ĠUZEPPI DE PIRO
1877 - 1933
Fr Tony Sciberras mssp
MALTA
2001
Ahna,
membri tas-Socjeta Missjunarja ta San Pawl, mhux l-ewwel darba li ppublikajna
fil-qosor il-hajja tal-Fundatur taghna, il-Qaddej ta Alla, Guzeppi De Piro. Dawn l-edizzjonijiet ilhom li tqassmu kollha.
Fl-istess hin diversi huma n-nies li xi darba jew ohra
jitolbuna informazzjoni dwar il-Monsinjur. Propju
minhabba fdan kollu inhass il-bzonn li ahna nippublikaw ghal darba ohra hajja
simili.
Din
id-darba hsibna li nipprezentaw il-hajja tal-Fundatur taghna bmetodu ftit
differenti. Iddecidejna li naqsmu hajtu principalment fi tnejn: il-hajja
privata, jew minn twelidu sa ma gie Malta
definittivament wara l-konvalexxenza fl-Isvizzera (1877-1904); u l-hajja
pubblika, jew mis-snin li ghamel il-Qrendi sa mewtu (1904-1933). Meta
gejna biex nipprezentaw il-fazi publika dehrilna li l-hajja tal-Qaddej ta Alla
tingabar ferba aspetti; De Piro kien
is-Sacerdot dedikat ghall-Arcidjocesi ta Malta, ic-Cittadin li habb lil
Pajjizna, Missier l-iltiema u l-foqra, u l-Fundatur tas-Socjeta Missjunarja ta
San Pawl.
Ma kienx ikun possibli ghalina li nohorgu dawn il-ftit pagni dwar
il-Qaddej ta Alla kieku ma kellniex fidejna il-Hajja li kiteb Patri
Alexander Bonnici OFM Conv., fl-1982 u 1985. Fdawn
iz-zewg volumi hemm faktar dettalji xghex u xghamel De Piro tul –il
kwazi 56 sena ta hajja tieghu. Ahna ma nistghu
ninsew qatt dak li tana dan il-benefattur kbir taghna.
Ringrazzjament
iehor imur ghal Fr Louis Mallia MSSP, Direttur ta CAM
Productions International, li ha hsieb is-setting u l-prezentazzjoni
tal-materjal. Huwa ga ghenna nohorgu diversi
xogholijiet ohra dwar il-Fundatur taghna.
Lilek
li ghandek fidejk dan il-librett nawgurawlek gharfien dejjem aktar shih ta
dak li jista jkun mudell haj ta dixxiplu tal-Mulej fid-dinja ta llum.
Fr
Tony Sciberras mssp
Postulatur
1877 - 1933
1. Żgħoritu u Żogħżitu
ĠUZEPPI
DE PIRO twieled fit-2 ta Novembru 1877, fl-Imdina. Kien
is-seba wieħed fost disat aħwa. Jekk fdak
iż-żmien in-nobbli kienu jqisuha ħaġa dispreġjattiva
li jmorru jaħdmu, għalihom jidher li kien aktarx daqshekk ieħor
diżonorevoli li jibagħtu lil uliedhom fxi skola. Għall-familja
De Piro, għalkemm waħda ta barunijiet, il-każ jidher li kien
differenti. Wara li ħa l-ewwel edukazzjoni tiegħu
fid-dar tal-familja, Ġuzeppi għadda għall-Liċeo. Hemmhekk
baqa sakemm qagħad għall-Matrikola li permezz tagħha daħal
l-Universita Rjali ta Malta. Wara kors ta tliet snin fl-Arti u x-Xjenza, hu beda l-istudju għal avukat.
Hawn
ta min jagħmel daqsxejn waqfa. Fiż-żmien
tal-edukazzjoni sekondarja u dik terzjarja, Ġuzeppi ħabrek mhux biss
mil-lat akkademiku. Mill-isketches li nsibu fl-istess pitazzi
tal-iskola u aktar u aktar mid-disinji kbar li għad għandna
fl-arkivju tagħna fSantAgata, wieħed jista jara bmod ċar li
dan iż-żagħżugħ rawwem fih dak li kien mgħallem sa minn tfulitu, l-apprezzament ta l-arti, speċjalment
il-pittura. De Piro tela sa minn żgħir
japprezza t-tajjeb u s-sabiħ.
Wieħed
ma jistax jinsa rejalta oħra marbuta ma dan iż-żmien ta De
Piro. L-element tal-patrijottiżmu rridu nittrattawh aktar il quddiem għax kien aktar tard li għexu bdedikazzjoni.
Imma fżogħżitu, Ġuzeppi, allavolja
student immpenjat, ta l-kontribut tiegħu għal pajjiżu. Fl-aħħar snin tas-seklu dsatax iż-żgħażagħ
Maltin xejn ma kienu mħajrin jingaġġaw fis-servizz militari.
Allura biex jgħinu daqsxejn fdan, il-familji nobbli
kienu jħobbu jibagħtu lil uliedhom ġuvintur bħala
voluntiera biex jagħmlu mqar żmien qasir fil-militar. Ġuzeppi
kien wieħed minn dawn. Ghallkemm ir-records
dwar dan l-aspett huma limitati ħafna, imma jidher bmod l-aktar ċar
li fdan is-servizz, fil-Milizja Maltija, De Piro kompla jkabbar fih is-sens
ta responsabbilta, regolarita, dixxiplina, sagrifiċċju, u żgur
patrijottiżmu.
Ġuzeppi,
iż-żagħżugħ pittur, kadett u student, kien qiegħed
jagħmel 1-ewwel sena ta studju ta1-Liġi. Iżda De Piro kien fuq
kollox żagħżugħ li kellu l-għeruq tiegħu
ffamilja fejn kif stqarr l-Arċisqof Pietru Pace, .
. . ma kienx jara fiha ħlief eżempji ta ħajja virtuża.
Kien imtella fit-talb u bid-direzzjoni spiritwali. Dan
kollu għenu biex, meta wasal il-mument, hu qal iva
għal dik is-sejħa li fil-fatt kien ilu jħoss sa minn meta kien
tifel imma li nħbiet xi ftit ma l-erbatax-il sena. Fil-fatt hu nnifsu ħalla
miktub hekk: Fit-8 ta Mejju 1898 wara
novena lill-Verġni ta Pompei, li fiha jiena tlabtha biex tgħinni nagħraf
verament ir-rieda ta Alla għalija, jien ħassejt il-qawwa li niddeċiedi
fis-sewwa, ċioe favur is-saċerdozju.
Xejn
ma waqqfu milli jsegwi din id-deċiżjoni. De Piro kellu
n-nobbilta xi jħalli. Din kienet tfisser fost l-oħrajn
it-titlu nobiljari, ħafna proprjeta mobbli u immobbli, stil ta ħajja
lussuża u komda, popolarita fis-soċjeta, stima, awtorita, ħafna
faċilitajiet, eċċ. Kellu ukoll il-pittura
xjissagrifika. Sa dak iż-żmien ġa kien
ħa sehem fdiversi kompetizzjonijiet nazzjonali u rebaħ xi
premjijiet. Baden Powell, fit-8 ta Jannar, 1893 kitiblu kliem ta tifħir
wara li ħa sehem fkompetizzjoni nazzjonali. Ġuzeppi kellu wkoll il-professjoni
ta avukat xi jqiegħed fil-ġenb. Mid-diversi volumi ta noti li kien
jieħu fil-klassi ta l-Universita, u li għad għandna, jidher li
l-kors kien qed jieħdu bis-serjeta u ma kienx sejjer ħażin. De Piro kollox issagrifika, kollox offra. Fil-kitba li fiha
jgħid xgħamel fit-8 ta Mejju 1898, hu jgħid ukoll xgħenu
biex wasal għal dan. Fost il-ħdax-il raġuni
favur is-saċerdozju hu jippreżenta waħda li tispjega kollox.
Ix-xewqa li ningħata kollni kemm jien lil Alla wara li Hu bata tant għad-dnubiet
tiegħi.
Wara li tkellem ma ommu dwar id-deċiżjoni tiegħu u ġie mgħarraf
l-Arċisqof Pace, saru l-arranġamenti meħtieġa u Ġuzeppi
mar Ruma biex joqgħod fil-Kulleġġ Capranica u jibda l-Filosofija
fl-Universita Gregoriana. Ċertament meta ċaħad għal ħafna
ġid materjali, De Piro ma neħħiex minnu l-krejattivita, il-kuraġġ,
l-enerġija u d-dedikazzjoni li bihom hu kien diġa qed jidħol għal
kull biċċa xogħol. Fil-fatt minn ittra
li kiteb lil ommu fil-bidu ta l-istudju tiegħu, jidher li hu kien ippjana
li jagħmel għaxar snin Ruma: wara li jlesti l-kors istituzzjonali
kellu l-ħsieb li jkompli l-ispeċjalizzazzjoni fil-Liġi Kanonika.
Hawnhekk, iżda, hu mportanti li wieħed jirreferi għal
korrispondenza oħra li nkitbet bejn Ġuzeppi u l-familjari tiegħu.
Ħames xhur wara li hu kien beda l-Filosofija u
allura sitt xhur wara li kien kiteb lil ommu dwar il-pjan ta studju, oħtu
Terezina kitbitlu biex tawguralu s-suċċess fl-istudji li kien qed jagħmel.
Ġuzeppi kiteb lil ommu u bla tlaqliq qalilha: Nosserva l Teresina
biex ma toqgħodx tagħmilli ċerti awguri btant serjeta. Hemm awgurju wieħed li jien naċċetta bil-qalb.
Dan hu li jien nagħraf tajjeb ir-rieda ta Alla, u nagħmilha bmod
perfett. Dan għalija jkun biżżejjed. Wieħed jista
jifhem aktar għaliex, meta waqt l-istudji hu
ntlaqat mill-mard tas-sider, hu mhux biss aċċetta li ma jwettaqx
il-pjan tiegħu ta studju imma ukoll li ma jagħmilx lanqas ir-raba
sena Teoloġija, li normalment kienet issir mis-seminaristi kollha.
Aħna ġa għedna li biex seta jiddeċiedi
l-istat tiegħu, iz-żagħżugħ Ġuzeppi kellu jagħżel
bejn ħafna ġid u s-saċerdozju. Fl-aħħar
tal-qagħda tiegħu ġo Ruma, hu kellu jagħmel għażla
oħra. Minn banda l-Arċisqof Pietru Pace kien
qed jagħmel ħiltu kollha biex iħajjar lil Ġuzeppi jmur l-Akkademia
del Nobili għad-diplomazija. Kien pjan prestiġjuż
għall-aħħar. Mill-banda l-oħra s-seminarista De Piro
kellu xewqa oħra li kienet differenti għal kollox minn
dik ta l-Arċisqof; xtaq li jmur jgħix ma żewġ saċerdoti
oħra fl-Istitut ta San Ġuzepp, fil-faqar ta orfanatrofju li kien
jilqa fih bosta tfal iltiema u abbandunati li kienu jiddependu għal ħajjithom
mill-Providenza ta Alla u mill-karita ta ħaddieħor. Fil-fatt għalkemm l-Arċisqof baqa jħajru, la kellu
l-possibbilita li jagħżel, Ġuzeppi ipprefera xewqtu.
Għażla bħal din kienet mill-ġdid waħda
ta faqar. Imma l-Mulej donnu deher li kien irid li Ġuzeppi jgħarbel
anke dawn l-intenzjonijiet tiegħu. Fil-fatt din
l-aħħar xewqa ma setgħetx isseħħ malajr. Reġa ntlaqat mill-mard. Wara li ġie ordnat fSan Ġwann
Lateran, fil-15 ta Marzu 1902, u ġie jagħmel l-ewwel quddiesa
solenni tiegħu fil-Kattidral ta l-Imdina, huwa mar lura Ruma biex jispiċċa t-tielet sena teoloġija. Fi tmiem din is-sena akkademika hu ġie Malta għal żmien
qasir ħafna qabel telaq lejn l-Isvizzera għall-kura. La seta
jmur San Ġuzepp u lanqas jagħmel ebda ħaġa oħra ġo
Malta: . . . qalb is-silġ ta l-Alpi,
daqshekk il-boghod mill-pajjiż fejn ħsibt li npoġġi l-proġetti
tiegħi fil-konkret ma kien baqagħli xejn għajr it-talb - l-aqwa
kumpanija għalija - u tlabt, tlabt, tlabt.
Dam
hemm sena u nofs. Kien preċiżament dan l-aħħar mument ta
De Piro l bogħod minn pajjiżna fit-tul. Fit-2
ta Marzu 1904 Dun Ġuzepp ġie lura Malta.
Ma tkunx preżentazzjoni kompluta (din il-kitba) jekk
dwar din il-fażi tal-ħajja ta De Piro aħna nieqfu hawn. Kemm fiż-żmien
li fih kien Ruma kif ukoll sakemm dam l-Isvizzera, il-Qaddej ta Alla żamm
kuntatt kontinwu ma ommu permezz ta l-ittri. Din tal-aħħar,
għalkemm kellha ulied oħra, kellha fiduċja
kbira fbinha Ġuzeppi. Allura meta hu kien ikun
nieqas minn Malta, hi kienet tħoss ħafna n-nuqqas tiegħu. Minħabba fhekk, hu ħa ħsieb li jtaffilha dan
id-dispjaċir tagħha bkorrispondenza regolari. Mhux hekk biss!
Meta sar jaf li wieħed minn ħutu, li kien jistudja l-mediċina
Louvain, kien qed jittraskura dan id-dover lejn ommu, Ġuzeppi wissieh u ħeġġu
biex jirranġa dan in-nuqqas.
Din
l-affettivita ma setax jgħixha bl-istess mod ma missieru. Dan kien miet
fil-bidu ta l-1898. Iżda meta l-omm iddeċidiet
Ii tittrasporta l-fdal tiegħu minn Ruma fejn kien temm ħajtu, Ġuzeppi
tħabat bis-sħiħ biex jgħinha tagħmel dan.
Minn
hawn il-ħajja ta De Piro tinfirex fuq erba linji. Il-Qaddej ta Alla
kien saċerdot dedikat għad-djoċesi, ċittadin li ħabb
lil pajjiżu, missier l-iltiema u l-foqra, u l-fundatur tas-Soċjeta Missjunarja
ta San Pawl. Għalkemm dawn huma erba linji differenti,
fl-istess ħin huma jintisġu l-ħin kollu flimkien biex jiffurmaw ħajja
waħda.
Fil-Parroċċa tal-Qrendi
Meta
De Piro ġie lura Malta mill-Isvizzera, huwa kien saċerdot żagħżugħ
ta sebgħa u għoxrin sena. Kien mimli proġetti
għall-futur. Fl-istess ħin xejn ma eżita
li jistenna ftit aktar biex jista jpoġġihom fil-prattika.
Fil-fatt, meta wasal Malta, flok intefa għax-xogħol
hu għażel li jmur joqgħod għal xi żmien fid-dar li
l-familja tiegħu kellha fil-Qrendi. Hu hemmhekk mar biex ikompli jieħu
saħħtu imma fl-istess ħin ma qagħadx fil-għażż.
Ir-reġistri tiegħu tal-quddies juru li kien iqaddes ta kuljum
fil-knisja parrokkjali. Ir-reġistri parrokkjali juru mill-banda
l-oħra li hu ma kien isib l-ebda diffikulta li jingħata l-legati u
jqaddes skond dawk l-intenzjonijiet. Ċertament mal-quddies
hu kien jagħti sehmu wkoll bil-ministeru tal-Kelma u tas-Sagramenti.
Iżda kontribut li De Piro almenu kellu l-ħsieb li
jagħti hawnhekk kien marbut mal-formazzjoni kontinwata tal-kleru. Huwa kien ġa ra kif għamel
biex ikkuntattja s-saċerdoti tal-parroċċi qrib il-Qrendi u ħejja
għalihom programm ta laqgħat li kellhom jitmexxew minn
saċerdoti oħrajn speċjalizzati fil-materji magħżula. Kienet biss ħidma ġdida li ngħatatlu li waqqfitu
milli jpoġġi dan il-proġett fil-prattika.
Monsinjur u Dekan tal-Kapitlu
Metropolitan ta Malta (1911-1933)
Jekk
immorru ftit lura fdak li ġa għedna, nsibu li De Piro kien ipprefera
ħidma sempliċi u fqira fl-Istitut ta San Ġuzepp milli jagħmel
parti mill-korp diplomatiku tal-Knisja. Biex wasal għal din l-għażla
hu niżżel bil-miktub ir-raġunijiet tiegħu. Inġibu l-ewwel
tlieta: (i) F1-Akkademia ma jmorrux jekk mhux dawk li jistgħu jiftaħru
bnisilhom. (ii) F1-Akkademia donni nkun qegħidt ruħi fil-għoli
biex ħaddieħor jarani ħalli lili jerfagħni għal xi pożizzjoni
tajba; imma hu tagħlim ċert li Ġesu għandu preferenza għal
dawk li jixtiequ jinħbew. Meta hu għażilni biex
inkun ministru tiegħu, lili sabni fost il-midinbin. Għalhekk, wisq aktar issa, jekk jistenna xi ħaġa
mingħandi, Hu għandu jsibni fin-numru tal-magħżulin tiegħu.
Biex dan iseħħ, ma hemmx għalfejn nipprova
nuri ruħi billi mmur fl-Akkademia. (iii) Jekk jiena naħseb fi
dnubieti, insib li ma ħaqqnix ħlief xebgħat ta bastun. Kif
nista nimmaġina li nkun xi prelat u li jkolli postijiet diplomatiċi!
Diġa jkun infinitament iżjed milli jistħoqqli jekk nasal biex insir
saċerdot.
Din
l-istess attitudni baqgħet fih kontinwament. Fil-fatt
daqs għaxar snin wara li għamel l-għażla favur San Ġuzepp,
De Piro kellu quddiemu sfida oħra simili. Mons Vincenz Vassallo li
kien id-Dekan tal-Kapitlu Metropolitan kien qed jikber fl-eta u allura beda jfittex koadjatur għalih innifsu. Kif wieħed
jista jimmaġina, minn diversi angoli bdew
it-tentattivi għall-kisba ta dan il-post. Skond ittra miktuba lil De Piro
minn Dun Mikiel Ang Pace, kappillan ta l-Arċisqof
Pace, kien jidher li l-Eċċellenza tiegħu kien ħaseb fih.
Frisposta li kiteb lill-istess Dun Mikiel Ang, De Piro kien ċar ħafna:
Nitolbok twassal lill-Arċisqof ir-radd ta ħajr tiegħi talli
ħa ħsiebi u ried jgħollini fil-ġieh. Agħmilli
wkoll pjaċir li twassal lill-Arċisqof li l-ġieh li ser jiġi
offert lili ma jgħoddx għalija minħabba x-xoghol li għandi.
Ngħid dan biss mingħajr ma noqgħod insemmi raġunijiet
oħrajn. Għalhekk, hu impossibbli li naċċetta. Lill-Arċisqof hu kitiblu kliem simili. Imma
fir-risposta li bagħatlu bil-miktub 1-Arċisqof innifsu, jidher aktar
u aktar xkienet l-attitudni ta De Piro quddiem l-unuri: Inti qatt ma
fittixt la postijiet u lanqas dinjitajiet. Ilqa, għalhekk, minn idejn
Alla din il-proposta u aċċettaha bħala att ta ubbidjenza lejja. . . Fil-fatt
Dun Ġuzepp spiċċa biex obda u aċċetta li jkun
Monsinjur u Dekan.
La
ma kienx qed jirrifjuta għax seta jiżdiedlu x-xogħol, meta aċċetta l-Monsinjurat, hu daħal bresponsabbilta
għad-doveri li dan kien jimplika. Xuħud minn dawn għad iridu
jissemmew aktar il quddiem. Hawnhekk
infakkar biss fid-doveri liturġiċi li bihom kiem marbut. Fiż-żmien
tal-Qaddej ta Alla, dawn ma kinux ftit. Barra minn
hekk mill-Atti tal-Kapitlu jidher li l-laqgħat dwar ħaġa jew oħra
kienu frekwenti. De Piro kien regolari għalihom.
Segretarju ta l-Arċisqof Mauru
Caruana (1915-1918)
Meta
wieħed jistudja l-persuna ta Mons. De Piro, malajr jintebaħ li dan
kien bniedem krejattiv ħafna u enerġiku biżżejjed biex ipoġġi
fil-prattika dak li kien jaħseb fih. Dan kien ġa
urieh fl-ewwel snin tas-saċerdozju tiegħu. Proprju minħabba
fhekk, wieħed ma tantx seta jimmaġina li meta
l-Arċisqof Caruana ġie Malta, hu kien sejjer jagħżel
lill-Qaddej ta Alla bħala l-ewwel segretarju tiegħu. Imma fil-fatt hekk ġara. U bħalma
fil-każ tal-Monsinjurat, De Piro għamel ħiltu kollha biex bħala
segretarju jagħti sehmu b responsabbilta.
Il-ħafna
volumi ta korrispondenza li kien hemm tul it-tliet snin ta segretarjat ta De
Piro (1915-1918) juru biċ-ċar li hu kien bniedem verament tad-dover. Ghalkemm barra din il-ħidma hu kien qed iwettaq diversi xogħlijiet
oħra, qatt ma kien iħalli bla risposta lil min jiktiblu.
Ir-responsabbilta tiegħu kienet tidher ukoll fil-fatt li regolarment hu żamm
kopji ta materjal importanti.
Il-formazzjoni tas-saċerdoti żgħażagħ
(1915- )
Għidna
li fiż-żmien li għamel il-Qrendi, Dun Ġuzepp De Piro
ippjana proġett għall-formazzjoni tas-saċerdoti tal-parroċċi
tal-qrib.
Ftit snin wara, u eżattament fiż-żmien li fih kien segretarju
ta l-Arċisqof Caruana, hu ġie magħżul biex jagħmel
parti minn kummissjoni li tieħu ħsieb
il-formazzjoni tas-saċerdoti żgħażagħ.
Kien żmien l-ewwel gwerra dinjija. L-Arċisqof kien jinnota li meta s-seminaristi kienu jiġu ordnati saċerdoti u
joħorġu mis-seminarju biex jibdew il-pastorali tagħhom huma
kienu qegħdin isibu ruħhom fi problemi kbar. Mauru Caruana rrealizza
li dawn il-qassisin novelli kienu jeħtieġu saċerdoti aktar
maturi u ta eżempju tajjab li waqt li jakkumpanjawhom fdik l-esperjenza ġdida
għalihom ikunu jistgħu jgħinuhom jgħaddu bil-mod il-mod
mill-ħajja tas-seminarju għall-ftuħ ta appostolat. Fid-19
ta Lulju 1915, l-Arċisqof ħareġ digriet li fih wera xkellu fmoħħu.
Hu kien sejjer ikun dak prinċipalment responsabbli
tal-proġett. Imma fost il-membri msemmija
Mons. De Piro kien qiegħed fl-ewwel post.
Rettur tas-Seminarju Maġġuri
fl-Imdina (1918-1920)
L-għajnuna
lis-saċerdoti żgħażagħ li għadha kif issemmiet ma
kellhiex tkun l-aħħar ħidma ta De Piro brisq il-formazzjoni
tal-presbiteri. Anzi, warajha kellha tiġi responsabilta oħra li
kienet marbuta eminentement ma din il-formazzjoni; l-Arċisqof Caruana għażlu
biex ikun Rettur tas-Seminarju Maġġuri fl-Imdina.
Jekk
tħalli barra l-intervisti li saru lil saċerdoti li kienu seminaristi
fi żmien ir-rettorat ta Mons. De Piro, ftit issib fejn tfittex
dwaru. Iżda l-ftit li għandna juri diversi
elementi mportanti.
L-Arċisqof
innominah Rettur fit-30 ta Settembru 1918. Il-kliem tan-nomina hu ċar
ħafna: Aħna nafu tajjeb kemm int bniedem ta skola, ta ħajja
tajba, u ta tant merti fid-djoċesi, speċjalment fl-uffiċċju
tiegħek ta Segretarju Ġenerali tagħna: uffiċċju li
inti qdejtu billi għoġobt, mhux biss lilna, imma wkoll lil dawk
kollha li kellhom bżonn tas-servizz tiegħek. Għalhekk
lilek, . . . Dun Ġuzepp . . . nagħżluk u ninnominawk Rettur
tas-Seminarju Maġġuri ta San Pawl fl-Imdina.
Hemm dokument ieħor ta relevanza
għalina. Wara li kien ilu sentejn Rettur tas-Seminarju, fis-27 ta
Awissu 1920, hu talab lill-Arċisqof biex jekk dan ma kienx jaħsibha
mod ieħor, lilu jserrħu mill-uffiċċju ta Rettur. Iżda a parti din it-talba, r-Rettur bagħat lill-Arċisqof
relazzjoni ta ħdax-il paġna. Fiha hu
jagħti rapport lill-Arċisqof dwar id-diversi aspetti tal-ħajja
tas-Seminarju Maġġuri. Waqt li għamel
hekk, lilna kompla jtina ħliel dwar il-persuna tiegħu nnifsu.
Dan
kien żmien meta Mons. De Piro
kellu ħafna taħbit. Kien saċerdot li
kif konna qed naraw għamel dejjem ħiltu biex jgħix il-ministeru
tiegħu bdedikazzjoni sħiħa. Ġa
semmejna kemm kien impenjat bħala Monsinjur u Dekan tal-Kapitlu
Metropolitan. Għad irid jissemma bħala d-Direttur ta
l-Istitut Fra Diegu. Fit-tielet parti ser jiġi ppreżentat fost l-oħrajn
bħala membru ta l-Assemblea Nazzjonali li fl-1919 bdiet taħdem għat-tifsil
ta Kostituzzjoni adegwata għal Malta. Fdin l-istess sena, ta sehmu
fil-kisba tal-paċi waqt il-kwistjoni tas-Sette Giugno. U ma nistgħux ninsew it-taħbit aktar u aktar kbir li
kellu biex seta jwaqqaf u jmexxi 1 quddiem is-Soċjeta reliġjuża
u missjunarja tiegħu. Minkejja dan. kollu,
ir-Rettur, l-ewwelnett sab iċ-ċans li jikteb ir-rapport. Barra minn hekk, iżda, il-kontenut tar-relazzjoni juri li
sakemm dam Rettur hu qies li jgħix ir-responsabbilta tiegħu billi
jkun kontinwament fkuntatt mas-seminaristi. Kien jaf minn
liema ambjent familjari ġejjin. Wera wkoll li kien konxju sew tal-qagħda
finanzjarja tal-ġenituri tagħhom. Ir-rapport, iżda, jindika
wkoll, li għalkemm xi drabi hu kien ikun fiżikament assenti
mis-Seminarju, hu kien b għajnejh miftuħin per eżempju għall-ispirtu
rivoluzzjonarju mifrux mad-dinja kollha u li daħal xi ftit anke
fis-Seminanju.
Fdan
ir-rapport il-Qaddej ta Alla wera ħafna delikatezza;
qagħad attent li jibagħtu wara li kienu ħarġu r-riżultati.
Fih ma naqas mir-rispett lejn ħadd. Fl-istess ħin
ipprezenta kollox bmod ċar; fejn kellu jfaħħar
hu faħħar u wera apprezzament imma fejn kien hemm bżonn ta
kritika hu għamilha, saħansitra lill-Arċisqof innifsu.
Jidher ċar li bħala Rettur, De Piro kien jagħti
każ ħafna tal-bniedem sħiħ, ġisem u ruħ. Fir-rapport tiegħu hu jilmenta
min-nuqqas ta kwalita u kwantita ta ikel li kellhom fis-Seminarju. Tant kien
jarah ta ħtieġa u tant kien jara li s-sitwazzjoni kienet imwegħra
li wasal jipproponi lill-Arċisqof li jekk ma jsibx soluzzjoni ikun aħjar
li jagħlaq is-seminarju. Dan meta kien hemm ħamsa
u tletin seminarista! Ta attenzjoni wkoll għar-rikrejazzjoni li kienu jeħtieġu
s-seminaristi. Lill-Arċisqof urieh bmod ċar li ma
dawn il-ħtiġijiet ma tistax issir ekonomija. Irrefera ukoll għall-kultura tal-kant Gregorjan. U speċjalment
minħabba li Malta kienet għaddejja minn żmien
politikament jaħraq, hu fakkar fil-ħtieġa ta lezzjonijiet
ta soċjoloġija nisranija.
L-element akkademiku kien ċentrali għal De Piro
Rettur. Hu għamel lista tas-suġġetti bil-professuri li kienu
jgħallmuhom. Wara din għamel analisi li biha wera liema kienu s-suġġetti
li kien jonqos, xmetodoloġija kienu qed jużaw fis-suġġetti
ġa mgħallma, min mill-professuri kien qed
jaqdi dmiru u min le. Wasal ukoll biex għamel kritika għal
xi kotba li ma kienux qed jgħinu lis-seminaristi biex ikunu aġġornati.
Biex
l-analisi tkun verament a favur il-formazzjoni tas-seminarista bħala
bniedem sħiħ, ir-Rettur ta fehmtu dwar l-aspett spiritwali. Wera lilu nnifsu ddispjaċut dwar il-qagħda tat-teoloġija
axxetika. U ppreżenta s-sitwazzjoni xejn feliċi
tad-direzzjoni spiritwali.
Fdan
l-istess rapport, De Piro xtaq juri l-gratitudni tiegħu lejn is-Sorijiet
Franġiskani tal-Qalb ta Ġesu li, mill-ħabi tal-kċina u bħafna
ristrettezzi finanzjarji, kienu qed jagħmlu ħilithom kollha biex
isostnu lis-seminaristi bl-ikel meħtieġ. Brelazzjoni
mal-ħaddiema lajċi, hu deherlu li 1-Arċisqof għandu jaġevolahom
billi jżidhom fil-paga.
Flok il-kappillan tal-Gudja (1922)
Għad irridu ngħidu li fis-sehem politiku tiegħu,
Mons. De Piro għen
aktar minn darba biex tinkiseb il-paċi fpajjiżna.
Imma anke fil-kuntest tal-ħajja pastorali tad-Djoċesi tagħna
kien hemm fejn De Piro ta dan il-kontribut.
L-ambjent kien il-parroċċa tal-Gudja. Minħabba
tilwima bejn żewġ fratellanzi dwar statwa, il-Vigarju Kurat Dun Nikol
Aquilina kellu jitlaq mill-parroċċa qisu maħrub. Il-parroċċa sfat magħluqa. Kien
hemm saħansitra kawża l-qorti. L-Arċisqof
għamel xahar sħiħ jipprova jsib mm jista jieħu
r-responsabbilta tal-Parroċċa. Ċertament
fdin is-sitwazzjoni ħadd ma nstab li jista jmexxi. Proprju minħabba fhekk, l-Arċisqof ftakar fMons.
De Piro. Dan is-saċerdot, sentejn qabel, kien talab li
jitnaqqaslu x-xogħol fid-djoċesi speċifikament biex jista jingħata
aktar għas-Soċjeta li kien waqqaf fl-1910. Issa meta l-Arċisqof
kien qed jurih xewqtu dwar il-Gudja, għalkemm ir-responsabbiltajiet mhux
naqsu kienu imma żdiedu, hu mhux talli ma rrifjutax imma mar . . . mar immedjatament . . . u miegħu ħa tnejn mill-ftit
membri tas-Soċjeta tiegħu.
Bil-ħidma tiegħu fil-Gudja, l-Qaddej ta Alla
ressaq iż-żewġ partiti lejn xulxin. Hu tħabat
mal-pulizija biex jinħafru ċ-ċitazzjonijiet kollha kontra dawk
li kienu għamlu għall-Vigarju Kurat, allavolja waqt li kien jipprova
jagħmel dan kollu, kien hemm xi uħud li ppruvaw jaqilgħu
l-inkwiet kontrih.
De Piro ta kull għajnuna lil Dun Nikol Abdilla,
il-kappillan il-Ġdid. Malli l-qagħda rranġat
xi ftit, De Piro telaq mingħajr ebda pretensjoni. Ħidmietu fdik il-parroċċa kienet lesta.
Ministru tal-Kelma u
tas-Sagramenti
Bdak li ġa ingħad u dak li għad
irid jissemma (fil-partijiet li jmiss) wieħed jasal jikkonkludi li Mons. De Piro altru li
kien qiegħed jagħti s-sehem mistenni minnu. Fl-istess ħin,
il-Qaddej ta Alla jidher li kien iħoss li ma kienx ikun jgħin biżejjed
il-vokazzjoni saċerdotali tiegħu jekk ma jħaddimx il-ministeru tal-predikazzjoni.
Għad irridu ngħidu li hu pprova jgħix bmod sħiħ
il-mandat ta Kristu: Morru fid-dinja kollha, xandnu l-bxara
t-tajba. Hawnhekk nillimitaw lilna nfusna għall-evanġelizzazzjoni
fpajjiżna.
Fiż-żmien
meta kien għadu seminarista, De Piro ma tantx
kien juri li kien sejjer ikun kapaċi jippriedka. Kien ibati minn infjammazzjoni fi griżmejh li barra li kienet qed tikkaġunalu
l-uġigħ kienet qed toħloqlu diffikultajiet biex jitkellem. Għalkemm
biż-żmien hu ħeles minn din il-marda
meta kien il-Qrendi bħala saċerdot novell hu kien għadu jbati
l-konsegwenzi tat-T.B. Kien għadu jibża jaċċetta l-offerta li
kien jagħmillu Mons. Debono, id-Direttur ta l-Opra tal-Missjoni, biex jingħata
għall-predikazzjoni fil-parroċċi ta Malta. Madankollu meta għadda ftit taż-żmien hu rebaħ dan
il-biża u, għalkemm mhux ma Mons. Debono, daħal
bdedikazzjoni għal dan l-appostolat.
Nistgħu
nittrattaw bfaċilita dan l-aspett tal-ħajja ta De Piro għax
bxorti tajba, bħal fis-setturi l-oħra ta ħajtu, huwa għamel
ħiltu biex ikun eżatt. Fil-fatt fl-Arkivji tas-Soċjeta
tagħna għad għandna merfugħin priedki li hu kien jikteb,
diversi drabi mill-bidu sal-aħħar, qabel jgħaddihom lill-udjenza.
Għad għandna mitejn u tlettax. Dan hu numru
sabiħ imma dawn l-istess priedki li għad għandna juru li
l-Qaddej ta Alla kien għamel aktar minn hekk. Xuħud mill-kitbiet mhumiex kompluti; juru li magħhom
kien hemm aktar materjal. Oħrajn jagħmlu
referenza għal xi waħda li tkun ġa saret imma li fil-fatt il-lum
ma tinstabx mal-kollezzjoni.
De Piro mhux biss kiteb il-priedki. Huwa kien anke jerfagħhom
klassifikati ġo files, prinċipalment skond il-kwalita tagħhom.
Fuq quddiem tal-priedka mhux darba u tnejn li kiteb lil min kien ser jagħmilha,
fejn, u meta. Għalkemm meta
jippriedka hu kien juża l-Malti, il-preparazzjoni miktuba kienet issir bit-Taljan,
il-lingwa l-aktar faċli għal De Piro.
L-istess
priedki miktuba juru li l-Qaddej ta Alla kien jagħmel priedki marbutin
mal-liturġija tal-Ħadd jew eżerċizzi
tar-Randan. Ġieli kien mitlub li jippriedka fokkażżjonijiet
aktar speċjali u solenni bħalma kienu l-Kungress Ewkaristiku ta
1-1913, iċ-ċentinarju ta San Franġisk ta Assisi jew SantAntnin ta Padova. Kien hemm meta
kien mitlub jagħmel xi fervorin u saħansitra 1-paneġierku tal-festa
ewlenija ta xi belt jew raħal. Mhux darba u tnejn li mexxa irtir ta xi
grupp ta żgħażagħ jew reliġjużi.
Il-predikazzjoni
ta Mons. De Piro kellha bmod ċar il-karatteristika
pastorali; bil-kelma tiegħu hu ried li jgħin lis-semmiegħ jersaq
dejjem aktar lejn Alla. Minħabba fhekk il-priedki
tiegħu kienu jkunu aktarx sempliċi. Fl-istess ħin
banalisi tat-testi wieħed malajr jinduna bil-bażi biblika u teoloġika
li kellu l-Qaddej ta Alla.
Ġa
ingħad li numru konsiderevoli tal-priedki ta De Piro kienu Omelija tal-Ħadd.
L-Ewkaristija u s-saċerdozju kienu ċentrali
fil-predikazzjoni tiegħu. Dwar iż-żwieġ
jidher li kellu okkażjoni li jippriedka. Għax il-Qaddej ta
Alla għex is-saċerdozju tiegħu fiż-żmien meta l-Papiet kienu qed jinbuttaw id-devozzjoni lejn il-Qalb
ta Ġesu u meta Margerita Marija Alacoque ġiet kanonizzata fl-1920, De
Piro ma setax ma jippridkax din l-istess devozzjoni. Fil-fatt għandna xejn
inqas minn tlettax-il priedka dwar il-Qalb Imqaddsa. Il-Madonna u l-Qaddisin huma suġġett rikorrenti ħafna.
Jidher li De Piro kien midħla tal-Aġġiografija.
Ma dawn it-temi wieħed jista jsemmi l-ħajja reliġjuża,
il-Missjoni, is-saħħa, il-mewt u l-aħħar tas-sena. Fl-irtiri, kif wieħed jista jissopponi, Mons. De Piro ittratta ħafna suġġetti.
Għal
dik li hi amministrazzjoni ta sagramenti, wieħed ma tantx jista jistenna
li jsib dokumenti. Fl-istess ħin xi intervisti li saru fis-snin sittin u
sebgħin minn membri tas-Soċjeta lil nies li
kienu jafu lil De Piro jagħtu xi ndikazzjonijiet. Skond kitba minnhom: Għall-qrar
hu kien imfittex ħafna, u kien igħaddi s-sigħat filkonfessjonarju.
Persuna oħra tħalli miktub dan: Hu kien iqarar ħafna u
qabel ma jispiċċa mill-qrar, ma kienx joħroġ
mill-konfessjonarju. Kien ikun hemm il-karozza tistennieh wara l-bieb; iżda
hu kien jibqa jqarar sa l-aħħar persuna.
Meta kien imur il-Qrendi kulħadd kien jieħu ġost bih billi kienu
jsibu l-kumdita bih għax kien imur iqarar. Xi ħadd ta ħjiel
dwar xkienu 1-pariri tal-Qaddej ta Alla waqt il-qrar: Il-qrar tiegħu
ma kienx ta iġri u ġerri. Hu kien jitkellem ftit;
imma l-pariri li kien jagħti kienu ta min jirrifletti fuqhom sewwa. Hu
kien jagħfas fuq it-talb għaliex kien ċert li l-bniedem li ma
jiftakarx fAlla ta sikwit ma jistax ikollu s-saħħa biex jirbah
it-tiġrib. Imbagħad, bmod speċjali għal
saċerdoti u reliġjużi, De Piro kien iħeġġiġhom
biex ma jaqtgħux mill-meditazzjoni ħalli jerfgħu ħsibijiethom
lejn Alla. Fid-devozzjoni kbira li kellu lejn Ġesu
Sagramentat, Mons. De Piro, bħala penitenza, kien iħobb jagħti
viżta quddicm Ġesu fit-tabernakhu.
Ġa ingħad li wara li Mons. De Piro ġie magħżul
Rettur tas-Seminarju Maġġuri ta Malta u beda
għaddej iż-żmien, hu beda jħoss li ma kienx possibbli għalih
li jwettaq dik ir-responsabbilta sewwa waqt li jibqa jmexxi d-diversi ħidmiet
li kellu fdak l-istess żmien. Fit-talba ta l-eżonerazzjoni, li hu għamel
lill-Arċisqof fis-27 ta Awissu 1920, hu jsemmi: .
. . l-Istitut għall-Missjonijiet Barranin. Imma minn
barra s-Soċjeta reliġjuża-missjunarja li hu kien waqqaf u li
kien qed jidderieġi, aħna ġa indikajna li hu kellu ħafna ħidmiet
oħrajn. Fost dawn semmejna s-sehem li ta fil-ħajja
politika ta pajjiżna.
Membru tal-Assemblea Nazzjonali
(1918-1921)
Fit-23
ta Novembru 1918, it-Tabib Sir Filippo Sceberras ħa fidejh
l-Organizzazzjoni li kellha tieħu ħsieb dak kollu li kien meħtieġ
biex Malta tasal ikollha Kostituzzjoni. It-Tabib Sceberras ma
riedx li biċċa xogħol bħal din tiġi fidejn il-politiċi.
Allura huwa għamel sejħa lil kull assoċċjazzjoni ta Malta
u Għawdex biex huma jibagħtu r-rappreżentanti tagħhom. Fost
l-erba Monsinjuri li dehru għall-Kapitlu tal-Kattidral ta Malta kien
hemm Mons. De Piro.
L-Assemblea
Nazzjonali li sejjaħ Sceberras, iltaqgħet ħames darbiet bejn
il-25 ta Frar 1919 u s-27 ta Marzu,1921. Imma fis-7
ta Ġunju 1919, il-membri ta l-Assemblea li kienu jgħoddu mitejn u
sebgħin, iddeċidew li jintgħażel rappreżentant wieħed
għal kull sezzjoni mportanti u dawn jiffurmaw Kummissjoni Ċentrali,
dejjem għat-tifsil tal-Kostituzzjoni. Il-membri li ntgħażlu
kienu ħmistax biss. Fost dawn kien hemm mil1-ġdid
Mons. De Piro biex jirrappreżenta l-Kapitlu tal-Kattidral ta
Malta, u fl-aħħar mill-aħħar lill-kleru kollu ta pajjiżna.
Din
il-Kummissjoni ltaqgħet erbatax-il darba. Ovvjament bħalma
jiġri flaqgħat bħal dawn, il-ħin ma kien ifisser xejn għax
dawn is-seduti kienu jieħdu fit-tul. Iżda l-impenn ta De Piro
ma jitfissirx biss mill-fatt li hu kien jattendi regolarment kemm għal-laqgħat
ta l-Assemblea kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ċentrali. La kien
qiegħed jirrappreżenta 1-Kapitlu tal-Kattidral, allura qabel il-laqgħat
imsemmija kien jeħtieġlu li jiltaqa mal-Monsinjuri ħalli magħhom
jara xkellu jingħad lill-Assemblea jew
lill-Kummissjoni. Wara 1-laqgħat ta dawn ta l-aħħar kien ċertament
jerġa jiltaqa mal-Kapitulari biex jaġġornahom. Ma dawn ċertament kien irid jagħmel ħafna riċerki
waħdu. Meta twaqqfet is-Sotto Kummissjoni biex tistudja speċifikament
ir-Reliġjon fil-Kostituzzjoni, għalkemm De Piro ma kienx membru, hu ħa
ħsieb li jwassal il-proposti tal-Kapitlu tal-Kattidral u ressaqhom bdik
il-ħeġġa kollha li ma kienitx għajr il-prodott ta twemmin
sħiħ. Mill-ġdid dan kollu kien ifisser ħafna sigħat
ta home-work!
Strument ta paċi fi1-ġrajja
tas-7 ta Ġunju 1919
Iżda dawn il-laqgħat kollha, bil-preparazzjoni
kollha, u kultant blaqgħat oħra mal-Kapitlu li hu kien jirrappreżenta,
ma kinux kollox. Proprju
waqt il-laqgħa tas-7 ta Ġunju, it-tieni waħda ta 1-Assemblea,
daħlet bħal feles l-istorja iebsa u delikata tas-Sette Giugno.
Xi uħud mill-Maltin, miġbura fil-Belt dak in-nhar, telgħu
fis-Sala tal-Giovine Malta u xtaqu li l-mitejn u sebgħin membru ta
1-Assemblea jintervjenu għalihom quddiem il-Gvern Ingliż. Dan, iżda, ma seħħx. Bi ftit ta
diffikulta, igħid il-Konti Caruana Gatto, ġiet iffurmata
delegazzjoni. Il-biċċa l-kbira tal-membri fittxew okkażżjoni
biex iwarrbu minn dak iċ-Ċirkolu. De Piro ma kienx minn dawn tal-aħħar. Flimkien ma l-Avukat A.
Caruana Gatto nnifsu, l-Avukat Serafin Vella, Dun Nerik Dandria, il-Kunsillier
G. Vassallo u Salvu Zammit Hammet, De Piro ħabrek bla waqfien u għal
tlett ijiem sħaħ biex jinkisbu xi drittijiet li għalihom kienu
qed jiġġieldu l-Maltin. . . u fuq
kollox il-paċi. Meta, wara dawn il-ġrajja twaqqfet Kummissjoni ta
Nkjesta biex tisma x-xhieda, il-Qaddej ta Alla kien wieħed minn dawk li ta l-informazzjoni li kellu. Kien
attent li jgħid biss id-dritt u s-sewwa. La ried ixaqleb lejn l-Ingliżi
u lanqas lejn i1-Maltin. Barra minn hekk meta x-xhieda
kienet tinvolvi persuni, hu qagħad attent li ma jgħid l-ebda kelma żejda.
Anke meta dan kien jinvolvi xi inġustizzja li
saret lilu personalment hu pprefera li jbatiha u jaħbiha ġo fih bla
ma jxandarha. Meta, imbaghad, twaqqaf il-Kumitat Pro Maltesi Morti il 7 e 8
giugno biex jgħin lill-familji tal-vittmi, De Piro reġa ta
l-kontribut tiegħu, din id-darba bħala kaxxier.
Strument ta paċi bejn Lord
Strickland u l-Knisja (1930)
La
l-kisba tal-Kostituzzjoni tal-1921 U lanqas l-ikkalmar tal-kwistjonijiet tas-
Sette Giugno ma kienu t-tmiem tas-sehem li De Piro ta fil-ħajja
politika ta pajjiżna. Finqas minn għaxar
snin wara dawn il-ġrajjiet huwa kellu jerġa jidħol fdik li
Mons. Dandria qiesha: Il-gwerra l-iżjed ħarxa li sissa qatt
inqalgħet kontra l-Knisja u l-Kleru. Qed nirreferi
għall-kwistjoni bejn Lord Strickland u 1-Knisja.
Meta fl-1927 Strickland, il-mexxej
tal-Partit Kostituzzjonali, ħa l-gvern fidejh, huwa beda
juri d-disapprovazzjoni tiegħu għall-fatt li fl-Assemblea Leġislattiva
ta Malta kien hemm il-qassisin. Fl-1928 din il-kwistjoni ħraxet aktar għax
iż-żewġ saċerdoti li kien hemm fl-Assemblea vvutaw kontra
l-budget li ressaq Strickland, u allura ma għaddiex. It-tensjoni
bejn iż-żewġ naħat kompliet kibret u ovvjament anke
splodiet bil-pastorali li l-Isqfijiet ta Malta u ta Għawdex ħarġu
fis-27 ta April 1930, ftit qabel l-elezzjoni li kien imiss. Hawn
reġa daħal De Piro. Wara ħafna talbiet
kiseb il-paċi bejn iż-żewġ naħat. Għalkemm għadda ż-żmien dan il-kontribut favur
il-paċi baqa mfakkar. Fil-fatt tliet snin wara l-ġrajjiet innifishom
u proprju jumejn wara l-mewt tal-Qaddej ta Alla, waħda mill-gazzetti Maltin
dehrilha li għandha tfakkru billi tirreferi għas-sehem li ta
fl-istejjer ta fuq. U ċ-ċertifikat tagħtulu proprju 1-gazzetta
tal-partit ta Strickland: Fi żmien hi mihux wisq li għadda,
kien hawn okkażjoni magħrufa hi fiha Mons. De Piro kellu sehem sewwa
u ta ġid għal Malta. Hu ta s-sehem siewi tiegħu
fih-qasam politiku, bħidma li bilkemm qatt dehret fil-beraħ. Fil-fatt, kien prinċipalment bil-ħila, ħidma u
tattika tiegħu li t-tilwima politika u reliġjuża waslet biex
waqfet. Hu kien mimli ħeġġa għal
din il-ħidma fdik it-tilwima sfortunata li ġabet ħsara tant
kbira lil Malta. Bil-ħila tiegħu, ir-relazzjonijiet bejn
Knisja u Stat reġgħu ġew għall-istat tradizzjonali tagħhom:
jiġifieri għal stat ta paċi u kollaborazzjoni sinċiera. Ħadd daqsu ma kien tant adattat għal dik il-biċċa
xogħol iebsa. Ħadd ma kien igawdi iżjed
minnu l-fiduċja taż-żewġ naħat. Ħadd iżjed minnu ma kellu l-kwalitajiet meħtieġa
biex jieħu fidejh missjoni tant delikata. Żgur li ħadd
ma kien hemm kapaċi iżjed minnu biex iwassah dik it-tilwima għal
konklużjoni li ferrħitna.
Senatur fit-tielet Parlament Malti (1
932-1933)
Minkejja
l-oppożizzjoni ta Strickland għall-preżenza tal-kleru
fil-parlament, meta fl-1932 reġgħet ingħatat il-kostituzzjoni
lil Malta, l-Arċisqof Mauru Caruana xorta nnomina żewġ saċerdoti
biex ikunu membri tas-Senat fit-tielet Parlament. De Piro
kien wieħed minnhom. Id-Daily Malta Chronicle qalet
xkien li ħajjar lil De Piro biex jaċċetta din il-biċċa
xogħol meta diġa kellu tant
responsabiltajiet: Għal ftit iżjed minn sena, minn mindu nfetaħ
il-Parlament preżenti, Mons Dc Piro tgħabba bħidma oħra
mal-ħafna hi kellu. Hu ntgħażel bħala wieħed
mir-rappreżentanti ta l-Arċisqof fis-Senat. Aħna
nħossu li għandna niġġudikaw li hu aċċetta li jidħol
għal dik il-ħidma għaliex ra li dak kien dmir tiegħu u għaliex
qatt ma fittex dak li jaqbillu. Is-sens tad-dmir u d-dedikazzjoni għall-oħrajn,
fil-karattru tiegħu, dejjem inħassu hi kienu qabel kull ħaġa
oħra. Hu tqabad dejjem mingħajr qatt ma daħal fit-tilwim ta bejn
Partit u ieħor.
Għalkemm
kien regolari fl-attendenza tiegħu, De Piro nistgħu ngħidu li
tkellem darba waħda biss, u dan fil-21 ta Frar 1933. Quddiem is-Senat
kien hemm każ ta difiża tal-moralita pubblika. Inġibu eżattament
xqal għax hi biċċa mill-istampa tiegħu nnifsu: Sur
President, jiddispjaċini ħafna li kwistjoni ta moralita li kulħadd
imissu jorbotha ma qalbu u li fiha kien imiss li lkoll kemm aħna nimxu id
fid, ġiet imkaxkra fil-kamp tal-politika. Dwar dawn il-ħafna
punti politiċi li jistgħu jħawdu, jien ma nafx nitkellem, u nħoss
li dwarhom mgħandix nitkellem. Imma, dwar dak li
jmiss lill-moralita, inħoss li l-mozzjoni li llum għandna quddiemna
tagħtini l-possibilita, u turini li jien fid-dmir li niftah fommi. Jiddispjaċini li jkolli niftah fommi għall-ewweh darba,
fdin l-Awla proprju dwar din il-materja. Irrid infisser lill-Onorevoli
Membri ta dan is-Senat ix-xewqa kbira tiegħi li nara
jitbiegħed mill-Gżira tagħna kull tiġrib ta immoralita. Imissna naħsbu, mhux biss għall-imsejkna tfajliet tagħna,
imma ukoll għall-ġuvintur. Il-ħsieb tagħna għandu
jkun li ntellgħuhom bsaħħithom moralment u fiżikament
sabiex, il quddiem, ikollhom ħila jitqabdu
t-taqbida tal-ħajja li lkoll irridu ngħaddu minnha. Sur President,
wara li smajt ir-raġunijiet ta l-Onorevoli Ministru tal-Pulizija, ma
rridx nidħol fil-kwistjoni ta l-eta ta dawn it-tfajliet li jservu fil-ħwienet
tax-xorb. Min-naħa tiegħi, jien tal-fehma li għandu jsir minn kollox biex dawn in-nisa jitwarrbu minn dawk il-ħwienet
għaliex il-periklu hu għal kulħadd. Sur President, quddiem din il-mozzjoni
wara li smajt ir-raġunijiet u t-tifsir tas-Sur Ministru, stajt nara mid-diskors
tiegħu, l-intenzjoni tajba tiegħu dwar il-moralita, għalkemm din
l-intenzjoni ma ġietx dikjarata bkelmiet ċari. Għalhekk,
lili jidhirli li jistħoqqlu l-appoġġ tagħna lkoll sabiex
jissokta jaħdem għall-moralita pubblika fil-pajjiż. U għalhekk,
jiena llum nagħmel id-dmir tiegħi u nitlob lill-Onorevoli Ministru
sabiex jagħmel ħiltu ħalli l-liġi li tirregola 1 dawn il-ħwienet
tax-xorb tiġi osservata bl-eżattezza kollha mid-Dipartiment talPulizija,
li jidhirhi li għandu l-ewwel responsabbilta qabel kulħadd.
Nagħlaq,
Sur President, billi lill-Onorevoli Ministru tal-Pulizija nawguralu jkompli jsaħħaħ
ir-rieda tiegħu billi juża l-enerġija kollha ta żgħożitu.
Nawguralu li jgħaqqad l-enerġija ma l-intelliġenza
xejn komuni tiegħu. Intelliġenza u enerġija għandhom
jingħaqdu ma prudenza delikata u għaqlija li fdin il-materja tant
hi meħtieġa, Sur President. Dan jagħmlu fl-eżerċizzju
ta l-uffiċċju tiegħu bħala Ministru u bħala Kap
tal-Pulizija sabiex naraw il-Gżira meħlusa minn
din il-pjaga soċjali li nfexxet bmod li ma nistgħux ngħidu kif
u meta. Hi pjaga li ċertament teżisti taħt l-isem ta Barmejdiżmu,
Kabarrettiżmu u Tabarriniżmu. Aħna lkoll imissna ningħaqdu
biex nitqabdu ħalli għall-inqas innaqqsu din il-pjaga. Sur President,
jien ma nippretendix li neqred in-natura tal-bniedem; iżda żgur li
nistgħu nnaqqsu l-effetti ħżiena li ġejjin minn din il-pjaga. Dan hu l-awgurju hi jiena nagħmel
lill-Onorevoli Ministru tal-Pulizija, li għandu fidejh il-forza u
l-possibilta. Jiena ċert li kulħadd hu persważ
li aħna l-qassisin qegħdin nagħmlu kulma hu possibli.
Imma, Sur President, xjiswa fil-familja d-driegħ ta l-omm jekk ma jkunx
mgħejjun mid-driegħ tal-missier. U kompla d-diskors tiegħu b
riferiment għaċ-ċensura tal-films.
Dawn
ta fuq kienu kelmiet meqjusa għall-aħħar, imbegħda għal
kollox mill-politika ta xi partit, imma ukoll kelmiet kollhom entużjażmu,
ħerġin minn saċerdot konvint mill-missjoni
tiegħu. Fil-laqgħa tal-Kapitlu tal-Kattidral li
saret wara din is-Seduta tas-Senat, Mons. Cortis faħħar
lil De Piro għar-rappreżentanza kapaċi li għamel tagħhom
stess. Il-Qaddej ta Alla rrisponda għal dan it-tifħir. Isimgħu
ftit għax interessanti: Sinjuri, minn qalbi jiena nrodd ħajr lir-Reverendissmu
Kapitlu għat-tifħir li għoġbu jagħtini, u napprezzah.
Dan it-tifhir napprezzah ħafna iżjed għaliex, mill-esperjecnza
tiegħi, naf li l-Kapitlu ma tantx hu ħafif biex jgħid kelmiet bħal
dawn.
Imma
minbarra din il-botta ħafifa, De Piro jkompli billi jgħid lil min
jattribwixxi kull kobor tiegħu: Jien naf li ninsab qalb il-kollegi għeżież
tiegħi, li huma wkoll ħuti fis-saċerdozju. Għalhekk, naf li ma jistagħġbux jekk jiena ngħidilkom li, fdik il-lejla, ħassejt
tassew li Alla kien qiegħed jagħtini l-għajnuna tiegħu.
Billi s-sieħeb tiegħi Mons. Bonnici ma kienx
preżenti għax kien indispost, jiena rajt li kont fid-dmir li niftah
fommi għall-ewwel darba fis-Senat. . . Min-naħa
waħda ħassejt li kelli warajja l-appoġġ tal-kleru kollu ta
Malta... Għalhekk waqt li nroddilkom ħajr għat-tifħir tagħkom,
ippermettuli qabel xejn, nirringrazzja lil Alla.
4. Missier l-Iltiema u
l-Foqra
Direttur tal-Istitut Fra Diegu (190
7-1933)
Ġa
semmejna li r-rabta tal-Qaddej ta Alla ma 1-Istitut ta San Ġuzepp bdiet
kmieni fil-ħajja tiegħu. Sa minn qabel
qaddes, hu wera biċ-ċar lill-Arċisqof Pace xkienet xewqtu. Aktar qabel ukoll hu kien jibgħat kontribuzzjonijiet lil dan
l-Istitut. U saħansitra meta kien ikun
Malta għall-vaganzi minn Ruma kien jinżel San Ġuzepp u għal
żmien jissostitwixxi lil Dun Ġorġ Bugeja li kien fit-tmexxija
ta dan l-Istitut. Minkejja dan kollu, ġara li l-ħidma kbira li
wettaq De Piro fis-sitt Istituti ta karita ma bdietx fSan Ġuzepp.
Fra
Diegu Bonanno, tal-Franġiskani Minuri, fl-1860, beda
jiġbor madwaru dawk it-tfajliet li minħabba diversi raġunijiet
kienu jispiċċaw fit-toroq ta Malta u jitilfu ġieħhom.
Il-bidu ta din 1-inizjattiva kien fqir għall-aħħar imma aktar
ma beda jgħaddi ż-żmien l-opra aktar
bdiet tikber. Iżda s-snin wasslu wkoll lil Fra Diegu fit-tmiem ta ħajtu.
Hu miet fl-4 ta Mejju 1902. Sħabu 1-Franġiskani għamlu
xi żmien jieħdu ħsieb dak l-Istitut imma wara ftit kellhom iħalluh.
Fil-fatt huma għaddewh lid-Djoċesi fit-2 ta Awissu 1907. L-Arċisqof Pietru Pace talab il-parir lil Dun Ġorġ
Bugeja, ta San Ġuzepp, dwar mm seta jieħu post Fra Diegu Bonanno
fit-tmexxija ta l-Istitut. Bugeja ma setax jissuġġerixxi
għajr lil Dun Ġuzepp De Piro. L-Arċisqof ta każ ta
dan il-parir tant li nnomina lill-Qaddej ta Alla bħala d-Direttur ta Fra
Diegu.
L-Arċisqof għażel lil De Piro għax aċċetta
dak li kien qallu Dun Ġorġ. Imma ukoll għaliex, kif Mons.
Pace innifsu ddikjara meta bagħatlu n-nomina, hu kien ġa ntebaħ
li Dun Ġuzepp kien sacerdot . . .
twajjeb . . . ħabrieki, għaqli, imħeġġeġ, attiv .
. ..
Dan
ta fuq kien diskors li nkiteb dwar De Piro qabel ma kien għadu beda l-ħidma tiegħu fi Fra Diegu. Iżda wara li għadda ż-żmien ma deherx li seta
jingħad diskors differenti dwaru. Anzi fl-1916, is-Sur Fons Marija
Galea, kien mibgħut mill-Kurja Djoċesana ta Malta biex jeżamina
r-reġistri ta l-Istitut Fra Diegu. Ir-rapport li dan għamel sal-1915
juri l-ewwel nett l-eżattezza li biha d-Direttur ta l-Istitut kien iżomm
ir-reġistri. Meta erba snin wara saret spezzjoni simili
s-Sur Fons tenna l-istess ħaġa. Hekk kien De
Piro kull fejn kellu xi amministrazzjoni u hekk mexa kontinwament fi Fra Diegu.
Iżda minbarra din il-virtu, is-Sur Fons niżżel diskors ieħor
mill-isbah dwar De Piro Mons De Piro offrieli l-possibbilta biex nammira
l-providenza ta Alla. Dan id-Direttur Amministratur iqanqalni għall-ammirazzjoni
għall-mod kif jafda fil-providenza ta Alla. Hu jħares lejn Alla bħalma
iben iħares lejn missieru, u jħossu ċert li Alla jisma t-tahla
tiegħu. Wieħed allura jista jifhem minn
fejn kien ġej il-kuraġġ li bih De Piro kien imexxi s-sitt
Istituti!
Iżda s-Sur Fons għal darbtejn għamel aktar ċertifikati
simili dwar De Piro.
Fir-rapport tiegħu tal-1916 hu kiteb hekk: Jiena staqsejt lil Mons. De Piro xjistenna bħala ħlas li ħaqqu talli qiegħed
iżomm fidejh dik l-amministrazzjoni. Imma hu nnifsu għarrafni
li offra s-servizz tiegħu mingħajr ebda ħlas: għal-imħabba
ta Alla biss; imbagħad hu żied li, għalli ġej ukoll, ma għandux
fmoħħu li jitlob xi ħlas. Fdak ta Marzu 1920, is-Sur
Galea jgħid kwazi l-istess: Fdan l-Istitut il-Kanonku De Piro
Navarra, bmod ġeneruż ħafna, irrinunzja għal dak il-ħlas
li jistħoqqlu, biex dak li jmiss lilu jmur għall-Istitut Fra Diegu. Lil dan l-Istitut, hu qed jamministrah btant imħabba u btant
eżatezza. Il-kontijiet tad-dħul u ħruġ huma xhieda
ta l-imħabba tal-poplu, mhux biss lejn l-Istitut, imma wkoll lejn din
il-persuna li tant jistħoqqilha tifħir għall-mod kif tamministrah.
Jekk
l-iskop tal-Qaddej ta Alla ma kienx li jagħmel qliegħ minn din il-ħidma faċli wieħed jifhem għaliex
it-tfal kienu jqisuh missierhom. Daqshekk kien dedikat għalihom!
Direttur ta l-Istitut San Ġuzepp,
fSanta Venera (1922-1933)
Ingħad
li wara li kien ilu sentejn Rettur tas-Seminarju Maġġuri fl-Imdina,
De Piro talab biex jiġi eżonerat minn din
il-ħidma. Xtaq li jingħata aktar għas-Soċjeta
reliġjuża-missjunarja li kien għadu kif waqqaf ftit snin qabel.
Minkejja li l-Arċisqof kien laqa din it-talba tal-Qaddej ta Alla,
sentejn wara, l-Eċċellenza tiegħu ppreżenta lil De Piro
Istitut ieħor, dak ta San Ġuzepp, fSanta Venera. Din id-darba
l-Monsinjur ma semmiex is-Soċjeta. Aċċetta t-talba ta 1-Arċisqof.
Hekk riedu jgħaddu ħmistax-il sena minn meta
De Piro ġie nominat Direttur ta Fra Diegu biex ġie magħżul
għat-tmexxija ta San Ġuzepp.
Ġa
għedna li l-għażla favur il-fqar, De Piro ħadha l-ewwel
darba bmod konkret brelazzjoni ma l-Istitut ta San Ġuzepp. Imma
hawnhekk wieħed irid jgħid li din l-għażla hu ma ħadhiex
biss għalih innifsu; meta waqqaf is-Soċjeta Missjunarja
tiegħu u fassal ir-regolamenti tagħha sa mill-bidu semma fiha li l-membri
għandhom jaħdmu f-Case di beneficenza. L-iżvilupp
ta l-istorja għen biex dan iseħħ kważi mmedjatament wara li
De Piro ġie nominat Direttur ta San Ġuzepp. Għaliex il-Freres
li kienu qed jgħinuh fil-kura tat-tfal kienu qed isibuha diffiċli li
jkomplu jagħmlu dan minħabba nnuqqas ta vokazzjonijiet. Meta huma
telqu, De Piro daħħal il-membri tas-Soċjeta tiegħu minn flokhom.
Direttur ta l-Istitut Ġesu Nazzarenu,
Żejtun (1922-1933)
Fl-istess
sena li ngħata San Ġuzepp, hu ġie mgħobbi
bir-responsabbilta ta l-Istitut Ġesu Nazzarenu fiż-Żejtun. Il-kuntatti ma Ġuzeppina Curmi, il-Fondatriċi, kienu ilhom
li nbdew. Sa minn qabel l-1913, din il-mara
twajba kienet tfittex lill-Qaddej ta Alla għad-direzzjoni spiritwali. Kompliet tagħmel dan anke wara li fetħet l-ewwel u
t-tieni dar fiż-Żejtun. Għal ċertu
żmien dan il-kuntatt waqaf. Kien fl-1922 li Madre
Curmi reġgħet fittxet lil Mons De Piro. Din id-darba hi xtaqet
li hu jaċċetta li jkun Direttur ta l-Istitut li issa kien qiegħed
fid-dar tal-Markiż Testaferrata Bonnici, dejjem fiż-Żejtun. Dwar
din id-darba, l-Monsinjur jiktiblu hekk lill-Arċisqof Caruana: Dik
id-darba, jien ma aċċettajtx ħlief wara li ġejt mitlub
mill-Eċċellenza tiegħek.
Billi
n-numru tat-tfal kien kulma jmur jikber, Curmi ħasset il-bżonn li
tibni Istitut aħjar. Fil-fatt wara li ssellfet xi flus hi xtrat biċċa
art ħdejn San Girgor u fl-1925 bdiet tibni. Malli tqegħdet
l-ewwel ġebla, De Piro, għalkemm mgħobbi btant ħidmiet oħra,
tgħabba bħafna xogħol materjali brisq dak l-Istitut. Kien hu responsabbli għall-bini. Għalhekk kif wieħed
jista jikkonkludi mill-ħafna ittri li għandna, hu kellu jittratta kontinwament
mad-Dipartimenti tal-Gvern, ma għadd ta benefatturi u ma aġenti
biex kien jista jmexxi x-xogħol il quddiem. Dam
sejjer hekk ħames snin sħaħ sakemm fis-16 ta Lulju 1930 sanet l-inawgurazzjoni
ta l-ewwel biċċa mill-bini. Id-diskors li għamel De Piro fdin l-okkażjoni
jitkellem waħdu dwar id-Direttur: Minn dik il-ġurnata li l-barka
tas-sema niżlet, bil-ministeru ta l-Eċċellenza Tiegħek,
fuq l-ewwel ġebla, għaddcw fuq ħames snin. Kienu ħames snin
miżgħuda bi qtigħ il-qalb u bfaraġ.
. . Inbeda x-xogħol ta dan il-bini kbir, li għadu ma ntemmx għal
kollox. Dak iż-żmien li bdejna, ir-reġistri
kienu juru li ma kellna xejn fidejna. Minkejja dan,
konna bdejna brieda qawwija. Għalkemm kien mistenni li x-xogħol
jieqaf, kien bgħafsa ta qalb għalina meta
kellna nwaqqfu għal xi żmien dak li konna bdejnieh brieda tant
tajba. Madankollu konna ċerti li s-sagrifiċċju
tagħna ma setax ma jħallix il-frott tiegħu. Il-kaxxa vojta li kellna ġegħlitna nerfgħu ħarsitna
l fuq. It-talba tagħna nstemgħet. Wara dak il-waqfien mix-xogħol, li għalkemm qasir, aħna
rajnieh twil, il-għodod tax-xogħol bdew jinstemgħu bil-ħsejjes
tagħhom, u fwidnejna kienu qishom bħal daqq ħelu tal-qniepen.
Kienu tqiegħdu l-pedamenti, u fuqhom bdew telgħin l-ewwel
filati. Dik id-darba ħsibna li kellna iżjed
fuqhiex inserrħu rasna għaliex fl-ewwel folja tar-reġistru tagħna
kien hemm miktub li kienu daħlu 70 lira. Imma ma domniex ma
ntbaħna li ma konniex għorrief iżjed minn
qabel. Il-Mulej kellu jurina li l-ispiża kellha
taqbeż l-4000 lira. Issa, li l-imgħoddi
għadda u rbaħna l-problemi tiegħu, aħna nħossuna ħienja.
Ma fadlilniex ħlief li nfaħħru l Mulej li kien qed jaħdem
magħna; kien jaf xser ikollna bżonn, u waqaf dejjem magħna biex
immexxu l quddiem l-opra ċkejkna tagħna, li żgur li weħidha
ma kienet tasal għal xejn,
Direttur ta I-Istitut San Ġuzepp,
Għjnsielem, Għawdex (1925-1 933)
Meta
Mons. Gonzi bħala Isqof ta Għawdex, bl-għajnuna tal-kappillani
ta din id-djoċesi, għaże1 lil De Piro biex jibda u jmexxi
l-Istitut il-ġdid ta San Ġuzepp fGħajnsielem, hu ħareġ
digriet li barra li kien id-dokument ta 1-erezzjoni kien ukoll ċertifikat
sabih għall-Qaddej ta Alla. Fih hu jippreżentah bħala bniedem
dehen ta tifħir, li għandu idejn imħarrġin
bl-esperjenza, u bniedem imfaħħar. Barra
dan id-dokument hemm oħrajn li jitfgħu ħafna dawl fuq De Piro.
Billi fil-każ ta dan l-Istitut hu ma kienx biss id-Direttur imma anke dak
li sawru, allura kif wieħed jista jifhem hu kellu ħafna taħbit biex
organizzah u bdieh. Mill-materjal fl-Arkivju tas-Soċjeta
nafu li huwa kellu aktar minn darba jitlob għajnuna ta forma u oħra
mill-Gvern brisq dan l-Istitut. Dan il-bniedem li kellu bosta ġid
mill-familja kellu kemm-il darba joqgħod jitkarrab issa l-art, issa
sussidju, issa ħaġa u issa oħra.
Iżda minbarra dawn il-kitbiet, hemm oħrajn li
fihom aktar indikazzjonijiet dwar il-Qaddej ta Alla. Wara li l-Isqof Gonzi u l-kappillani
ta Għawdex kienu iddeċidew li jibdew Istitut għat-tfal subien
fGħawdex, l-Isqof Gonzi ta l-approvazzjoni tiegħu. Għamel ukoll l-Istatut. Meta bdew ifittxu lil min ser
jipproponu bħala Direttur, u ġie aċċettat De Piro, dan ta
l-aħħar sab id-diffikultajiet. Mhux minħabba l-ħafna ħidma
li ġa kellu! Lanqas għaliex Għawdex il
bogħod! Xejn minn dan! Waħda mill-problemi
kienet li l-Qaddej ta Alla deherlu li jekk kien sejjer jintgħażel bħala
Direttur, hu kellu jkollu ċerta awtonomija u liberta fit-tmexxija. Aktar minn hekk, iżda, hu ma setax jaċċetta li
l-Istatuti jillimitaw in-numru ta tfal fl-Istitut; ried li jkun hemm fiduċja
sħiħa fil-Providenza.
Direttur tad-Dar għat-trabi u ċ-ċkejknin
fSanta Venera (1925-1933)
Erba Istituti ma kinux donnhom biżejjed għal
Mons. De Piro.
Id-dedikazzjoni u l-interess kbir li kellu fdin il-ħidma brisq it-tfal u
ż-żgħażagħ batuti ġagħluh jaħseb hu
nnifsu aktar minn darba fxi ħaġa oħra
jew ġdida. L-istess ħidma tiegħu speċjalment fSan Ġuzepp,
Santa Venera, għenitu jinduna li fMalta kien għad hawn ħafna
vojt fdik li kienet kura tat-trabi u tat-tfal fl-eta qabel
jidħlu San Ġuzepp. Biex jirrimedja għal dan in-nuqqas, hu
fittex lis-Sorijiet ta Ġesu Nazzarenu u bl-għajnuna tagħhom
fetah dar għaċ-ckejknin fSanta Venera. Fiha beda
jilqa sa seba snin jew eċċezzjonalment sa għaxar snin.
Direttur ta l-Istitut San Frangisk ta
Paola, BKara (1929-1 933)
F1-1927,
il-Qaddej ta Alla intgħażel bħala Direttur tas-sitta u l-aħħar
Istitut ta karita, dak ta San Frangisk ta Paola, fBirkirkara. Dwar dan l-Istitut, id-dokumenti huma skarsi ħafna.
Jidher li l-aktar taħbit hawnhekk kien marbut ma l-akkwist ta dar
addattata. Minkejja li l-impenji għal De Piro mhux jonqsu kienu imma jiżdiedu,
huwa aċċetta dan l-istitut u tħabat kemm felah biex sa ma kien għadu
ħaj, isir dak kollu possibbli ħalli meta jasal iż-żmien
id-dar tista tiġi akkwistata.
It-testiment u l-Istituti
Bdak
li ngħad, ġa jidher biżżejjed xrabta kien hemm bejn
il-Qaddej ta Alla u l-Istituti ta karita. Iżda wieħed
jista jkompli jikkonferma dan mit-testment tad-Direttur. Fit-tieni artiklu
għandu dan il-kliem: Dwar l-amministrazzjoni li jien għandi ta diversi
Istituti ta karita u ta benefiċenza jiena għandi kotba separati għal
kull amministrazzjoni. Għal skopijiet ġusti jiena niddikjara li
fl-Istituti mmexxija minni, kemm jekk huma missjunarji jew
ta benefiċenza, ma jeżistux mobbli, kwadri, oġġetti sagri,
oġġetti tal-fidda jew ħwejjeġ sagri li jappartjienu għalija.
Il-fatt li jkunu jinsabu hemm għandu jfisser li huma propjeta ta dak
l-Istitut.
Nixtieq ukoll niddikjara li jien ma
rridx ħlas ta xi amministrazzjoni li jien wettaqt, jew għal xi
spejjeż li għamilt jew li saru taħt l-amministrazzjoni tiegħi. . ."
Wara
li jiddikjara xiħalli lis-Soċjeta ta San Pawl, lil ommu, lill-Arċisqof
Mauru Caruana, lis-Sorijiet ta Ġesu Nazzarenu u lid-Dar SantUrsola
tal-Qrendi, fl-artikli tmienja u disgħa jħalli xi ħaġa
lill-Istituti Fra Diegu, Ġesu Nazzarenu, u San Frangisk ta Paola.
Laboratorju għal xbejbiet bla xogħol, fil-Belt
(1928-1 931)
Mons.
De Piro ma kienx jieqaf jaħseb dwar xkien jista jagħmel
għall-Istituti fdati fidejh. Kien minħabba fhekk li kabbar,
irranġa jew biddel xi parti jew oħra
mill-bini tagħhom. Kien ukoll frott l-interess tiegħu
li wasal biex itejjeb sistemi mħaddma fdawn l-Istituti. Kien iżda għax fkuntatt mar-rejalta tal-ħajja li
kien wasal jinduna li t-tfajliet li kienu jispiċċaw mill-Istitut kienu
qegħdin isibu ruħhom bla ħadd biex jilqagħhom u xi drabi kienu
qegħdin jispiċċaw fit-triq. Kien hemm
minnhom li biex jiksbu xi ħaġa kienu qegħdin jimpjegaw lilhom
infushom fil-ħwienet tax-xorb. Quddiem din
ir-rejalta l-Qaddej ta Alla ma setax joqgħod kwiet. Il-ħafna impenji li ġa kellu ma waqqfuhx milli jaħseb
fxi ħaġa li tgħin lil-dawn il-povri. Huwa fassal u
fil-fatt ta bidu għal proġett li kien wieħed mill-ikbar ta ħajtu:
il-Laboratorju. Fdan il-post kellu jkun hemm mgħallmin
li jħarrġu lit-tfajliet fdiversi snajja. Ix-xebbiet imorru
hemm mal-ġurnata u fambjent san, waqt li jagħmlu x-xogħol, huma
jitgħallmu u fl-istess ħin jitħallsu ta dak li jagħmlu.
It-twaqqif kien iebes. Biex sab il-lokal, Mons De Piro kellu jitħabat
bosta. Lanqas mill-Gvern ma sab ħafna għajnuna.
Imma aktar mill-bidu kien il-progress tal-Laboratorju li sewa lill-Qaddej ta
Alla ħafna uġigħ ta ras. Kellu jaħseb għall-fondi
-għal dawn saħansitra organizza kunċert mużikali
fl-Universita Rjali tal-Belt. It-tmexxija, imbagħad,
kienet xi ħaġa aktar iebsa. Il-persuna li kienet bdiet tgħinu
dehret li kienet qed tingħata pariri kuntrarji għall-ħsibijiet tiegħu. . . U l-Laboratorju wasal biex għalaq!
Karita inqas organizzata
Il-karita
ta De Piro kienet tieħu anke forom inqas organizzati u formali. Għad
irid jingħad li l-Qaddej ta Alla mhux darba u tnejn għen
lill-familji tal-membri tas-Soċjeta tiegħu. Barra minn
hekk meta wieħed iqalleb il-Petty Cash Books ta l-Istitut
ta San Ġuzepp, Santa Venera, jiltaqa diversi drabi ma noti bħal: Lill-mama
ta . . . Lill-papa ta . . . Lil waħda disgrazzjata
fqira . . . Lil waħda familja fqira . . . u Elemosina li ngħatat
mill-porterija . . . Din tal-aħħar tirrepeti ruħha bosta
drabi, u magħha hemm ammonti relattivament sostanzjali.
Iħabrek għall-ġustizzja
Mal-karita, Mons. De Piro kien jgħix virtu oħra relatata: il-ġustizzja.
Bi studju tar-reġistri Casa di San Giuseppe, Ist.
Bonnici, Piccola Casa wieħed malajr jinduna li d-Direttur ġie1i żied
il-pagi. Fiż-żmien meta
ma kienx hawn pensjonijiet tal-Gvern, il-Qaddej ta Alla kien jagħti
pensjoni lil dawk li kienu jispiċċaw mid-Dar ta San Ġuzepp. Kienet tingħata wkoll xi pensjoni lil mart xi ħaddiem li
kien ikun miet. Bl-istess mod kien mexa ma l-għalliema
tal-iskola tal-Kattidral tal-Imdina.
5. Fundatur tas-Soċjeta
Missjunarja ta San Pawl
Jekk
nippruvaw niġbru flimkien il-kitbiet kollha minn
u lil Mons. De Piro u li huma bxi mod marbutin mat-twaqqif u t-tkabbir tas-Soċjeta
ta San Pawl, insibu li nistgħu naqsmuhom fi tlieta: id-Djarju; il-korrispondenza
mal-Vatikan; ir-Regola finali u l-Almanakk.
Id-Djarju
Il-perijodu
marbut mad-Djarju personali ta De Piro jista jitqies li joġbor fih iż-żmien
minn meta hu kien għadu seminarista Ruma sat-12
ta Novembru 1909.
De
Piro jibda d-Djarju billi jgħid li sa mill-ewwel
sena fil-Capranica, huwa beda jaħseb dwar possibbilta li wara
l-ordinazzjoni tiegħu hu jmur fid-Dar ta San Ġuzepp, biex jgħin
lid-Direttur Mons. Bonnici. Għalkemm dan ma laħaqx għamlu għax
Bonnici nbidel waqt li Ġuzeppi kien għadu Ruma fl-ewwel sena ta
studju, meta kien ikun Malta għall-vaganzi De
Piro kien jagħmel dejjem xi viżta lis-suċċessur ta
Bonnici, Dun Manwel Vassallo. Aktar il quddiem hu jgħid
li wara li kompla jaħseb fuq li jmur San Ġuzepp u kompla wkoll
il-kuntatti ma l-Istitut, hu wasal għas-suddjakonat u d-djakonat.
Fl-irtiri ta dawn iż-żewġ ondinazzjonijiet hu kompla jaħseb
iktar ċar dwar i1-proġett. Firtir ieħor li kienet
torganizza l-Capranica huwa niżże1 bil-miktub ir-raġunijiet
favur u kontra li hu jmur San Ġuzepp. Waqt li
fittex l-għajnuna tad-direttur spiritwali tiegħu hu ddeċieda
favur l-Istitut, dejjem jekk l-Arċisqof jippermettilu. De Piro ma waqafx hawn fid-Djarju. Hu kompla jikteb li fdak
l-aħħar irtir hu kien qed jara li waħda mir-raġunijiet għax
għandu jmur San Ġuzepp kienet: Għaliex inħoss ġo
fija xjgħidli li Alla minn dan l-Istitut irid
jifforma fMalta Kongregazzjoni ta Saċerdoti taħt il-patroċinju
ta San Pawl li wara li tiġi stabbilita Malta tinfirex anke barra. Id-direttur spiritwali filwaqt li ħeġġu favur San Ġuzepp
issuġġerielu li jqiegħed fil-ġenb għal mument il-ħsieb
tas-Soċjeta. Il-Qaddej ta Alla obda lid-direttur spiritwali. imma dwar San Ġuzepp lanqas l-offerta biex imur
l-Akkademia ma waqqfitu. Lil Mons Coselli, ir-Rettur tal-Capranica, li għamillu
l-proposta, qallu ċar u tond li wara li jispiċċa l-istudji hu
kellu l-ħsieb li jirritorna fid-Djoċesi biex hemmhekk jeżerċita
l-ministeru tiegħu. Minħabba fhekk ma kienx qed
jara raġuni għax kellu jħalli 1-Capranica u jmur l-Akkademia.
Wara li kien ondnat saċerdot u ġie Malta għall-prima
messa l-Arċisqof Pace reġa għamillu l-offerta biex imur
l-Akkademia.
De Piro urieh ċar, bkitba minn Ruma, li jekk l-Eċċellenza
tiegħu jippermettilu hu kien jippreferi li ma jmurx 1-Akkademia.
Minħabba l-mard De Piro, saċerdot novell, mimli
enerġija u pjanijiet, kellu jabbanduna kollox u jmur Davos, l-Isvizzera, għall-mistrieħ. Interessanti dak li jikteb hu
stess dwar dan iż-żmien ta kura: Matul
iż-żmien ta kura jien komplejt inħaddan dawk l-idejat li issa
kienu saru antiki fija. Imma qalb is-silġ ta l-Alpi, hekk il bogħod
mill-pajjiż fejn kelli ħsieb li npoġġihom fil-prattika ma
kien baqagħli xejn għajr it-talb - l-aqwa
kumpanija għalija - u tlabt, tlabt, tlabt.
Wara
tmintax-il xahar fl-Isvizzera, l-Qaddej ta Alla rritorna Malta. It-tama tiegħu kienet li issa seta jibda jwettaq dak li tant
kien ilu jixtieq. Imma dan il-bniedem kellu jkompli
jbati ħafna biex jasal iwettaq dak li ried minnu l-Mulej. Hu mmaġina li malli jibda jesponi l-ideat tiegħu ma saċerdoti
oħrajn dawn kienu sejrin ituh is-support tagħhom. Lanqas dawk li wrew ċertu interess ma komplew igħinuh.
Kienu biss tnejn li tawh xjittama . . . u
xjittama biss! Kienu Dun Ġorġ Bugeja, ta San Ġuzepp, u s-Seminarista
Gwanni Mamo. Kellu jkun wieħed barrani, Mons Pietro La
Fontaine, li wieżnu bis-sħiħ.
Dan La Fontaine kien ġie Malta bħala Viżitatur
Apostoliku.
Fit-2 ta Novembru 1909 hu mar jara l-Istitut Fra Diegu, fejn allura De Piro
kien Direttur. Dan ta l-aħħar ħa l-opportunita
u waqqa d-diskors . . . fuq il-kwistjoni tal-Missjonijiet ta
barra. La Fontaine apprezza bosta l-proġett u ħeġeġ
lil De Piro biex iniżże1 bil-miktub il-pjan tiegħu ħalli
l-Viżitatur jippreżenta l-kitba lill-Papa. Fil-fatt
De Piro għamel dan waqt li talab lil Bugeja u Mamo biex jiffirmawha.
Talab ukoll lill-Arċisqof jikteb ir-rakkomandazzjoni
tiegħu. Wara dan għadda kollox lil La Fontaine.
Għall-kuraġġ kull tant kien jidher xaqq dawl. Fil-fatt fil-kuntest tas-Soċjeta s-sena
1910 bdiet għal De Piro bbarka mill-Papa Piju X imwassla lill-Qaddej ta Alla
minn La Fontaine fittra li dan ta 1-aħħar
kitiblu. Ovvjament Dun Ġużepp seta jibqa jippjana baktar kuraġġ
tant li fĠunju ta wara flimkien ma Bugeja u Mamo kiteb lill-Arċisqof
dwar ix-xewqa li tinfetaħ dar biex il-membri tas-Soċjeta jkunu jistgħu
jżommuha bħala r-residenza tagħhom. Interessanti bosta
l-indirizz li bih De Piro laqa lill-Arċisqof Pace fit-12 ta Ġunju
1910 dak in-nhar tal-ftuħ tad-Dar: Aħna, illum, inħossu faraġ
kbir, u fl-istess ħin kważi nistħu nersqu lejk, Eċċellenza
Reverendissima, biex nitolbuk tkerkilna din id-dar, u tiddikjaraha miftuħa.
Din id-Dar Ċkejkna ta San Pawi sejra sservi biex fiha jgħammru dawk
li jkunu membri ta Soċjeta Reliġjuża li għandha bħala
għan li tifforma l-missjunarji, li bmod partikulari u qabel xejn imorru
fil-kolonji tal-Maltin emigrati. . .
Id-Dar,
issa miftuħa, laqgħet l-ewwel żewġ
membri fit-30 ta 1-istess xahar: Ġiovanni Vella għal saċerdot u
Ġuzeppi Caruana għal lay brother.
Korrispondenza mal-Vatikan
Il-Barka
li bagħatlu fl-1910 il-Papa Piju X u 1-ftuħ tad-Dar Ċkejkna ta
San Pawl fl-Imdina għenu lil De Piro biex jieħu nifs qawwi u jħares
1 quddiem bit-tama. Imma jekk qabel is-sena 1910 hu kellu
jiffaċċja ħafna diffikultajiet l-istess kellu jagħmel wara
l-bidu tas-Soċjeta. Anzi aktar! Dwar dan kitiblu bmod ċar La
Fontaine:
L-Aħbar tal-bidu ta l-opra
missjunarja u tal-barka ta Mons. Arċisqof lili mlietni
bferħ tassew. Alla jkun imbierek wisq iżjed għax inti
xebbaħt il-bidu ta l-opra mad-dehra tiegħu fid-dinja. Betlem hi
dejjem mimlija bis-seher. Bdin l-umilta qaddisa, ma hux
possibli li d-Dar Ċkejkna ta San Pawl ma tikbirx. Nafuha tajjeb. Jista jkun hemm il-ħarba fl-Eġittu. Min jaf?
Forsi jkun hemm anke l-Kalvarju. . . Fil-fatt hekk żviluppat
l-istorja!
Għalkemm
bid-deċiżjoni li ħadu Bugeja u Mamo li jħallu lil De Piro
waħdu ħareġ ċar li allura De Piro kellu jiġi meqjus bħala
l-fundatur tas- Soċjeta ta San Pawl, imma dan fisser ukoll għalih li
hu ma kien baqagħlu lil ħadd li seta jgħinu jippjana. Ġie assolutament waħdu.
Sa
minn qabel il-bidu tas-Soċjeta, De Piro kien qiegħed
jipprova jesponi ħsibijietu ma saċerdoti oħrajn. Dan kien qed jagħmlu
biex huma jtuh l-ideat tagħhom; mhux darba u
tnejn li wera li hu kien jemmen fdan it-tip ta djalogu u jqisu bħala
mezz għall-għarfien tar-rieda ta Alla għalih. Iżda hu kien jitkellem ma saċerdoti oħrajn ukoll
biex iħajjarhom jingħaqdu miegħu. L-istess
tentattivi għamel wara l-bidu tas-Soċjeta għall-kisba
tal-vokazzjonijiet. Ċertament Soċjeta ġdida
toħloq suspetti u mhux lakemm tħajjar iż-żgħażagħ
għaliha. Din ġa kienet problema għall-Fundatur. Imma
l-problema kienet tikber għax fl-istess ħin li ftit bdew jingħaqdu
miegħu xi uħud minn dawn bdew iħalluh
wara ftit. Kien hemm il-każ fejn hu anke beda
jimtela bit-tama għax kien ser ikollu l-ewwel saċerdot. Dan, iżda, wara ftit li qaddes ħallieh.
Meta ż-żgħażagħ
kienu jingħaqdu mas-Soċjeta dawn kienu jridu xjieklu, xjilbsu, fejn
joqogħdu.
Kellhom ħtiġijiet oħra tal-ħajja ta kuljum. Diversi mill-familji li minnhom kienu ġejjin dawn il-membri
mhux talli ma kinux jistgħu jgħinuhom imma kellhom bżonn l-għajnuna
huma. De Piro xejn ma kien jitfixkel quddiem din
id-diffikulta; hu kien jagħmel tajjeb għall-ħajja tal-membri.
Ma dan wieħed jgħid ukoll li kien igħin lil
xi qraba.
Ma tistax tintesa l-formazzjoni
akkademika.
Altru li s-Soċjeta ma kinitx preparata biex tagħti hi nnifisha din
l-għajnuna tant meħtieġa għall-formazzjoni tal-membri! Għal darba oħra n-nobbli De Piro ried joqgħod jitkarrab
1 hawn u 1 hinn biex isib min jista jgħinu.
Peress
li s-Soċjeta kienet waħda reliġjuża, minbarra l-iskola,
kienet meħtieġa l-formazzjoni għal dan l-istat ta ħajja. Il-Fundatur kien kontinwament imħabbat bbosta responsabbiltajiet
mogħtija lilu mill-Arċisqof. Dawn kienu
jokkupawlu ħafna mill-ħin tal-ġurnata u kienu jżommuh
il-bogħod għal ħinijiet twal mill-ulied spiritwali tiegħu.
Minbarra dan kollu, hu ma kienx reliġjuż u allura
kien diffiċli għalih li jgħinhom fil-formazzjoni tagħhom.
Għal darba oħra kellu jfittex lil ħaddieħor
biex jgħinu.
Iżda żgur li l-akbar uġigħ ta ras
kienet kaġunata milli l-iskop tas-Soċjeta jiftiehem u jiġi aċċettat
speċjalment mill-awtoritajiet tal-Vatikan. Sa mill-ewwel abbozz
tar-regolamenti li l-Qaddej ta Alla fassal fl-1914 hu wera ċar li l-għan
prinċipali tas-Soċjeta tiegħu kien il-ħidma missjunarja. Dan kompla jurih kull darba li ppreżenta s-Soċjeta.
Iżda hu fatt ukoll li speċjalment kemm dam segretarju ta l-Arċisqof,
hu mtela bl-entużjażmu biex jgħin lill Maltin imbegħda minn
art twelidhom. Fil-fatt meta kien isemmi l-għan
missjunarju hu kull darba kien iżid miegħu l-ħidma fost l-emigranti.
Kienu għaddew biss ħames snin mill-bidu tas- Soċjeta.
Il-Fundatur talab lill-Papa Benedittu XV biex jippermettilu
jordna 1-ewwel kjeriku tiegħu titolo Missionis. Mat-talba hu bagħat ukoll l-abbozz tar-regolamenti. Fdawn jissemmew ukoll l-emigranti. Proprju
minħabba fhekk Ruma għamlet l-ewwel oġġezzjonijiet tagħha.
U hekk baqgħet sejra kontinwament. Għalxejn
għamel ħiltu De Piro biex jispjega lilu nnifsu li meta semma
l-emigranti u qal li ried jagħtihom l-attenzjoni .
. .. qabel kulħadd. . . hu ma
riedx jeskludi ħidma oħra. Tant tfixkel il-Vatikan bdin ix-xewqa
tal-Fundatur għal ħidma fost l-emigranti li meta De Piro talab
l-approvazzjoni tas-Soċjeta mill-Propaganda Fidei, lilu rrispondewh
li huma ma kinux jaraw is-Soċjeta . .
.destinata għall-infidili. . . imma . . . li tipprovdi
l-assistenza reliġjuża għall-Maltin imbegħda minn arthom.
U huma għaddew it-talba tiegħu lill-Kongregazzjoni
tar-Reliġjużi.
Għalkemm din ċertament ma kinitx ix-xewqa
tal-Fundatur, mill-banda l-oħra dan kien pass il
quddiem. Il-Kongregazzjoni tar-Reliġjużi tat
il-permess lill-Arċisqof Caruana biex jipproċedi bl-approvazzjoni djoċesana
tas-Soċjeta. Fil-fatt hu bagħat id-digriet ta l-Erezzjoni
Kanonika fl-14 ta Novembru 1921.
I1-Kostituzzjonijiet
finali u 1-Almanakk tal-Missjoni
Bid-digriet li għadu kif issemma s-Soċjeta ġiet
imwaqqfa, imma l-Fundatur ġie mitlub biex fi żmien sitt xhur jippreżenta
fit-tul u bla ma jħalli xejn barra l-istatuti jew
il-kostituzzjonijiet li bihom kellha titmexxa l-imsemmija Soċjeta. De Piro
għamel kif kien mitlub u l-Arċisqof Caruana waqt li rrefera għall-progress
li osserva li kien sar mis-Soċjeta, approva
r-regoli fit-18 ta Marzu 1924.
Imma jidher li l-Qaddej ta Alla ħalla barra r-regoli
dwar it-tmexxija tas- Soċjeta. Għalhekk l-Arċisqof
talbu dawn fl-aħħar digriet imsemmi. Wara li għamel kif
kien mitlub, il-Fundatur irċieva t-tielet u l-aħħar digriet ta
l-approvazzjoni tas- Soċjeta. Din id-darba ma kien mitlub xejn aktar; kien
issodisfa l-kundizzjonijiet kollha.
De Piro ma weriex il-kariżma missjunarja biss
fil-korrispondenza li kien hemm bejnu u s-Santa Sede. Anzi wieħed jista jgħid li
l-ħeġġa tiegħu għall-evanġelizzazzjoni tidher bmod
ċar għall-aħħar aktar u aktar f San Pawl: Almanakk ta
l-Istitut tal-Missjoni li hu beda joħroġ
fl-1922 u baqa jippubblikah sa ma miet. Fdan l-annwarju, l-Qaddej ta Alla
kien jistampa siltiet minn diskorsi jew enċikliki
tal-Papiet dwar il-missjoni. Ġieli ġab xi storja
missjunarja. U kien hemm meta għamel xi eżortazzjoni
liż-żgħażagħ, lill-ġenituri, lill-benefatturi, jew
lill-pubbliku in ġenerali dwar 1-istess tema.
Iżda
forsi l-aktar mod konkret li bih wera li s-Soċjeta li waqqaf riedha
missjunarja kienet meta De Piro ġietu
l-opportunita li jibgħat l-ewwel membru barra minn Malta. Lil dan hu bagħtu
fl-Etjopja jew fl-Abbissinja kif kienet magħrufa.
Dan kien fil-21 ta Ġunju 1927. Minn dak il-mument
il-Fundatur ħaseb kontinwament fdak Ġuzeppi Caruana u l-missjoni tiegħu.
Lilu u lill-Kapuċċini themmhekk il-Qaddej ta Alla aċċertahom
li kien ser ikompli jgħinhom . . . anke baktar nies. Anzi meta waslet is-sena 1933 beda juri biċ-ċar li hu
nnifsu kien ser jasal wasla sa dik 1-art Afrikana.
Jidher
li De Piro dejjem ippjana frabta mar-rieda ta Alla imma kellu dejjem ukoll jiċċaħħad
minn dawn l-istess pjanijiet. Kellu jgħix aktar il-fidi
fl-offerta milli fit-twettiq ta xewqatu.
Il-Mulej
ma jidhirx li ried minnu l-mawra fl-Abbissinja imma t-tħallija ta kollox
fqasir il-għomor. Il-Qaddej ta Alla miet ta malajr fis-17 ta Settembru
1933 wara ftit li hassu hazin fuq 1-artal tal-knisja ta San Gejtanu waqt
il-Barka Sagramentali, wara li kien mexxa l-purċissjoni tad-Duluri
fil-Hamrun.
Imma Guzeppi De Piro mhux mejjet. Ghall-kuntrarju
hu qed ighix fil-karizma missjunarja tal-membri tas-Socjeta tieghu.
Wara Malta u l-Etjopja huma marru fl-Awstralja (1948), fil-Kanada
(1959), fil-Peru (1968), fil-USA (1973), fil-Pakistan (1981), fl-Italja
(1998), u fil-Filippini (2000).
Issa li qrajt dan kollu
|
Inti tixtieq takkwista z-zewg volumi tal-Hajja
tal-Qaddej ta Alla, Guzeppi De Piro, niktuba minn Patri Alexander Bonnici
OFM Conv? |
|
Inti tixtieq li ahna l-MSSPs ninghaqdu mieghek halli
flimkien mieghek nitolbu ghal xi grazzja li
inti ghandek bzonn taqta minn ghand il-Mulej, bl-intercessjoni ta Mons De
Piro? |
|
Jew forsi ga qlajt dak li tlabt? |
Jekk iva, ikteb lil xi wiehed minn dawn
ta hawn taht :
Il-Postulatur Kawza De Piro Dar SantAgata Rabat
Malta RBT07 |
Is-Superjur Provincial House 477 Royal Parade Parkville Vic 3052 Australia |
Is-Superjur St Paul The Apostle Church 3224 Dunbdas Steet West Toronto Ontario M6P 2A3 Canada |