funeral tal-Fundatur. Huwa kien halla fit-testament li ma riedx pompi u lussu, izda ried kollox semplici - izda ftakar fit-tfal u ried zewg privates ghat-tfal ta' l-Istituti. Kienu difnuh fl-Addolorata, fil-qabar tal-familja, u Wenzu qal lid-deffiena biex idahhluh fl-ewwel qabar (kien hemm xi tlett qobra fuq xulxin), biex meta s-Superjur tal-Kumpanija jiddeciedi li jiehdu f'dak ta' St. Agatha, ikun xoghol iktar facli. It-tebut l-ewwel kellhom inizzluh dritt, umbaghad idahhluh gewwa mghawweg, ghalhekk kien hemm tnejn mid-deffiena isfel u Wenzu u iehor kienu fuq. Hdejn Wenzu kien hemm il-Gvernatur, li meta ra li qeghdin ibatu biex inizluh (ghax it-tebut kien tqil hafna) ma rahiex bi kbira biex imur jghinhom inizzlu t-tebut ta' dak li tant kien ihobb.

Iz-zijiet t'ommu kienu minn Bormla, u kellhom laqam "ta' l-imbid" - ghax kellhom negozju kbir fl-imbid.

Darba l-fundatur kien marid sewwa, u mar il-Qrendi biex ikkupera sahhtu (wara li gie minn Davos). L-Isqof Pace kien imur spiss jarah (ghax kien ihommu hafna), u darba waqt li kienu qed jitkellmu, waqa' d-diskors fuq l-Istitut ta' Fra Diegu, fuq id-diffikulta' li ghandu (l-Isqof) lil min sejjer ipoggi bhala Direttur, u wara ftit dar lejh u qallu "Tridx tmur taghmel xi ftit Fra Diegu" u minn ftit sar id-Direttur ta' Fra Diegu.

Dam 12-il sena koagitur ta' Vassallo.

Gudja - Kien inqala x'inkwiet bejn il-poplu u l-kappillan u tant kiber, li l-kappillan kellu jahrab, u jitlaq mir-rahal. Il-knisja kienet damet hafna maghluqa, u l-poplu kienu minghajr sacerdot u minghajr sagramenti. L-Isqof Mauro ried jara x'jaghmel, u sejjah lil Monsinjur biex imur il-Gudja u jara jirrangax u jipplakax kollox. U mar ma' Dun Guzepp u Wenzu fid-dar tal-kappillan. L-ewwel haga li ghamel fetah il-knisja u beda wkoll iqarar u bil-mod il-mod bl-imhabba, bil-gentilezza tieghu, gab il-poplu lura lejn il-knisja, u sewwa l-inkwiet li kien hemm u tant gibed il-poplu lejh u meta kien sejjer (damu xahrejn) ma riedhuhx ihallihom, izda talbuh jibqa' maghhom.

Kien hemm wiehed maghna Fra Guzepp mill-Qrendi (illum hareg) li ried jitghallem is-sengha ta' l-Infermier "Mela le, qallu l-fundatur, tajjeb hafna". U beda jittrenja. Darba l-fundatur kien marad marda sewwa, li kien kwazi se jmut (fl-ewwel dar). Meta gie t-tabib jarah, Fra Guzepp kien hemm hdejh biex sadanitant jitghallem. It-tabib ordnalu biex jiehu zewg pinnoli, wahda filghodu u l-ohra filghaxija - u Fra Guzepp qallu bis-semplicita' kollha "Ghaliex ma tiehux tnejn flok wahda?". Mela trid toqtolni?" - "Le jine ghidtlek hekk biex tfiq malajr" - "Guz, tidher li ma tantx tifhem f'din is-sengha, u li ma tantx tinqala".

7 Giugno 1917 (is-Sibt)

Konna dehlin minn Putirjal, jien (Wenzu) u l-Monsinjur u rajna gengha kbira ta' nies quddiem it-Teatru Rjali, izda l-attenzjoni taghhom kienet id-dar kbira li hemm quddiemu - ta' Fransija. Kien jinstema hafna ghajjat u tkissir u anke kultant kont tara xi mobbli hergin mit-tieqa ghall-isfel u anke kienu ghaddew mit-tieqa l-pjanu. Il-Monsinjur x'hin ra dan kollu u kien jaf x'gara l-gurnata ta' qabel, tela fuq it-tarag tat-Teatru, u minn hemm kellem lill-poplu u bil-kelma t-tajba ferrex lill-poplu u waqqafhom minn dak il-hsarat li kienu qed jaghmlu. Minn hemm bqajna sejrin San Gwann, fejn sibna l-Isqof Portelli ikellem lill-gemgha kbira li kien hemm fil-pjazza mill-gallerija ta' San Gwann. Il-Monsinjur baqa' sejjer lejn il-palazz ta' l-Isqof u qal lil Wenzu, biex jibqa' mal-gemgha, u jekk jinqala xi haga jigi javzah. Poplu dejjem jibqa' poplu, u f'siegha ta' sahna ma jirragunax u jaghmel dak li ma jridx. U iktar tishom il-qiegha jekk f'siegha bhal din, ikun imxewwex minn taht.

U hekk gara fil-pjazza ta' San Gwann, il-poplu kien qed jigi mxewwex, u mxewwex ukoll kontra l-Isqof u din malajr inxterdet f'kull widna ta' bniedem li kien hemm jisma' lill-Arcisqof Portelli (biex forsi iberred ftit in-nar, imma kien

Wenzu x'hin semgha hekk telaq jigri lejn il-Palazz ta' l-Isqof, qal lill-Monsinjur x'se jaghmlu u rega' batu barra biex idabbar rasu minn hemm. Minn gewwa l-Palazz kien jinstema l-ghaa tal-poplu li kien barra u xi ghajjat kontra l-Isqof. Wiehed minnhom li kien quddiem qabad il-qanpiena tal-bieb ta' barra u beda jceimpilha b'sahhtu kollha. Ghad-daqq tal-qandpiena, hareg il-Monsinjur u kif il-poplu raw lilu, tbikkmu u qallhom: "Xi tridu wliedi?" - Kien hemm xi ftit wiegbu "Irridu naharqu l-Kurja" - "Tridu taharqu l-Kurja? dan 'l hawn hawnhekk mhux kollu taghkom, dan mhux fluskom? Hallikom minn dan, morru isa wliedi."

U wiehed wara l-iehor telqu.

Wenzu u l-Monsinjur kienu marru ma' l-Isqof Pace u xi membri ohra ta' San Pawl biex jaghmlu l-festa ta' San Pawl f'Tunes. Kienu kollha alloggjati fil-lukanda wahda. Il-qassisin kienu jmorru f'diversi knejjes jaghmlu l-ezercizzji lin-nies bhal qisha missjoni zghira; u l-Monsinjuri kienu jaghmlu l-funzjonijiet fil-Katidral.

Gurnata minnhom is-Sur Debono, professur tal-Latin fl-Universita' ta' Malta fettillu jwebbel lil Wenzu u lil siehbu biex imorru mieghu f'post jismu "Hesfawin" u ftehmu li jmorru mieghu. L-uzanza ta' l-Arab hija li mis-7.00 am sas-7.00 pm joqoghdu sajmin u mis-7.00 pm sas-7.00 am festa u jieklu. F'dan il-post kien hemm kull xorta ta' divertiment, loghob, bars, kien qisu bhal fiera ta' kull loghba u li tassew tiehu gost. U tant hadu gost Wenzu etc. u nitilfu fil-loghob u li tassew tiehu gost. U tant hadu gost Wenzu etc. u ntilfu fil-loghob, li lanqas taw kaz li kien sar it-3.00 ta' filghodu u ghadhom barra, u meta wiehed minnhom qallhom li kienu t-tlieta, regghu lura jigru l-lukanda.

Wenzu kien soltu meta jidhol, itektek fuq il-bieb tal- Monsinjur biex iserrahlu rasu li kien dahal; Imma dak in-nhar ma kienx habbatlu u pprova jghaddi minn quddiem minghajr ma jaghmel hoss, imma kif wasal quddiem, il-Monsinjur fetah il-bieb u qallu li t-tlieta ta' filghodu.

Filghodu nizlu bhas-soltu ghat-te' u ma nafx minn fejn saru jafu, bdew jitfghu hafna botti u jsaqsu "Fejn mortu l-bierah" etc. U l-ahhar qalulhom fejn marru, x'hemm u x'garalhom, u wara dan kollu ftehmu li jmorru lkoll. (Mons. Pace baqa' l-lukanda). Il-Monsinjur mar ukoll u ha lil Wenzu mieghu, u nsomma dahlu, ftehmu li wara jergghu jintaqghu u kulhadd mar ghar-rasu, Wenzu s'intendi baqa' mal-Monsinjur, li kien jiehu gost b'dawn id-divertimenti leciti, u tarah jati lil Wenzu l-flus u jibghatu jilghab din u dik il-loghba. Wenzu kultant minn wara ihares lejn l-arlogg u jitlob biex jghaddi l-hin jigrilhom bhalhom. U juru u jilghabu saru t-3.30 am. X'hin indunaw li saru t-3.30 am raw fejn qeghdin l-ohrajn biex jirritornaw lura. Il-Monsinjur u Wenzu telqu ftit il-quddiem qabel l-ohrajn biex mat-triq jilhqu jghidu r-Ruzarju. F'certu punt, il-Monsinjur dar lejn Wenzu u qallu taht l-ilsien "Qed tara bhali? M'intix tara z-zewg Gharab quddiemna". Dawn l-gharab bdew kull meta l-Monsinjur u Wenzu jieqfu, jieqfu huma, jekk ihaffu l-pass, ihaffuh huma. "Ahjar nistennew ftit lill-ohrajn, biex inkunu mal-gozz". Kif kienu sejrin lura, semghu lil wiehed minnhom jghajjat "Mons De Piro ..." Il-Monsinjur waqaf mistaghgeb u resqu lejh dawk iz-zewg gharab li kienu jidhru mgissmin. "Ahna gejna ghax konna nafu li gejtu hawn, biex naraw li hadd ma jittantakhom." "Kif tafna?" - "Int mhux dak ta' Fra Diegu, li dejjem tkun imdawwar bit-tfal. Jien nafek ghax mizzewweg lil wahda mill-Hamrun, u gieli rajtek hemmhekk."

(Kaffe' bil-gharbi huwa "Kahwa"). L-ghada mar ghand hanut u xtara sapun u fwieha ghat-tfal u tfajliet ta' l-Istituti.

Iffirmata

 

 

Wilson George (4-4-65)

Kien bniedem ta' karita' kbira dejjem kont tarah jaghti l-flus lill-foqra, umbaghad sabiha kien jinzel bil-mixi ghax ma jkollux flus - ikun tahom.

Meta kien jitla' l-Imdina kien jigi ibus lill-Mama, u wara jmur joqghod mar-religjuzi wliedu.

Kien jaghmel kollox bil-kalma. Ommu meta kienet tarah kienet tghid "Gej il-fqir". Huwa kien jaghti hafna flus u jghin anke familji fil-bzonn (kien jibghat il-paga ta' Karmnu Abela lil martu ghax dan kien il-konot u anke xi haga fuq il-paga).

Meta miet Dun Gorg Bugeja, is-Superjur tad-Dar ta' San Guzepp, kien hemm l-Isqof, xi Monsinjuri u anke l-Monsinjur ghall-ahhar suffragi. Meta kienu lesti, l-Isqof Pace dar lejn il-Monsinjur u qallu "Inti Superjur hawn" - "Jiena Eccellenza". - "Inti". U minn hekk sar id-Direttur ta' San Guzepp.

Kulhadd kien jirrispettah u l-kelma tieghu kienet ta' awtorita'.

Kien umli, kien jiekol l-istess ikel tat-tfal, minghajr distinzjoni (u l-ikel ta' dak iz-zmien).

Il-paga ta' l-impjegati kien jiehu hsiebha hu, biex jekk xi mpjegat ma kienetx tkun bizzejjed il-paga kien izidlu fuqhom u hekk ma jkun jaf hadd.

Kien ragel ta' rispett kbir, ma kienx jara bi kbira li jmur biss, izda jara hekk m'ghandhomx bzonn xi haga, u jgibilhom, jekk ikun hemm bzonn, it-tabib.

Meta bdew l-ajruplani hawn Malta, kien qal "issa malajr immur narahom lit-tfal taghna u l-Istituti".

Kont tarah dejjem bil-kuruna f'idejh.

Kien mar ghand Strickland fil-Villa tieghu H'Attard (9.00pm l-Erbgha), u kien dam sas-saghtejn ta' filghodu hemm. Meta nqata' ma' Wilson u Callus qallhom "Ceda, ghamel l-abdjula ta' ragel istruwit u nobbli li hu."

Kien jiehu gost b'kollox, anke l-icken haga. Tmur ittih tuffieha, jiehu gost biha, jirringrazzjak, umbaghad is-sabiha itiha lil haddiehor. Bhal meta giet id-Driegh ta' San Fran. Saverju, dam jistenna hafna u qabditu l-fjakkizza u qal lil Wilson "Ara ggiblix ftit kafe'". Dan gablu, umbaghad jarah itih lil Can. Aquilina (Tal-Hamrun).

Kien bniedem pupilla ezatt f'kollox, kien imur hu (specjalment fl-affarijiet tal-kappella) biex jara jekk hux kollox f'postu u jekk mhux kollox nadif.

Darba meta kien student Ruma, mar jaqta' xaru. U dan il-parrukkier fejn mar jaqta' xaru l-Monsinjur, ma setax igiblu t-tonsura tonda sew, u jerga' jipprova u jkompli jaqtalu sakemm gablu t-tonsura kbira mhux hazin. Il-parrukkier beda jiskuza ruhu mieghu, u hu wiegbu "U iva, jekk mhux tonda, vicin ghat-tond".

Fil-kaz ta' Dun Gwann Vella kien jghid "Mohhok jghidlek haga u qalbek tghidlek ohra."

8 Giugno: Kien kellem lin-nies minn fuq it-tarag tat-teatru li kienu qeghdin ikissru Fransija u obdewh. L-Isqof Portelli kien qieghed ikellem lin-nies minn fuq l-gallerija ta' San Gwann.

Kien jghin hafna lil Dun Gorg Preca fl-opra tal-Muzew.

Zarbun qatt ma kien isewwieh, izda kien itih lil xi fqir.

Iffirmata

 

Surmast Emm. Gatt 28-3-65

Kien bniedem serju u ta' rispett kbir.

Kien jaghder lil Kulhadd, u jekk jara li xi hadd naqas kien jghid "Udak ma jafx x'hinu jaghmel, ghax qieghed fis-sahna".

 

 

Mons. G. Buttigieg 6-7-65

L-Isqof Mauro kellu fiducja illimitata fih, u kont tarah jafadalu f'idejh xi kaz imhawwad.

Darba kien gie l-kurja ghal xi kaz minn dawn, u Mons. Buttigieg qallu "Trid gelat?" Il-Fundatur wiegbu "Kieku ggibli wiehed niehdu." Sakemm dahal gewwa, l-Mons. baghat lill-qaddej biex igiblu gelat mill-Premier. Wara li spicca mill-bicca xoghol, intaqa' ma' Mons. Buttigieg li qallu kif kien il-gelat u hu qallu "Grazzi hafna u ghall-erwieh ghax iffriskani".

Huwa thabat hafna biex igib l-abitu tas-sorijiet ta' Gesu' Nazzarenu u niftakar kemm kien sar ahmar bid-dahq u ma setghux izomm meta l-Isqof qallu, "Ara daqsxejn, iridu jlibbsuhom ta' Gesu' Nazzarenu."

Kien familjari hafna u jaddatta ruhu ma' kulhadd.

Meta jidhaq kien isir ahmar nar, zaqqu tibda taqbez u ma jkunx jista' jzomm.

Fil-ftuh tad-dar ta' Ghajnsielem kien stieden ukoll lil Mons. Buttigieg. Dik il-gurnata kien kuntent hafna. Kien l-ors tieghu jirrakkonta ta' meta waqa' - sfronda bih is-saqaf u baqa niezel isfel.

Darba l-Fundatur kien stieden lill-Monsinjur Buttigieg biex imur ghall-festa ckejkna li kien se jaghmel lit-tfal orfni hdejn id-dar ta' San Guzepp (Kien fetah xi dar ohra ghat-tfal zghar - St. Venera).

Kont tarah waqt il-festa jiccajta mat-tfal, idur b'tarbija f'idu - tant li s-sorijiet qalu li dik it-tarbija ma kenitx toqghod minghajru u kull fejn imur, tmur warajh tant kienet thobbu.

Kellu zelu kbir biex jiffonda l-Kumpanija u sab hafna tfixkil qabel ma l-holma tieghu sehhet.

 

 

Mons. Giov. Batt. Ghigo 8-7-65

Wara li qaddes u gie minn barra, billi kien marid, ghazel li joqghod il-Qrendi, fejn wera z-zelu tieghu bhala sacerdot. Huwa kien attiv hafna u anke ha f'idejh prokuri tal-Knisja.

Huwa kien beda biex jigbor il-qassisin tad-Distretti - Hal-Lija, Mqabba, Zurrieq, Qrendi u Hal Kirkop - fil-knisja ta' San Gwann Evangelista - Halmillieri, ghal konferenzi minn xi sacerdot barrani. "Izda dan falla, ghax meta kien se jibdiehom gietlu n-nomina ta' Dekan tal-Katidral. - (1920-21). Meta Mons. Ghigo sar kappillan ta' Hal Safi, ried jaghmel apparat gdid ghall-festa. Hu mar ghand omm Mons. DE Piro biex tahdimhomlu u qaltlu, "Nahdimomlok, u naghmilhomlok b'xejn - ghax meta ma jkunx gej hum jien u s-servi noqghodu ghax-xoghol, izda meta jigi l-fqir tieghi, irrid intih xi flus li jkollu bzonn, ghax kull habba li jkollu kien jaghtiha."

Hija kienet mara karitattiva hafna.

Hu kien tista' tghid bin zewg qaddisin.

Meta zzewgu marru jaghmlu l-honeymoon l-Italja. Darba meta kienu ghaddejin raw Avviz, fejn kien miktub li hemm xi ballu bil-lejl. Billi ma kienux jafu xi kwalita' ta' ballu hu dan, Orsla stiednet lill-Alessandru jekk ma jistghux imorru u ftehmu li jmorru. "X'mort ghamilt b'idejja" tirrakkonta, "meta dhalna gewwa u rajna dak is-sokor, dak il-loghob ta' l-idejn, kelli sebgha mitt sena sakemm nohorgu barra minn dak il-post ta' dnub. Meta konna barra bdejt nahseb kif se nohodlu minn rasu u nara x'deherlu minn dak il-post, ma jmurx ghogbu u jkun irid nergghu nigu. Fl-ahhar ghidtlu "X'deherlek?" "Jien ma hadtx gost, kont se nghidlek biex nohorgu." X'hin qalli dawn il-kliem hadt gost u ma morniex izjed f'postijiet bhal dawn.

Iffirmata

Dun George Cassar 27-8-65 2-8-66

Dun George kien jaf lill-Fundatur taghna bhala Rettur tas-Seminarju - Notabile.

Fi zmien, Dun Gorg, kien sagristan, bhala sagristan kien spiss imur ghand ir-Rettur. Hafna drabi, meta kien imur il-kamra tal-Mons., kien isibu jghid ir-Ruzarju jew jaghmel il-meditazzjoni, u anke xi drabi kien jaghmillu sinjal biex ma jkellmux f'dak il-hin, izda jigi xi mument iehor. Darba Dun Gorg dahal fil-kamra tar-Rettur u sab l-inkwatru ta' San Guzepp imdawwar, jigifieri s-santa wiccha mal-hajt. Mela kull darba li jidhor kien isibu fl-istess pozizzjoni, ried ikun jaf l-ghaliex ta' dan u darba l-inkwadru qieghed wiccu 'l gewwa u staqsieh: "Ghaliex dak l-inkwadru qieghed wiccu 'l gewwa?" "Eh bhala penitenza", wiegbu r-Rettur. Dun Gorg b'dahqa qallu, "Penitenza San Guzepp, mela x'ghamel?"

"Dak jibqa' hekk sakemm jaqlaghli l-grazzji li ghandi bzonn." U meta jaqlalu l-grazzja, San Guzepp kien jispicca mill-penitenza u jerga' jsib wiccu 'l barra.

Fi zmien meta kienu qeghdin jiffurmaw l-Assemblea, kien dam xi tlett xhur nieqes mis-Seminarju, u kien jitla' hemm b'harba u jerga' jitlaq. Darba meta gie qalli "Itolbu ghax qed nahdem ferm ghal Malta u ghar-Religjon."

Kien bniedem ta' karita' kbira.

Gurnata wahda Dun Gorg dahal fl-ufficcju tar-Rettur u kien hemm ommu li kienet qisha qed tinkorla ma' binha. Dun Gorg b'familjarita' qalilha: "Sinjura Orsla, tinkwetax lir-Rettur taghna". Hija wegibtu "Ghax ibni faqqarni, dejjem jitlobni l-flus, biex itihom lil haddiehor." u sadanittant ir-Rettur jidhaq.

Darba l-istess, Dun Gorg kien qed ikellem lil Omm il-Fundatur, u waqa' diskors fuq l-Istitut li kien ghadu kif waqqaf. "Miexi 'l quddiem l-Istitut" qalla. "Jien sejra hazin ghax sallabni; daqqa jigi johdilhom minn hawn, jiehu flus, meta ma jkollhomx x'jieklu johdilhom minn hawn, jiehu lozor." Mhux ghax kienet tiddejjaq ittih, alkuntrarju kienet mara ta' karita' kbira u li thobb tghin lil kulhadd.

Meta kien Rettur tas-Seminarju kien jibghat is-Seminaristi jippridkaw fl-Istituti biex jittrenjahom fil-priedki u anke biex ma jkunux jisthu 'l quddiem meta jkunu sacerdoti.

Qatt ma canfarhom bl-ahrax, izda dejjem kien jammonihom bil-hlewwa u qabel ma jikkoregihom kien jibda jidhaq. Kull fejn kont tarah kien dejjem jidhaq. Meta kont tmur titolbu xi haga kien itihielek mill-ewwel. Kien jirrepetilhom lis-Seminaristi "Qisu li tkunu sacerdoti qaddisa." Min jaf kemm il-darba ried jitla' l-Imdina bit-tram u ma kellux biex ihallas ghax kien itihom lin-nies, u min jaf kemm ta' doti ghalbiex isiru sorijiet jew ghaz-zwieg.

Meta jkunu waslu l-ezamijiet, is-Seminaristi flok imorru passeggata kienu jidhlu fl-ghalqa ta' Giannmari taht is-Saqqajja u joqghodu jistudjaw hemm taht id-dell tas-sigar u ghall-arja friska. Darba kien hemm Gianmari bil-mezez mimlijin frott li kien ghadu kif qata' u bil-gentilezza kollha qallhom biex jiehdu frott kemm iridu. U f'kemm ili nghidlek zarmawh mill-frott kollu u hallewlu biss mezez vojta. Tistghu tahsbu kemm irrabja povru Gianmari. Insomma s-Seminaristi telqu u ghaddew mit-triq it-twila u meta dahlu s-Seminaristi sabu lil Gianmari qed ikellem lir-Rettur u malajr qalbhom ghamlet tikk. Kif induna bihom qallhom "Ejjew 'l hawn galantomi". "Hawn Giannmari gie jghidli x'mortu ghamiltu minn fuq li kien tant gentili maghkom. X'se naghmlu issa?" Xi wiehed minnhom qabez u qal "Nohorgu xi haga bejnietna." "Le, le morru intkom, issa nirrangaw". Meta Dun Gorg qallu u trid tarah jidhaq u ma jistax izomm. Dun Gorg b'kurzita' staqsieh "Kif spiccajna mieghu?" "Irrangajna dak nafu sew jien."

L-ghada regghu ftehmu biex imorru hemm u kien hemm ukoll Giannmari. "Niehdu frott?" qalulu. "Hudu kemm tridu, ghax morna tajjeb mar-Rettur." "Jaqaw" - "Tani d-doppju ta' kemm kien jiswa dak il-frott."

Is-Seminaristi specjalment dawk li s-soltu kienu jaghmlu akkulti fis-servizzi ta' l-artal, kienu qabel ma johorgu mill-kor ghal fuq il-presbiterju, iqattru x-xemgha fuq it-tarag tal-Kor. Kien hemm Monsinjur xih induna biha u kien igerger fuqha hafna. Darba gie s-Seminarju u sab lir-Rettur b'kumbinazzjoni qed jaghmlilna xi korrezzjoni. "Tajjeb" qallu, "ghax kif qeghdin hawn, irrid nghidlek" u qallu x'ghamlu. Wiegbu dahqani "Eh qallu; f'din maghhom inzomm." "Ghaliex?" - "Ghax ghandhom jibzghu ghas-suttana billi tqum il-flus u s-Seminarista sintendi ma jistax jaghmel hafna spejjez. U specjalment meta jinzlu San Gwann jigu bl-ahjar suttana, u llum suttana ma ssibhiex barra."

+Il-Monsinjur kien Mgr. Wigi Camilleri.

 

Fra Diegu 29-9-65

Kien jigbor il-flus hu ghall-Istitut u meta kien jonqsilhom xi haga kien jipprovdiha hu.

Gieli flok kien jitla' bit-tram kien jitla' bil-karozzin biex jaqla' xi haga lill-fqir.

Meta kien jiekol l-Istitut, kien jitfa' xi flus fil-kaxxa tal-hobz ta' Sant'Antnin biex ma jnaqqasx minn ta' l-Istitut.

Ommu kienet gieli tinzel l-Istitut biex tghin lit-tfal u meta kienet tarah gej kienet tghid "Gej il-fqir tieghi".

Kien dejjem bil-kuruna f'idejh. Il-kuruna bajda kien ihobbha hafna.

Meta ghalaq il-25 sena bhala direttur kienu ghamlulu party kbir u hu kien stieden ukoll l-old girls ta' l-Istitut.

Sakemm kien isir il-hin ghall-quddiesa tal-Milied kien joqghod jilghab it-tombla mat-tfal u kien iqassmilhom ir-rigali, imdendlin mal-Christmas Tree.

 

 

Suor Consiglia u Suor Felice 21-9-65

Kien ihobb hafna lit-tfal u kien jaghmel sagrificcji kbar ghalihom u anke kien jigbor hu ghall-Istitut.

Meta xi xebba tkun se tohrog mill-Istitut ma kien ikun kuntent billi jhalliha tohrog biss, imma kien jaghmel minn kollox biex isibilha xi post biex hekk tkun iktar migbura.

Kien jigi tlett darbiet fil-gimgha - it-Tnejn, il-Hamis u s-Sibt. Il-Hamis, ghat-tlieta kien jaghmel is-siegha adorazzjoni mat-tfal.

Meta kien jigi kien idur lit-tfal kollha, li kienu jkunu fuq ix-xoghol u kien jaghmlilhom kuragg.

Meta kien jidhol minn barra kien jinzel gharkuptejh fuq il-ginokkjatur quddiem l-istatwa tal-Madonna, li kienet hdejn il-bieb ta' barra u jghid tlett ave marijiet, umbaghad imur idur lit-tfal.

Meta kien jara lil xi hadd ftit inkwetat kien jinduna u kien imur fuqha u jghidilha "kuragg, kuragg".

Kultant kont tisimghu fil-kuruturi ikanta ftit bil-mod.

L-ahhar gurnata gie filghodu ghamel xi kant lit-tfal, umbaghad f'nofs inhar ippranza hemm, u wara mar strah fil-kamra tieghu u dam hafna ma hareg tant li beda ihassibhom lis-sorijiet. Kien tant dam ma hareg li kienu gew ghalih ghax sar il-hin u ghalhekk kellhom imorru jhabbtulu. Meta hareg qallhom "Kemm strihajt, Madre".

Meta ghalaq il-25 sena bhala Direttur kienu tawh rigal bizzilla tar-rukkett, u b'semplicita' qaghad jippassigga biha, qisu biex jurihom li ha gost biha.

Wara l-mewt tieghu kienu sabulu flok ta' taht kahlani minn dawk li kienu jilbsu t-tfal (newl).

Kull darba li kien jigi, kien idur lit-tfal kollha, jara jekk kollox hux f'postu.

Il-Hamis kien jaghmel l-Adorazzjoni mat-tfal.

Iffirmata.

 

 

Suor Giakkina 21-9-65

Dak inhar li miet, gie mill-knisja tal-Hamrun fejn kien mar iqaddes u wara li ha l-kafe' mar jipprova l-kant lit-tfal tal-Vespri u r-Responsorju tal-Quddiesa ghax kien ried li jirrispondi kulhadd anki t-tfal. Iddoqq l-armonju kienet Suor Giakkina u bdew, hu ikanta l-ewwel bicca u t-tfal jirrispondu - Dominus Vobiscum - Et cum spiritu tuo (it-tfal). Dan ghamlu ghax l-ghada kienet il-festa ta' l-Istigmati (kienet saret l-ghada imhabba d-Duluri).

Umbaghad ippranza hemm u waqt il-pranzu s-sorijiet daru mieghu u qaghad ikellimhom fuq l-ahhar tad-dinja. Wara l-pranzu mar ic-cella tieghu u ghalaq. Il-knisja tal-Hamrun bdiet iddoqq bil-kbir ghall-purcissjoni, izda hu kien ghadu fil-kamra u hassibhom hafna lis-sorijiet li Suor Giakkina qalet lil dawk iz-zewg sorijiet li kienu maghha wara l-bieb tieghu li "Zgur miet il-Padre". Fl-ahhar ghall-habta ta' 4.30 p.m. hareg minn kamartu u mar ghall-purcissjoni.

Meta kien niezel mit-tarag iltaqa' ma' Suor Giakkina u G. Gatt u qalulu biex iberikhom - "Tkunu mberkin" qallhom.

Waqt il-purcissjoni kien kuntent u qal lil ta' ma' genbu "Kemm hawn nies warajna qed jghidu r-ruzarju".

Qabel il-Benedizzjoni ghamel diskors fuq il-kappillan li kien miet xahar qabel, u wara bdew il-kant tat-Tantum Ergo "Kemm qed inhossni hazin" qal lil ta' ma' genbu - "tridx tidhol fil-Kor?" "Ahjar le," wiegbu, "ghax inkella n-nies taghmel ghagha." Imma ma felahx izjed fuq irkupptejh ghax waqa' fuq id-djaknu mitluf minn sensieh. Dahhluh gewwa u hallewh fuq pultruna fil-kor.

Margerita Buhagiar kien li kienet marret il-knisja biex wara tehodlu l-hwejjeg tal-Fundatur lura Fra Diegu, meta rat x'gara, marret tigri l-Istitut tghajjat "Id-Direttur hassu hazin".

Marru malajr Suor Giakkina u Suor Pawla jaraw x'gara u sabuh fuq pultruna fil-kor mitluf minn sensieh. Wara ftit giet l-Ambulanza u haduh l-Isptar Centrali. Meta waslu, dahhluh fl-ewwel kamra, tawh xi injection, imma kien diga' miet.

L-ghada mill-Isptar haduh l-Istitut San Guzepp u madwar it-tebut tal-Fundatur ma kienx hemm hlief tfal, it-tfal orfni li sabu fih missier - it-tfal li tant habb, it-tfal orfni li sabu fih missier - it-tfal ta' Fra Diegu, ta' San Guzepp u tan-Nazzarenu.

Wara l-mewt tieghu kienu sabulu tofija bil-but.

Meta kien jiekol l-Istitut kien jitfa' xi flus ghall-ikel ghax kien jghid ma jridx inaqqas minn tat-tfal.

Ma kienx ikun irid ikel differenti minn dak li jieklu t-tfal, izda kien jiekol l-istess platti minn taghhom.

Meta kienet tigi hawn ommu, kien isaqsi ghalih u tghid "Fejnu l-fqir tieghi". - Hija kienet tinzel l-istitut biex tghin lit-tfal fix-xoghol taghhom, ghax hi kienet taf tahdem hafna.

Strickland kien jigi spiss ikellmu lil Monsinjur, u qabel l-Elezzjoni Generali kien jghidilhom "Itolbu hafna." Ma kienx tela' Strickland).

L-iktar virtu fih kienet l-umilita' sija fl-ilbies u sija fil-manjieri tieghu. Qatt ma kien jigi bl-ahmar u kien ihobb hafna joqghod mat-tfal.

Kien spiss idahhal fl-ufficcju tieghu lil Suor Giakkina, biex toqghod tiktiblu l-indirizzi, u darba giet biex tikteb indirizz ta' wiehed fqir u qalet lill-Monsinjur "Padre hawn indirizz ta' ragel fqir, nikteb xorta wahda "Illustrissimo Signore". "Binti", qallha, "il-bnedmin fid-dinja kollha xorta wahda, fqir u sinjur, ikteb Illustrissimo allavolja fqir. Fqir u mhux xorta wahda quddiem Alla."

Iffirmata

 

 

Dun Gwann Vella 22-9-65

Dun Gwann kien imdorri minn ckunitu li jpejjep, u meta dahal fis-Socjeta' ried ikompli jpejjep, izda l-Fundatur ma riedhomx ipejpu. (Umbaghad 'il quddiem hallieh ipejjep ghax ra li ma jghaddix minghajrhom). Gieli anke kien ipejjep minn taht u "jien kont imqareb u kont naghmillu" izda hu qatt ma nkwieta, izda dejjem kien jiehu pacenzja.

Meta xi hadd kien jaghmel xi nuqqas u ma jkunux iridu jitkellmu min ghamlu, kien johrog hu fin-nofs tar-Refetorju bil-platt, jinzel gharkuptejh u jiekol fl-art, u l-furketta u s-sikkina lanqas kien ipoggihom mal-platt izda fl-art. Dan kien jaghmlu bhala penitenza flok dak li naqas u ma tkellimx.

Dun Gwann Mamo u l-Monsinjur kienu haga wahda. It-tnejn kellhom il-hsieb taghhom tal-Missjoni. Umbaghad 'il quddiem infirdu ghax Dun Mamo ried jibda jibni l-bini u l-Monsinjur ried jibda jigbor in-nies, u hekk it-tnejn marru jahdmu ghal rashom u Dun Mamo beda jibni fejn il-lum hemm il- Kullegg ta' l-Agostinjani - Tarxien.

Fl-ewwel zmien tal-Kumpanija, l-membri kienu minghajr voti, umbaghad dahhluhom fi zmien l-Isqof Mauro. Dun Gwann billi meta dahal kienu minghajr il-voti ma riedx jaghmilhom, izda ried ihalluh minghajr il-vot tal-poverta' ghax dejjem kellu biza' minnu - li ma jkollok xejn bhala tieghek ghax "dak li jakkwista l-patri, jakkwistah il-kunvent'. - Tkellem anke ma' l-Isqof fuqu u ried jurih l-ittra ta' Piju X, biex jurih li m'hemmx imsemmija l-voti. Fl-ahhar l-Isqof baghatlu risposta mal-Monsinjur li jaccettah fid-Djocesi, izda l-Fundatur kif gie d-dar, mar l-ewwel il-kappella, qaghad ftit hemm, umbaghad mar qal lil Dun Gwann bir-risposta ta' l-Isqof.

Dik inhar kien qalbu sewda.

Minn hemm Dun Gwann mar Vici parroku z-Zejtun.

Il-Monsinjur kien tisiku u bil-kura fieq (Svizzera).

Meta Dun Gwann kien ghadu San Alwigi kien darba minnhom wehel minn xi ezami, u mar qal lill-Monsinjur li wehel. "Hsibtx ghajjat? Ghal kuntrarju qalli dan il-vers `Benedictus Dominus, quia humiliavit nos'".

Kienu ghabbewh b'hafna xoghol u tista' tahseb meta kien jitla' l-Imdina kien jitla' ghajjien hafna tant li kien jorqod waqt ir-Refetorju, u biex ma jorqodx waqt li jkun qed jghid il-Brevjar kien jghidu jippassigga.

Huwa kien persuna nadifa, imma kien ihalli kultant is-suttana tihdarlu u darba Dun Gwann qallu fuqha biex forsi jibdilha. B'certa serjeta' wiegbu "Ghadu hadd ma qalli xejn fuqha". U hawn ghamel riflessjoni Dun Gwann u qal "U issa ara min sejjer jghidlu persuna bhal dik - kellu sodizzjoni Malta kollha", insomma ghaddiet.

Xi ftit granet wara gie l-Monsinjur fuq Dun Gwann u qallu bit-tbissima "Qaluli fuq is-Suttana" - qallu, "kont tiela bit-tram u kien hemm wiehed, waqt li kien qed jitkellem mieghi qalli "Hawn drapp gdid ghas-staten" jigifieri indirettament.

Meta kien jonqsu l-flus kien imur ghand ommu biex ittih xi haga.

Meta kienu joqghodu hdejn il-konot huwa kellu l-kamra hdejn il-bejt, li kienet zghira hafna kemm tidhol sodda u ftit spazju barra.

Meta kien ikollu xi funzjoni kien dejjem jghid lil Dun Gwann biex jaqtalu xaghru u dejjem kien ifakkru qabel ma jitla' "Don Giovanni - Affilate un po il razaio."

Huwa kien dejjem ikellimhom bit-Taljan.

Huwa kellu xaghru nnuklat.

Huwa kellu l-karattru tieghu iraxxibbli, li meta taghmel xi haga jghidlek mill-ewwel, imma tant kellu qawwa, tant kellu virtu' li qatt ma ghajjat maghhom, u meta jigrilu xi haga ma kienx jinkwieta hafna, imma kien jiehu kollox bil-pacenzja - u jien (Dun Gwann) ghamiltlu ghax kelli ftit ilsieni twil, izda dejjem hadni bil-pacenzja u qatt ma ghajjat.

7 Giugno - Kien hdejn ta' Fransija u meta ra d-dizordni li qed jaghmlu, tela' fuq it-tarag tat-Teatru u beda isikket in-nies, imma n-nies qishom ma riedux jisimghu, imma baqa' sakemm ikkalmahom u siktu.

Meta Dun Gwann saqsieh jekk Strickland hux freemason, qallu, "Le, le mhux freemason, dak huwa bniedem li jissagrifika kollox ghall-Imperu, anke r-religjon."

Lil Dun Gwann ma kienx ihallih johrog ghal waqt il-meetings ghax kellu lsienu twil.

Gudja - Meta nqala' l-inkwiet kien hemm bhala kappillan il-Vigarju ghax il-kappillan li kien hemm kienu nehhewh. U dan inqala kollox fil-festa tar-Ruzarju. Kien hemm pika kbira bejn iz-zewg kazini u anke kultant kien jinqala' xi inkwiet bejn il-partiti.

Mela fil-festa tar-Ruzarju, damu hafna biex dahhlu bil-vara, u ma tafx int, pass il-quddiem u tnejn lura, insomma dan il-Vigarju iddejjaq, hareg minn wara l-vara, dahhal l-kleru fil-knisja u biex taghqad, intonaw it-Tantum Ergo u ta l-barka. Tista' tahseb x'inqala' hafna nkwiet." Il-Vigarju meta ra x'gej mar jghid lill-Isqof, u l-Isqof ghalaq il-knisja, nehhew is-Sagrament.

Wara kwazi 7 gimghat l-Isqof sejjah lill-Monsinjur u qallu biex imur joqghod ftit il-Gudja u jara jirrangax kollox. U marru hu, Dun Gwann, Fra Guzepp u telqu fl-4.00 ta' filghodu bil-karettun u marru fil-knisja z-zghira tan-Nuzjata, qaddes hemm, ikkonsagra l-ostji u wara l-quddiesa daqq il-qniepen tal-knisja z-zghira u r-rahal kollu gie jara x'gara u ngemghu fil-pjazza ta' quddiem il-knisja. Kif kienu hemm il-Monsinjur kellimhom, ghamel speech ghall-paci, biex jinsew dak li kien gara u biex jinholoq spirtu iehor fir-rahal. Wara dan hadu s-Sagrament processjonalment bin-nies kollha jakkumpanjaw u dahhluh fil-knisja l-kbira. Il-Monsinjur avza n-nies ukoll li dawk l-arresti li ghamlu l-pulizija, kienu spiccaw, jigifieri m'hemmx qorti (ghax kienu arrestaw hafna).

 

Dun Gwann kien johrog u jithallat man-nies biex jara x'inhuma jghidu u beda jisma' minghand xi nies li riedu jxewxu - li mhux vera li m'hemmx qorti. U dan mar jghidlu x'sema'. Qallu "mur ghid lill-Presidenti tal-kazini jigu". U gew. "Ahna smajna lil xi hadd jghidu li mhux veru m'hemmx qorti. Jiena dejjem ghidt il-verita' u la darba ghidt m'hemmx qorti - biex issa tmorru tghidu lin-nies taghkom x'ghidtilkom". U rrangaw kollox.

Umbaghad kont trid tarah johrog bil-hmara ma' Fra Guzepp u Dun Gwann jigbor ghall-festa, u kien ghamel festa kbira bil-banda, bl-isparar u l-aqwa bil-paci bejn il-partiti. Omm Dun Gwann kienet ghada hajja meta marru l-Gudja u kien hemm xi mara qaltilha li binha kien il-Gudja fejn hemm hafna nkwiet, u din bhal l-ommijiet kollha mliet rasha u giet tigri tara x'gara. "Hawn kif gejtu" qaltlu lill-Monsinjur "fost dan l-inkwiet?" "Ga sparawlna" wegibha bit-tbissima. "Sparawlkom, jaqaw?" "U le, fil-festa - il-bombi".

Meta kienu hemm fid-dar tal-kappillan, gurnata minnhom gie tallab fqir jitlob il-karita' u mar jiftahlu Fra Guzepp, u dan malajr heles minnu u qallu "Alla gjghinek" u ghalaq. Il-Monsinjur li kien qieghed gewwa semghu u sejjahlu "X'inhi Alla jghinek, mur ghajjatlu. Bhal issa ahna l-kappillan u ghalhekk dak li gie ghand missieru. Ghal dak ahna Alla tieghu u ghalhekk ahna rridu nghinuh."

Meta kien ikun hemm xi festa, kien jiehu gost hafna jara n-nies tifrah li kein jghid "Is-sodisfazzjon kbir li nhoss meta nara n-nies tkun ferhana."

Lill-Fratelli u studenti tieghu kien jghallimhom jaghmlu kollox u hu ma kienx jaf bl-ghazz.

Meta kien zghir waqt il-vaganzi tas-sajf ommu kienet tqabbadhom jitghallmu xi sengha u hu kien jitghallem is-sengha ta' landier - kont ittih folja landa, malajr kien jghamillek borma.

Huwa kien irrinunzja biex ilahhquh Monsinjur u meta gie qallhom "Tiehdux skandlu, jiena irrinunzjajt ghal hatra ta' Monsinjur, imma kellu l-ubbidjenza."

Kien ilu jipprova u jithabat biex jakkwista l-art ta' St. Agatha - ghax l-eredita' kienet tifrex fuq diversi nies, u fl-ahhar sab wiehed u rabat fuqu.

Darba mar jaghmel il-Purcissjoni ta' Lourdes il-Qrendi, u mar mieghu Dun Gwann. U l-purcissjoni damet hafna barra u sejrin imexxu l-vara bil-mod u biex taghqad kienet hafna shana. "Ghidilhom ihaffu ftit" - "Hallihom igawdu", qallu bil-kalma "dan mhux ta' darba fis-sena." U l-gharaq niezel ma' wiccu u ma jistax jixxuttah imhabba li kellu r-relikwa f'idejh.

Fra Guzepp kien jiehu hsieb johrog jixtri (meta kienu l-Imdina).

Darba waqt li kien qed iqaddes (Dun Gwann kien jghinu) tant kemm kien ghajjien li beda jitfixkel u anke tfixkel fil-kliem tal-konsagrazzjoni (il-formola ta' l-inbid qalha fuq ta' l-ostja) u Dun Gwann qallu. "Mexxini int", qallu.

Iffirmata.

 

 

Suor Billjana

Il-festa ta' l-Istigmati saret l-ghada mhabba li kellu jaghmel il-purcissjoni tad-Duluri.

Kien iridhom ituh l-ikel bhal tat-tfal, imma "ahna konna nlestulu ikel ghalih."

Kultant kien imur tard ghall-ikel u s-sorijiet u t-tfal ikunu diga kielu, ghalhekk kien imur il-kcina, jara jekk hemmx xi haga - kien jghid lil Suor Billjana "Jekk ma baqa' xejn, tuni ftit fazola kiesha minn tat-tfal, ghax issa kull fejn immur l-armarji kollha maghluqa.

Dejjem kien jigi fit-8 ta' Mejju ghas-Supplika ta' Pompei ghax kien jghid "Bhal lum gietli l-vokazzjoni".

L-istess kif kien jidhol minn barra u qabel ma johrog kien jghid A. Marija quddiem l-istatwa tal-Madonna ghax "Hi tatni l-vokazzjoni ghal Sacerdot."

Hafna drabi ma kienx ikollu biex ihallas it-tram ghax il-flus kien itihom lill-fqar.

 

Madre Pawla Cilia 26-9-65

Madre Pawla kienet superjura ta' Fra Diegu meta l-Monsinjur miet, u qabel ma lahqet superjura kienet tiehu hsieb kamerata ta' 43 girls.

Meta ommu kienet tkun hemm u jigi hu kienet tghid "Gej il-fqir tieghi".

Gieli kien jaghmle xi konferenzi lis-sorijiet u kien jghidilhom kif ghandhom irabbu t-tfal u kien jimpenjahom hafna lis-sorijiet ghat-taghlim tar-Religjon u tant kemm kien jinteressa ruhu li kien jigi hu biex jaghmel l-ezami tal-precett tat-tfal. Darba t-tfal taghha ma tantx marru tajjeb fl-ezami u kien sejhilha fl-ufficcju.

Kien jaghmel premjazzjoni ta' l-isnajja kollha - ta' l-iskola, tal-kcina, tar-rakkmu etc. L-ewwelnett biex jaghmlilhom kuragg u jheggighom u jgaghlhom ihobbu x-xoghol u biex ma jiddejqux fl-istitut.

U ghall-istess raguni kien irid hafna li jaghmlu l-Christmas Tree biex jaghti gost lit-tfal.

Kull sena kien johodhom San Pawl il-Bahar ghand huh Santinu u anke wara krielhom dar Marsaxlokkm biex jurihom lit-tfal li mhumiex minsijin u abbanduanti u biex anke jzommhom ferhanin.

Fl-1932 saret Superjura (Madre Pawla) ta' Fra Diegu u fit-18 ta' Dicembru marret l-ewwel darba bhala superjura u kien hemm fl-Istitut l-Esebizzjoni tax-xoghol tat-tfal ghan-nies u l-Benefatturi. Meta ghalqet, kienet spiccat ghat-tard u s-Superjura riedet iggiblu karrozzin biex jitla' l-Istitut bih u dik inhar hadha bis-serjeta' ghax ma riedx jaghmel spejjes lill-Istitut - "Le" qalli "m'hemmx bzonnu, immur b'tal-linja."

Meta kien jigi minn barra (l-istess meta jkun hiereg) kien jintefa jitlob quddiem il-Madonna (u kien jintefa b'irkuptejh it-tnejn f'daqqa, u wara jmur l-ufficcju tieghu u tmur dak il-hin il-Madre tkellmu fuq it-tfal jew fuq l-Istitut, u gieli waqt li tkun qed tkellmu kienu jigu s-sorijiet isejhulha biex ikellmuha. Darba qallha "Dawn m'ghandhomx hin iehor biex ikellmuk, - gejt ftit hawn u waqt li qeghdin nitkellmu?"

Umbaghad idur l-ufficini kollha - l-iskola, l-laboratorju, s-sala tan-newl, u kien jaghti mportanza lil kollox u lil kulhadd.

Trid tarah x'ferh kellu meta dahhlu t-telefon fl-Istitut ta' Fra Diegu. - Il-Madre Pawla meta dahhluh kienet qeghda irtir Ghawdex u meta giet marret l-Istitut ta' San Guzepp biex tghidlu li waslet u b'semplicita' ta' tifel zghir qallha "Issa ghandna t-telefon, issa qiesna qeghdin iktar flimkien". - Wara ftit qisu ghaddielu xi hsieb minn mohhu qallha "Kos, kieku jiena niftah it-telefon tieghi u intkom taghkom u nisma t-tfal ikantaw il-Gregorjan biex nara kif huma sejrin."

Meta kien jaghmel ir-rexti fl-Istitut qatt ma ried jaghmlilhom palk biex it-tfal ma jkunux ippreparati ghad-dinja.

Meta kien jippranza l-Istitut kien jiehu minn kollox minn dak li jgibulu biex jaghti pjacir lil dawk li jkunu ippreparawlu l-ikel.

U waqt l-ikel il-Madre kienet tkun mieghu u kien jitkellem maghha fuq il-Kumpanija, fuq l-Abbisinja, fuq l-Istituti u fuq affarijiet ta' siwi "Ma kienx ta' kliem hafna".

Dik is-soru li kienet isservih kienet diabetika u hu kien jghidilha "Suor Blandina, ghamel il-kura" - u hi kienet twiegbu "Darba ghandna mmutu" u hallieh ifaqqa d-dahq.

Qabel ma kien johrog, kien idahhal idu fil-but u jitfa' xi flus fil-kaxxa ta' Sant'Antnin ghal dak li jkun kiel.

Fl-8 Maggio kien jigi biex jaghmel is-Supplika ta' Pompei ghax kien jghid "Hi taghtni l-vokazzjoni".

Ir-Registri tat-tfal dahhalhom hu, u kien inizzel fihom kollox dak li ghandu x'jaqsam mat-tfal - l-istorja taghhom, meta dahlu, meta hargu, l-karti tal-precett u tal-Grizma, insomma kien ezatt fix-xoghol tieghu u ordnat tant li meta miet sabu kollox fl-ordni u ezattismu.

Kont tarah meta jigi xi ragel fqir kien jirrispettah xorta wahda daqs l-iktar sinjur, ghax ghalih kulhadd xorta wahda fid-dinja, mhux ghax fqir kien ihallih fil-porterija, imma kien idahhlu gewwa fis-salott.

Kien riservat hafna, ma kienx juri x-xoghol li kien jaghmel.

Fl-ahhar ftit gimghat qabel ma miet kien ikun ghajjien hafna u debboli u kien jghidilha lill-Madre "Ma gejtx biex nahdem imma gejt biex nistrieh daqsxejn," u meta kienet issaqsih jekk iridx li jaghmlulu xi haga u jwegibha "Kieku taqlili ftit laham" ghax kien ihoss debbolizza kbira.

it-tfal dak iz-zmien kienu hafjin u biex ma jhossuhomx umiljati kien gab skarpan altalapposta biex johdilhom il-qisien u jaghmlilhom iz-zraben lil kull wahda.

Meta kien zghir il-Mazuni riedu jdahhluh maghhom - diffikultajiet ghall-vokazzjoni tieghu.

Il-Mewt tiehgu:- Meta miet Dun Gejt, il-kappillan tal-Hamrun qaghad ikompli bhala kappillan hu, sakemm jilhaq iehor. Umbaghad lahaq Cordina Perez, u billi kien jaf kemm il-Monsinjur thabat biex jaqla' il-permess ghall-purcissjoni tad-Duluri, talbu biex jiccelebra l-festa hu, u accetta. Peress li l-festa tad-Duluri kellha ssir il-Hadd, 17 ta' Settembru u dak inhar kienet tahbat il-festa ta' l-istigmati ta' San Frangisk, il-festa ta' l-Istitut ta' Fra Diegu qal lill-Madre biex ghal din is-sena jaghmlu l-festa l-ghada - 18 ta' Settembru u qallha wkoll biex tibghatlu l-hwejjeg tieghu l-Parrocca ghall-Quddiesa Kantata u li wara jaghmel lit-tfal kollha.

Ghall-habta ta' l-10.00 a.m. wara l-Quddiesa kantata gie l-Istitut, ha ftit kafe' u wara dahal fil-kappella fejn kien hemm is-sorijiet u t-tfal kollha, anke dawk li mhumiex tal-kuncert, u qaghad fuq l-artal tal-genb u beda jghallimhom jirrispondu ghall-Quddiesa "Amen , etc..."

Sadanittant daqq nofs inhar u qal l-Angelus fil-Kappella, u wara kulhadd mar biex jieklu u hu mar mal-Madre fejn kellu jippranza u kif kien ghaddej minn quddiem il-kappella dahal sas-sagristija biex jara jekk hemmx kollox ippreparat tista' tahseb kien hemm kollox mill-ahjar u kien hemm ukoll lesti l-hwejjeg tieghu - kalci, alba, cinglu etc. Wara li ta daqqa t'ghajn lejn kollox, miss b'subghajh il-mitra u qal "Jien ghada l-mitra biss nilbes." u mar biex jiekol.

Kif qaghad bilqeghda qal lil Madre "Kemm m'ghandix aptit illum". Kien hemm kollox lest meta dahal, u ha xi haga zghira, mhux bhas-soltu. Meta qal bhas-soltu lil Suor Blandina biex taghmle il-kura u hi wegbitu li darba ghandna mmutu, il-Monsinjur kien pront u b'enfasi qal dan il-kliem "O, meta mmutu nibdew nghixu l-vera hajja." U fid-diskors tieghu beda qisu jhewden u jirrepeti l-istess haga - Il-Kumpanija, l-Abbisinja, Missjoni "Tghid ghad immur l-Abbisinja" Qabel ma qam minn fuq il-mejda qallha "Kemm jien dispjacut".

Fl-ahhar qam, kienu ghal habta ta' 1.30 pm u sa kemm mar mir-Refetorju sal-kamra regghet ghaddiet kwazi nofs siegha jitkellem, jirrepeti l-istess haga - qisu ma kienx f'siktu. Dahal il-kamra u ghalaq, wara ftit rega' fetah u sejjah lil Madre "Fakkarni" qallha "ghax hawn hafna ghidut li se jinbidlu l-flus, biex int ittini t-tajbin", umbaghad mar jistrieh.

Ghal xi 4.30 tigi soru ghand il-Madre "Madre, qed nithasseb ghax se jdum ma johrog il-Monsinjur, mhux soltu u sar il-hin ghall-purcissjoni." U marru hdejn il-kamra u qaghdu jissemmaw jekk hux qed jaghmel xi hoss (jekk hux qed jahsel wiccu). Fl-ahhar hareg u nizel mal-Madre l-Ufficcju (4.45 p.m.) u waqt li kien qed jiehu ftit te', tigi soru li kienet tiehu hsieb l-iskola, u bdiet tkellmu fuq xi registri ta' l-iskola. Deher li ma kienx qed jikkoncentra fuq dak li qed tghidlu s-soru u donnu kien ecitat hafna.

Fl-ahhar qam, dahhal il-kappell f'rasu, u minn fejn l-ufficcju sal-bieb ta' barra, l-hin kollu jkellimha (minn dak li qallha ma' tista' tiftakar xejn ghax insiet kollox wara mewtu) u hareg.

Maggie kellha tiehu hsieb li ggiblu l-hwejjeg lura u anke kif tkun barra tixtri l-pane di spagna biex il-Monsinjur ikollu xi haga specjalment waqt it-te', billi l-ghada kienet il-Festa. - Insomma addio dan kollox ghax kif semghet x'gara giet tigri tghidilhom. U marru l-Madre u soru ohra biex jaraw x'gara, u sabuh fil-kor. Meta giet l-Abbulanza biex johduh l-Isptar, kif kienu ghaddejjin bih minn quddiem l-Altar, ghamel mossa tal-mewt u "nahseb li hemm miet". Meta kien l-Isptar, nehhewlu s-suttana, taht is-suttana, flokk maghmul mid-drapp tan-newl minn dak li kienu jilbsu t-tfal ta' l-Istitut dak iz-zmien.

L-ghada li miet kellha ssir fl-Istitut il-Festa ta' San Frangisk u flok ferh kont tara s-sorijiet u t-tfal jibku t-telfa tal-Monsinjur.

Bla ma kienu jafu li l-Monsinjur miet waslu l-Ministri li kellhom jghinu fil-festa, u tistghu tahsbu x'hasda hadu x'hin semghu bl-ahbar - dawn kienu Mons. George Preca, Mons. Anton Cilia, Dun Guzepp Camilleri (Ceremonier) u Patri Ugo Callus O.P.

KIenet giet ukoll minn Ghawdex il-Madre Generali, li kienet Madre Nazzarena, flimkien mal-Kunsilieri taghha.

Fl-Anno Santo tal-1933, kienet harget Cirkulari mill-Kuria li ghandhom jitqieghdu Slaleb fuq il-bjut. Il-Fundatur kellu stima kbira ghall-ordnijiet li kienu johorgu mill-Kuria, allura kien ghamel Salib sabih fuq il-bejt ta' l-Istitut, jixghel bl-elettriku.

 

 

Helen Muscat 25-9-65

Helen kienet tifla ta' l-Istitut ta' Fra Diegu u meta waslet fl-eta' taghha u sabet wiehed, kienet stiednet il-Fundatur biex izewwighom hu. "Tant qed niehu pjacir illum li gejt hawn, ghax it-tfal li kienu johorgu qatt ma kienu jistednuni u dan hu l-ewwel tieg li gejt naghmel lit-tfal tieghi."

Meta ghalaq 25 sena bhala Direttur ta' Fra Diegu, gurnata minnhom kien stieden lill-Old Girls ta' l-Istitut, u fid-diskors li ghamlilhom uriehom li hu ghadu missierhom - "Jekk ikollhom bzonn ta' xi haga ejjew ghandi, tisthux, mhux ghax hrigtu ma tigux titolbuni."

"Kien ghamel hafna applikazzjonijiet biex isib xi xoghol lir-ragel tieghi billi kien qieghed, u jien ma nista' nghid xejn, minnu gid biss rajna."

"Niftakar darba kien telaq mill-Istitut (Fra Diegu) bl-umbrella f'idu ghax kienet niezla xita bil-qliel. F'wahda mit-triqat tal-Hamrun intaqa' ma' nanna ta' zewg ahwa, iltiema, ma tafx x'taqbad taghmel bihom. Ghadni narah gej l-Istitut bit-tifla mieghu f'dik ix-xita kollha."

 

Surmast Muscat Azzopardi 28-9-65

Qatt ma kien jiehu kafe' jew te' imhabba saqajh, flokhom kien jiehu daqsxejn halib.

Fil-festa ta' San Guzepp, kien itih (lis-Surmast) ls ghal kull bandist. Wara li jkun tah il-flus, qiesu biex ifakkru f'xi haga jghidu "Ghidilhom jonfquhom hawn".

(Ghax kienu jaghmlu fiera fil-bitha).

Il-Fundatur kien jistudja l-pittura ghand Kali'. Il-Headings kollha kien jaghmilhom hu.

Wara l-ikel (12.15 - 30 pm) kien hadha bhala drawwa li joqghod jippassigga fil-kurituri ta' l-Istitut ma' Dun Guzepp. Gieli ghaddew 3 kwarti ukoll jippassigga.

Meta waqa' s-saqaf bih fl-Istitut ta' Ghawdex, kien dam xi tlett gimghat irtirat imhabba li kien barax siequ sewwa. Darba mar jarah certu Dun Gorg u kif dahal qallu "Kif ahna Dun Guzepp?"

"Il-Bambin hekk ihallasna" qallu, "kultant ifakkrek li ghandek tmut".

Gieli kien ikun ma' Dun Guzepp Spiteri u jintaqaw mieghi u billi kien jaf li jiena nhobb l-opri u jkun l-istagun ta' l-opri kien isaqsini "Magister mort it-Teatru".

"Iva"

"X'rajt"

"L-Aida"

"Rajtha dik l-opra, dik mhux li jitfnuhom hajjin?"

Umbaghad qisu nduna li seta' ta' skandlu, kien idur lejn Dun Guzepp u jghidlu "It-teatru mort, meta ma kontx ghal Sacerdot". (Qisu biex jghidlu li ma jahsibx hazin).

L-ewwel tlett gimghat minn meta sar Direttur ta' San Guzepp kien ghadu jorqod fl-Infirmerija (fejn kient fi zmienu, hdejn dak it-tarag li hemm hdejn il-bieb ta' barra). Darba nsomma kellu darsa tugghaw u mar qalaghha u l-hanek iktar intefahlu u ghalhekk it-tabib ordnalu li jidhol fis-sodda. Ma nafx kif, imma semghat il-mama tieghu u giet tarah. Kif dahlet nixlet gharkuptejha hdejn is-sodda biex tbierku. "Eh," qaltlu, "ghadkom thabbtuni allavolja kbirtu."

Lill-membri tal-Kumpanija kien jghidilhom "Jekk tkunu tuzzana qassisin u fratelli, nohodkom ghand il-Papa biex jarakhom."

Kien jiehu gost b'kollox.

Meta ghal Festa ta' San Guzepp kienu jtuh xi 4 pari kalzetti kien jiehu gost bihom ghax kien jghid "Ghal hajja utli u necessarji hafna".

Fix-xitwa kien juza 2 pari kalzetti ghax kien ihoss hafna bard.

Bix-xoghol li kien ikollu kien jibda l-Brevjar fid-9.00 pm u kien irid dejjem mieghu lil Dun Guzepp Spiteri biex ma joghnosx zgur.

Meta l-Isqof Gonzi (li kien Ghawdex) kien sejjer missjoni f'Chicago, kien gie fuqi (is-surmast) u qalli biex nippreparaw ghall-banda.

Niftakar il-gurnata meta kien sejjer l-Isqof, it-tfal kollha skjerati jistennew l-Isqof, ahna bit-tfal tal-Banda u l-Monsinjur b'cake f'idu biex jipprezentah lill-Isqof.

Meta l-Isqof wasal hdejn l-Istitut waqaf, il-Monsinjur ipprezentalu l-cake u fjuri, daqqejnielu l-banda u tajnieh il-vjagg it-tajjeb.

Darba niftakar li rajtu jidhaq sew, li kwazi kien se jixraq. Din grat hekk: dak iz-zmien kien bhala kok, certu wiehed jismu Guzeppi u kien ihobb l-imbid hafna. Dun Mikiel Callus kien xtara biex jista' jaghsar l-imbid, u hekk beda jipprova jaghmel l-imbid. Dun Mikiel, l-ewwel darba li kien ghamel, kien ta flixkun imbid li Guzi l-kok biex jara kif gie. Insomma waqt il-pranzu l-Fundatur dar fuq Dun Mikiel u qallu "Nahseb li rnexxa l-inbid. Guze qal li hu tajjeb" qallu Dun Mikiel "Ha mmur ingib ftit ghax tajtu flixkun biex jara kif gie." Wara ftit gie Guzeppi ma' Dun Mikiel u mar fuq il-Fundatur u qallu "Jien xrobtu dak li tani, Monsinjur". "Eh, Guz," qallu, "kieku ma tixrobx dan l-inbid kollu tghix mitt sena."

"Allura x'tixrob?"

"Ixrob l-ilma."

"Il-Madonna lil Kristu ma qaltlux tihom l-ilma, imma l-inbid", u waqt li jobrox xoftejh qallu "U mur ara x'inbid kellhom".

U halli l-Monsinjur ifaqqa d-dahq.

Dan Gusepp l-kok kien jghin il-Quddiesa tal-Fundatur li kien johrog fil-hamsa u nofs.

Iz-zjara ta' Muskat Campell - Gvernatur - Xi siegha qabel ma gie l-Gvernatur gie xi wiehed minn tiehgu biex jara jekk hux kollox f'postu. Meta gie l-Gvernatur ispezzjona mal-Fundatur lit-tfal, lill-banda, u wara li lesta dar fuq il-Fundatur u qallu "Well Monsignor, this is a real review."

Il-Karnival ma kienx ihobbu u ghalhekk biex it-tfal ikollhom biex jghedew kien jivvinta hu xi rikreazzjoni.

Qatt ma kien ikun minghajr suttana.

Kien hass hafna meta hariglu mis-Socjeta' Dun Guzepp Aquilina. Dun Guzepp kien diga' wasal fid-Djakonat meta hareg umbaghad kompla ghal Sacerdot mis-Seminarju. Wara li sar qassis kellu bzonn iz-zewg volumi ta' Kuri, u billi kien jaf li l-Monsinjur ghandu, kitiblu biex jibghathomlu daqsxejn. Imma dak iz-zmien l-istudenti kellhom bzonnhom ghax kienu qeghdin jistudjaw fuqhom, allura x'jaghmel? Jiktiblu li ghandhom bzonnhom? Sejjahli u qalli "Ara, mur ghand Aquilina tal-kotba, u ordnalu z-zewg volumi tal-Kuri, umbaghad gibhom ha nberikhomlu u tihomlu."

 

Antonio Bugeja 28-9-65

Xi minn daqqiet Ninu kien jinzerta l-Fundatur qed jinza z-zarbun u kien jarah li qed ibati xi ftit u ghalhekk kien imur biex jghinu. Izda l-Fundatur kien jghidlu bil-hlewwa. "Nin, meta nkun wahdi, mhux jien irrid innehhieh."

Fil-ferrovija gieli qam lill-haddiem.

Gieli kien jiehu lit-tfal ta' San Guzepp jew ta' Fra Diegu San Pawl il-Bahar, fid-dar ta' huh biex ibiddlu xi ftit u hekk ma jiddejqux. U kont trid tarah idahhaqhom. Kellu banketta zghira b'toqba fin-nofs, kien jitfa l-firjolun fuqha u jdahhal rasu tahtu, u tarah idur lit-tfal qed taparsi johdilhom ritratti.

 

Cikku Xerri 28-8-65

Wara li kien jispicca xi bicca xoghol, kont tarah imur jitob fil-kappella.

Baqa mpressjonat fija l-fatt ta' meta konna ghaddejjin jiena u hu l-Hamrun u ntaqa' ma' tifla sfigurata u qaghad ikellimha b'imhabba kbira u anke kompla maghha. Din it-tifla kienet f'xi Istitut li kien jiehu hsieb hu u harget.

Kien jaghmel dawk l-affarijiet li jkun hemm bzonn, m'hemmx lussu.

Dun M. Callus:- "Ikollu bzonn ta' xi haga, per ezempju arlogg, trid tixtriehielu inti, inkella jibqa' b'xejn."

Meta l-fundatur kien qed jahseb jekk imurx l-Abbisinja Dun Mikiel Callus S.S.P. kien qal lil Cikku. "Ara biex qed johlom il-Monsinjur. Irid imur l-Abbisinja.

Qabel ma dahlet il-kumpanija taghna biex tiehu hsieb l-Oratorju ta' Birkirkara, kienu jiehdu hsiebu Dun Guzepp u Dun Mikiel Sammut. Meta qalu lill-Fundatur jekk jaccettax li l-Kumpanija tiehu l-Oratorju taht idejha, dam xi ftit biex tahom risposta billi l-membri kienu ftit. Imma umbaghad accetta, ghamlu l-kuntratt u gew joqghodu hemm.

Lejliet il-Festa ta' l-Oratorju, jekk mhux qed nizbalja, gew ghalih malajr. Ahna konna smajna li kien mar biex jirranga ma' Strickland.

Kien kalm, izomm il-kalma f'kollox u kien jaghmel fieri ghall-Kumpanija.

 

Rev. Gaffiero 25-9-65

Faqqar l-ommu biex irranga lill-Istituti. Is-sagristija ta' San Guzepp hu kien li irrangah. Kien jirrakkonta ta' meta Ghawdex waqa' s-saqaf bih.

Huwa kien il-Promutur tal-Festa tad-Duluri, u permezz ta' kemm habrek hu li l-Isqof ikkonceda l-festa ghall-barra wkoll.

Fil-fervorin ta' wara l-purcissjoni kien tant entuzjazma ruhu li hasset qalbu. Il-kappillan kien Cordina Perez.

Darba kien hemm Ingliz li mietet il-mara tieghu, u din halliet fit-testment biex jaghti tant flus lil kull Istitut ta' tfal orfni. Dun Anton kien hadu l-Istitut biex itihom sehemhom tal-flus. Laqaghhom il-Fundatur u waqt id-diskors fuq il-mewt ta' martu - "Marti mietet ghax kienet tisika."

"Jiena wkoll tisiku, imma umbaghad ikkurajt ruhi, u issa m'inix tajjeb." u ammirajtu fuq hekk, ghax qal minghajr ma heba.

Darba kien qieghed il-Kurja, u ntaqa' ma' ragel li beda jkellmu partita kliem hazin. Kif spicca, il-Fundatur bil-kalma qallu, "Baqalek xi haga ohra?"

Ma' l-Arcisqof Mauro kien haga wahda mieghu.

Kien bniedem ta' fommu sieket.

Kien bniedem edukat u karitativ - min kien imur ghandu kien jissollevah.

 

 

Dun Mikiel Camilleri 23-9-65

Dak ir-ritratt tal-Fundatur bis-salib ma' genbu hadu Ghawdex fil-bitha meta ghalaq 25 sena li qaddes.

Darba meta kien Ghawdex, biex jirranga ghall-ftuh ta' l-Istitut waqt li kien f'kamartu, isfronda s-saqaf ta' tahtu u sab ruhu fil-kamra fejn kienu jqeghdu l-pitrolju u l-faham. Anzi s-sodda nizlet biss nofsha u ma nafx kif hareg minn hemm ghax sab ruhu msakkar bil-gebel. Imhabba dan l-incident il-ftuh ta' l-Istitut sar iktar tard.

Kien mar ma' l-Arcisqof ghall-festa ta' San Pawl f'Tunes u wiehed Patri li kien maghhom qal dan fuqu "Dik inhar sirt naf kemm hu ruh tajba."

Waqt li kien ikun jaghmel l-orazzjoni ma kienx ikellemhom jew jirrispondihom anke jekk ikun hemm in-nies li jridu jkellmuh. Darba gie l-Isqof biex ikellmu, u billi kien qieghed il-kappella, l-istudenti ma riedux imorru jghidulu insomma fl-ahhar mar wiehed u qallu kk

 

( pp46-152 is not typed )